Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1536967
10 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' ĠUNJU 2025 • illum opinjoni "Jiena ċerta li l-maġġoranza tal-membri tas- salvataġġ fl-AFM ikunu kburin meta jsalvaw lin-nies fil- periklu tal-mewt bejn il-baħar u s-sema. Allura għaliex il-mexxejja tagħna qegħdin jordnawlhom biex iħalluhom f 'sitwazzjoni mwiegħra, b'ħajjithom mhedda?" Ekonomista, edukatriċi, u attivista YANA MINTOFF I ġġilidna bis-sħiħ għal-libertà tagħna. Iġġilidna biex ma jkollniex id-demm ta' nies innoċenti fuq idejna. Iġġilidna bis-sħiħ biex inkunu nazzjon sovran ħieles minn bażijiet militari, ħieles minn kontroll imperjali, ħieles minn mentalità kolonjali, ħieles biex it-tfal tat-tfal tagħna jkunu jistgħu jgawdu l-paċi u s-sliem, filwaqt li naħdmu għall-ġid tal-familja, tal-komunità, b'mod ugwali u ġust. Trabbejna b'dawn il-valuri u b'din viżjoni ta' progress soċjali, sigurtà u paċi f 'Malta u fir-reġjun tagħna, il-Mediterran. Bis-saħħa tal-antenati tagħna għandna ċ-ċavetta biex nagħmlu dan l-ideal realtà. Fil-Kostituzzjoni ta' Malta 1987, Artikolu 1:3 jistqarr b'mod ċar li: "Malta hija stat newtrali li jfittex b'mod attiv il-paċi, is-sigurtà u l-progress soċjali fost in-nazzjonijiet kollha billi taderixxi ma' politika ta' nonallinjament u tirriuta li tipparteċipa fi kwalunkwe alleanza militari." Dan jispjega għaliex huwa tant importanti li l-Gvern jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu b'konformità mal-istatus tan-newtralità tagħna fir-rigward ta' kull ħidma u kull proposta tal-UE, speċjalment issa li l-UE qed iżżid l-investiment militari u meta ċerti pajjiżi ewlenin, b'mod partikulari l-Ġermanja, huma alleati militari ta' Iżrael. Hekk nimu wkoll kemm huwa importanti li l-Gvern jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu b'konformità mal-istatus tan-newtralità tagħna fir-rigward tal-użu ta' Malta bħala fortizza tal-UE kontra r-refuġjati. Biex nispjega għaliex it-tieni punt huwa daqshekk importanti illum il-ġurnata, se nibda billi nsemmi li nhar it-Tnejn li għadda tnieda l-Arkivju Malti tal-Migrazzjoni fil-Belt Valletta. L-Arkivju huwa xhieda tal-vjolenza li qed tiżvolġi kważi kuljum fuq il- fruntieri ta' Malta u jiddokumenta d-diversi tattiċi li juża l-Gvern Malti biex jostakola l-mobilità umana. Dawn jinkludu n-nuqqas ta' assistenza essenzjali u l-imbuttar ta' immigranti lejn il-Libja. Issa wieħed jista' jara biċ-ċar il- vjolenza u d-diżumanizzazzjoni li jaffaċċjaw eluf ta' immigranti. Il-mappa interattiva turi fid-dettall iktar minn 1,800 każ fiż-żona tat-tfittxija u s-salvataġġ ta' Malta bejn l-2020 u l-2024. F'din iż-żona, Malta għandha r-responsabbiltà li tikkoordina s-salvataġġ u li tiżgura li n-nies misjuba fuq il-baħar jaslu f 'post sigur. Minkejja dan, fis-snin imsemmija, Malta salvat biss bejn 2 sa 3% minn dawn il-każijiet. Għall-awtoritajiet ta' Malta, l-evitar jew id-dewmien tas- salvataġġ saru prattiki normali. L-awtoritajiet ċaħdu wkoll l-offerta li jikkoordinaw is-salvataġġ ma' vapuri ta' NGOs u tal-merkanzija. Dan ir-riut ta' għajnuna joqtol: iktar nies ibatu u jmutu fil-baħar minħabba l-azzjonijiet jew in-nuqqas ta' azzjoni tal-Gvern tagħna. Fl-aħħar sena mietu aktar minn 1,700 persuna fil-Mediterran Ċentrali. Fl-aħħar sena aktar minn 21,000 persuna sabu ruħhom lura fil-Libja. Hekk qalet Dr Ċetta Mainwaring mill-Università ta' Edinburgh fl-introduzzjoni tagħha. Waqt li kont qed nisma' fl- udjenza, kull waħda u kull wieħed minna ħassejna d-demm tan-nies innoċenti fuq idejna. Din l-inizjattiva – https:// maltamigrationarchive.org/ – hija mod kif nistgħu nkunu nafu x'qiegħed isir f 'isimna u bit-taxxi tagħna. Jiena ċerta li l-maġġoranza tal-membri tas-salvataġġ fl-AFM ikunu kburin meta jsalvaw lin-nies fil-periklu tal-mewt bejn il-baħar u s-sema. Allura għaliex il-mexxejja tagħna qegħdin jordnawlhom biex iħalluhom f 'sitwazzjoni mwiegħra, b'ħajjithom mhedda? Għaliex jaħbu l-azzjonijiet razzisti u vjolenti tagħhom wara skużi u kliem fieragħ? Hija ħaġa tajba ħafna li s-soċjetà Maltija qed tibda tingħaqad madwar l-istqarrija li kulħadd huwa bniedem. Kulħadd għandu d-drittijiet fundamentali. Kulħadd għandu d-dritt li jgħix ħajja deċenti. Il-ġenoċidju fil-Palestina Il-Poplu Palestinjan f 'Gaża jinsab taħt it-theddida tal-mewt kull mument. Iż-Zionisti Iżraeliti qed jimmiraw li joqtlu jew ikorru t-tfal b'rata ta' wieħed jew waħda kull 40 minuta. Iktar minn 50,000 tifel u tifla ġew maqtulin u mweġġgħin f 'dawn l-aħħar 19-il xahar. Issa minħabba l-politika Iżraelita tal-ġuħ li wasslet għal ġenoċidju, mhux anqas minn miljun tifel u tifla qegħdin ibatu l-ġuħ u huma f 'periklu kbir li jmutu. Gaża saret biċċerija umana. M'hemmx alternattiva; irid ikun hemm embargo ekonomiku u militari fuq Iżrael issa. Is-soċjetà Maltija fil-maġġoranza tagħha ma tridx tkun parti minn dan l-orrur inkonċepibbli. "It-tfal ta' Gaża jeħtieġu protezzjoni. Jeħtieġu l-ikel, l-ilma, u l-mediċina. Jeħtieġu waqfien mill- ġlied. Iżda aktar minn kull ħaġa oħra, jeħtieġu azzjoni immedjata u kollettiva biex dan jitwaqqaf darba għal dejjem." L-Għaqda Ġustizzja għall- Palestina taħdem għad-drittijiet umani, l-ugwaljanza u l-paċi. Ilna sentejn naħdmu biex Malta tagħti sehemha u turi s-solidarjetà tagħha mal-ġirien tagħna l-Palestinjani billi ttemm l-assistenza u s-servizzi tagħha (pubbliċi u privati) lill- vapuri li jġorru l-armamenti u l-fuel lill-Apartheid-Iżrael, kemm fit-territorju marittimu, kif ukoll fiż-żona ekonomika tal-Hurd Bank. Għamilnieha waħda mid- domandi lill-kandidati għall- Parlament Ewropew, li jaqblu li Malta ttemm kull tip ta' kompliċità ma' Iżrael u li kull MEP jaħdem bla heda għas-sospensjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u Iżrael. Kull xahar iktar nies jidħlu jaħdmu magħna. Biex insemmi it minnhom: 20 assoċjazzjoni tal-ħaddiema fil-kura tas-saħħa u professjonisti oħra, il-Kunsill tal- iStudenti tal-MCAST, il-General Workers' Union u koalizzjoni ta' iktar minn 20 NGO. Dan l-aħħar, l-Avukati tal-Università ta' Malta ppubblikaw stqarrija dwar il-fatt li Iżrael qed iwettaq ġenoċidju. Issa mijiet ta' akkademiċi qed jitolbu li Iżrael jiġi iżolat. Kull tip ta' kompliċità universitarja, governattiva u kummerċjali ma' Iżrael trid tiġi sospiża. Aħna nħeġġu lill-Gvern Malti li jieħu sehem fil-konferenza f 'Bogotá, il-Kolombja, fil-15 u s-16 ta' Lulju, biex jitwaqqaf il-ġenoċidju fil-Palestina. Disa' pajjiżi diġà ngħaqdu mal-Grupp ta' e Hague biex jiddefendu l-liġi internazzjonali u s-sentenza ta' Lulju 2024 tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja. Għalhekk, il-Gvern Malti għandu jingħaqad mal-Grupp ta' e Hague u jieħu azzjoni konkreta biex jintemm dan il-ġenoċidju u il-ksur ta' drittijiet umani. Iktbu lilna: gustizzjaghallpalestina@gmail.com Le għall-kompliċità: Insaħħu r-reżistenza

