Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537669
Bħala Sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall- kostitwenti tiegħek? L-ikbar inkwiet tiegħi bħala Sindku huma diversi. L-iskart illegali huwa l-akbar problema li nħabbat wiċċi ta' kuljum. Biex inżomm ir-raħal tagħna nadif għamilt ehim mad-Dipartiment tal-Indafa Pubblika fejn żidna ħames ħaddiema u sweeping machine. Barra minn hekk, il-Kunsill joffri wkoll is- servizz għall-ġbir ta' skart goff. Min-naħa l-oħra, il-ġbir tal-iskart normali, waqa' taħt ir-responsabbiltà tar- Reġjun Nofsinhar. Dawn is-servizzi kollha huma bla ħlas, u minkejja dan kollu, xorta għad fadal it nies li ma jagħmlux użu mis-servizz li joffri l-Kunsill. Is-sens ċiviku huwa kruċjali biex l-immaniġġjar tal-iskart f 'pajjiżna jkun suċċess. L-ikbar sfida għall-kostitwenti tiegħi huwa l-iżvilupp li qiegħed isir fil-qasam tal-kostruzzjoni fejn l-art hija limitata. Dan l-iżvilupp qiegħed joħloq problemi kbar fit-toroq tagħna fejn qiegħed jinħass sew in-nuqqas ta' parkeġġ. Din hija problema komuni ma' Malta kollha li qegħdin inħabbtu wiċċna magħha ta' kuljum u ma tantx hemm x'tagħmel għax it-toroq huma dawk li huma. Il-Kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Il-Kunsill joqgħod attent ħafna meta jkun se jsir l-iżvilupp urban. Il-qasam ambjentali dejjem tajnieh prijorità u hekk se nibqgħu nagħmlu. Dan l-aħħar kien hemm applikazzjoni f 'Ħal Farruġ biex razzett abbandunat jinbidel f 'maħżen għal użu industrijali, kif ukoll parti oħra kbira tal-art tiġi maqluba għal użu ta' open storage. Bħala Sindku tkellimt f 'isem ir-residenti ta' Ħal Farruġ fejn għamiltha ċara li ma naqbilx ma' dan l-iżvilupp tant li l-Pjan Lokali jagħmilha ċara daqs il-kristall li din iż- żona, għalkemm hemm razzett ġo fiha, hija żona li tissejjaħ Strategic Open Gap li l-għan prinċipali huwa li tissalvagwardja l-art minn kwalunkwe tip ta' żvilupp. Bi pjaċir inħabbar li l-awtoritajiet ikkonċernati qablu mal- argument li għamilt u m'approvawx dan l-iżvilupp. Il-wirt kulturali huwa għal qalb il-Kunsill Lokali tant li sar restawr fuq l-istatwa ddedikata lill-Madonna tal-Kunċizzjoni li tinsab f 'Misraħ il-Knisja, kif ukoll tliet niċeċ iddedikati lil San Gużepp, San Miekel, u l-Qalb ta' Ġesù li jinsabu fiċ-ċentru tar-raħal. Taħseb li l-lokalità tiegħek għandha biżżejjed spazji miftuħa għar- residenti? Ir-raħal tiegħi huwa maqsum fi tnejn. Il-qalba tar-raħal, li għandek l-akbar popolazzjoni, għandha nuqqas ta' spazji miuħa. Il-Gvern Ċentrali konxju ta' din il-problema tant li l-unika Art Pubblika li tinsab fi Triq Mikilang Sapiano fejn kien se jsir żvilupp tal-Housing, issa se ssir proġett ta' spazju miuħ minn Project Green. Din kienet waħda mill-wegħdiet tiegħi f 'isem il- Kunsill Lokali li se ssir realtà. Ħal Farruġ jinsab fil-periferija u din iż- żona, għalkemm imdawra bl- industrija, għandha wieħed mill-akbar parks għall- familja, fejn in-nies iqattgħu ħafna ħin ta' mistrieħ qalb il-ħdura tas-siġar. Barra minn hekk, matul din is-sena se nkomplu naħdmu biex isiru aktar spazji ħodor u tisbiħ mad- dawra tal-Housing Estate fi Triq ir-Russett l-Abjad u Triq Wied in-Noqor. Fis-snin li ġejjin, x'għandha tkun il- prijorità tal-lokalità tiegħek? Kif tixtieq tara l-lokalità tiegħek tipprogressa fil-ħames snin li ġejjin? Bħala Sindku responsabbli mit-toroq u l-proġetti kapitali, il-prijorità tiegħi se tkun li l-it toroq li baqa' jinsabu fi stat ħażin, jinbidlu s-servizzi kollha u jingħataw wiċċ ġdid bit-tarmak. Bħalissa diġà qegħdin isiru żewġ toroq li huma Triq G. Tragance u Triq il-Karmnu. Wara li jitlestew dawn, ikun imiss Triq Indrì Micallef, Triq Ċensu Decandia, Triq Sir Ugo Mifsud u Triq Ħal Tarxien. Grazzi lill-Infrastructure Malta ta' din l-għajnuna li qegħdin jagħtu lill-Kunsill Lokali. Xi proġetti ppjanati hemm għal- lokalità tiegħek fil-futur qarib? Ir-Restawr tal-Kappella ta' Santa Marija tal-Ftajjar. L-installazzjoni ta' kameras madwar il- lokalità ta' Ħal Luqa u Ħal Farruġ. L-iskop ta' dan il-proġett huwa li jinħoloq smart city fuq skala żgħira, bl-użu ta' kameras ta' intelliġenza artifiċjali li jaħdmu bis-sensors sabiex josservaw it-traffiku u l-veloċità, kif ukoll ikollna d-data kif titkejjel il-kwalità tal-arja u l-livell ta' storbju. Proġett ieħor ta' tisbiħ fejn il-Kunsill irċieva grant ta' €71,552 mill- aġenzija LESA. Premezz ta' dan il-proġett, sqaqien antiki fir-raħal tagħna se jiġu mdawla b'lampi dekorattivi. Xi tħoss li huwa nieqes mil-lokalità tiegħek li tixtieq tipprovdi lir-residenti? Hemm diversi nuqqasijiet fosthom il- Bus Shelters, it-Trasport Pubbliku, u li tiġi aġġornata l-legal notice tal-parkeġġ tar- residenti. Minkejja t-talbiet li ilna nagħmlu bħala Kunsill Lokali sal-lum għadu ma sar xejn. Issib biżżejjed għajnuna mill- awtoritajiet fl-isfidi li taffaċċja bħala Sindku? Bħala Sindku li ilni nokkupa din il-kariga għal dawn l-aħħar 27 sena għandi relazzjoni mill-aqwa mal-awtoritajiet, kif ukoll dejjem sibt l-għajnuna. Ma' dan kollu xi kultant isiru xi xogħlijiet li ma nkunx naf bihom għax ma nkunx ikkonsultat. Dan jiġri minħabba l-iżvilupp kbir li qiegħed isir fil-qasam tal- infrastruttura. Bidliet leġiżlattivi riċenti naqqsu l-età minima għas-Sindki għal 16-il sena. Dan kif kellu impatt fuq il-Kunsill tiegħek, u x'inhi l-perspettiva tiegħek dwar l-involviment taż-żgħażagħ fil- governanza lokali? Dan l-aħħar il-Gvern għamel bidliet leġiżlattivi fejn żgħażagħ ta' 16-il sena jistgħu jiġu eletti bħala Sindku. Fl-opinjoni umli tiegħi ma naqbilx li żagħżugħ ta' 16-il sena jokkupa l-kariga ta' Sindku. Fil-kariga ta' Sindku għandek responsabbiltà kbira u minkejja l-esperjenza u s-snin li tkun ilek tokkupa din il-kariga dejjem hemm affarijiet li titgħallem. L-esperjenza hija l-akbar għodda u din iġġibha biż-żmien. Min-naħa l-oħra nemmen bil-qawwa kollha li tajjeb ikollok żgħażagħ fil-Kunsill fejn ikollhom ideat friski li flimkien mal-Kunsilliera adulti nkun nistgħu nagħtu servizz aħjar lill- komunità. intervista IL-ĦADD 20 TA' LULJU 2025 • illum 16 'L-ikbar sfida għall-kostitwenti tiegħi huwa l-iżvilupp li qiegħed joħloq problemi kbar fit-toroq tagħna' Sekonda mas-Sindki: Il-gazzetta ILLUM tkompli bis-sensiela ta' artikli tagħha li permezz tagħhom intom se ssiru tafu s-Sindki tagħhom. F'din il-ġimgħa, dan il- ġurnal ipoġġi ma' John Schembri, is-Sindku ta' Ħal Luqa. Ħal Luqa huwa partikolarment magħruf għall-ajruport tant li mill-kostruzzjoni tiegħu fl-1937, ir-raħal sar sinonimu mal-ajruport. Qabel it-twaqqif tal-ajruport, Ħal Luqa kien raħal kwiet, iżda l-Ingliżi għażluh bħala wieħed mis-siti ideali għall- ajruport. Minħabba l-ħsara li ġarrbu ajruporti oħrajn, l-ajruport ta' Ħal Luqa spiċċa sar l-iktar wieħed importanti tal-gżira. Dal-fatt ġab kemm vantaġġi iżda wkoll żvantaġġi, primarjament l-attakki mill-ajru kostanti li qala' r-raħal fit-Tieni Gwerra Dinjija. Fil-fatt, ħafna mill-binjiet ta' Ħal Luqa tkissru jew iġġarrfu kompletament waqt il-gwerra, inkluża l-knisja parrokkjali preżenti li kellha tiġi mibnija mill-ġdid bejn l-1944 u l-1962. Barra minn hekk, l-ajruport ukoll kixef u kkawża l-qerda ta' numru ta' artefatti u oqbra, bħall-katakombi Rumani li nstabu fl-1912. Dawn il- katakombi llum il-ġurnata huma inaċċessibbli minħabba estensjoni tal-ajruport li seħħet fl-1989. John Schembri, is-Sindku ta' Ħal Luqa