MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 20 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537669

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 20 TA' LULJU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I s-soltu, fis-sajf ikun hemm tenden- za li l-iżviluppaturi l-kbar idaħħlu l-applikazzjonijiet tagħhom biex, kemm jista' jkun, min ikun għassa għalihom jimmissjahom. Tant hemm biża' mis-sewwa magħruf li min jiżvi- luppa jrid ikollu l-via libera li jagħmel li jrid. Bħas-snin ta' qabel, hemm assalt fuq kull kantuniera tal-pajsaġġ u ċ-ċentru storiku ta' Malta. Irid ikollok armata ta' nies biex ikunu attenti x'qed jiġri. Għax din mhix ġlieda biss kontra r-regħba ta' min qed jiżviluppa. Hija wkoll ġlieda kontra min qed jiggverna llum u biegħ ruħu lill- industrija tal-bini u li m'għandu ebda sentiment favur il-pajsaġġ lokali u l-irħula Maltin u Għawdxin. Għandna riġment ta' politiċi fejn l-emozzjoni għall-iżvilupp sostennibbli hija kompletament assenti. Il-problema hija kbira mhux ħażin għax dan il-messaġġ mhux qed jasal għand il-pubbliku. Il-pubbliku mhuwiex qed jaqra dawn il-prietki, u l-politiċi fuq kollox jafuha din. Irid jinstab mezz ieħor aktar effikaċi biex inwasslu l-krib u r-rabja lin-nies. Irridu naraw kif se nqajmu rix in-nies biex huma wkoll jibdew jitkellmu dwar din it-traġedja. * * * Traġedja oħra U jekk hemm traġedja oħra, ma nistgħux ma nsemmux id-distruzzjoni tal-art ta' Gaża, kif ukoll il-qerda ta' ġens mill-azzjonijiet faxxisti tal-Gvern immexxi minn Netanyahu. M'hemmx dubju li meta l-istorja tinkiteb, ikun hemm min jippunta subgħajh lejn Von der Leyen u Metsola għall-kliem fjakk u dgħajjef lejn l-istat faxxist ta' Iżrael. Dak li għamlu n-Nazisti ta' Hitler kontra l-Lhud tal-Ewropa, qed jagħmluh il-faxxisti suldati ta' Netanyahu. Von der Leyen u Metsola jitniżżlu meta tiġi miktuba l-istorja bħala l-ikbar difensuri ta' Iżrael. Von der Leyen u Metsola huma politiċi li kellhom u għandhom kejl differenti għal min qed ibati fl-Ukrajna u għal min qed ibati f 'Gaża. Politika mnebbħa minn biża' għal- lobby Iżraeljan. Politika mnebbħa mill- biża' għall-istorja Ewropea ta' sebgħin sena ilu, bħallikieku l-ġenoċidju ta' Lhud Ewropej ifisser li dawk l-atroċitajiet jistgħu jiġu ripetuti bla mistħija minn stat li jpinġi lilu nnifsu demokratiku u modern. Illum m'hemmx dubju li l-Istat ta' Iżrael huwa stat faxxist. Is-sajf daħal sew u xejn mhu qed jagħmel sens

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 20 July 2025