MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 20 July 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537669

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 20 TA' LULJU 2025 07 il-korruzzjoni, li veru hi pjaga, imma hemm problemi oħra. Aħna partit politiku. L-uniku alternattiva għall-Gvern Laburista. L-unika soluzzjoni sabiex jinbidel il- pajjiż. Għandna l-irwol li nirranġaw il- pajjiż. Dak li jkun mhux ħa jtik il-vot għax l-oħrajn korrotti. Hu jrid ikun jaf kif ħa jsolvi t-traffiku, l-overpopulation, is-sistema edukattiva ... Il-poplu hemm barra dak li jrid. U fuq dawn il-prinċipji ħa jivvota. Jien din irrid politika proattiva, fejn inti taf fejn int. Kien hemm kwistjoni fejn ġurnalist tat-Times ikkritikat u inti rreaġixxejt b'tali mod. Kieku inti tispiċċa kap tal-PN, ħa jkun hemm ħafna kritika. Alex Borg, kapaċi joqgħod għal din il-kritika? Il-kritika hija essenzjali. Kritika kostruttiva hija l-ispina tad-demokrazija. Dment li tattakka l-punt u l-prinċipju, dak tajjeb għalija. Għalhekk hemm żewġ partiti f 'pajjiżna. Jiena propju nattakka jekk ma naqbilx mal-punt, mhux il- persuna. Fil-ħajja dejjem titgħallem. Fost l-affarijiet li tkellimt fuqhom kien hemm il-passaporti tad-deheb. Inti għedt li jekk dawn kienu tajbin, ma kellniex għalfejn inneħħuhom. Kif tiddefendi dawn it-tipi ta' proposti tant kontroversjali? Jien fejn hu tajjeb narah u l-ħażin narah ukoll, u nara kif nista' nġibu aħjar. Bħal kif il-PL ma neħħiex kull ħaġa li bena fuqu l-PN, imma kompla jibni fuq il-viżjoni tal-PN fil-Gvern. Jien hekk ħa nagħmel. Dak li sar tajjeb mill-PL mhux ħa nkissru imma nibni fuqu sabiex in-nies hemm barra jkollhom iżjed flus f 'buthom. Din tal-passaporti tad-deheb illum sospiża u ħa tinbidel, u l-Qorti Ewropea għaddiet rakkomandazzjonijiet fuq kif nistgħu ntejbuha. Jien anke qabel ma ġiet sospiża għedt li naqbel mal-kunċett imma mhux l-eżekuzzjoni. Pereżempju jrid ikun hemm iżjed due diligence u iżjed sustanza ma' pajjiżna. Mhux kemm jiġi miljunarju u jitlaq 'l hemm, bla sustanza long-term f 'pajjiżna. Jien irrid nimmassimizzawha u nibnu niċeċ ekonomiċi fuqha. Ħafna jgħidu li inti kannol bla krema, sabiħ imma bla kontenut. Lil hinn mis-suċċess ekonomiku li jkun hawn serenità u paċi, x'inhi l-iżjed ħaġa importanti fil-viżjoni ta' Alex Borg? L-ewwel nett għandi l-viżjoni tal-partit, u kif ħa ntejbu. Jien sħaqt li jekk niġi elett, fl-ewwel 100 ġurnata ħa ntella' audit committee li jkun kompost minn nies kompetenti fis-settur finanzjarju sabiex jibdew jimmassimizzaw id-dħul mill-assi tal-partit. Li nisma' mill-PL fuq id-dejn tal-PN, imma qatt ma jsemmu l-assi tal- partit li kollha jagħmlu tajjeb għad-dejn li hemm. Dan il-kumitat ħa jkun qed jagħmel dan. Apparti hekk, hemm l-irwol taċ-ċedoli li ħa jagħlqu f 'Marzu li ġej. Ħa jkun hemm pjan fuqhom għal dawn iċ- ċedoli li ma jiġux rolled over, ħa jkun hemm plan sabiex ikun hemm garanzija għalihom. Dan il-kumitat ħa jkun qed jagħmel ristrutturar tal-Media Link. Il-PN kellu relazzjoni speċjali man- negozji u l-PL ukoll beda jmexxi politika favur in-negozji. Kif ħa terġa' tirbaħ il-fiduċja tan-negozji u ma titlifx ruħek? Hemm il-viżjoni nazzjonali li tinkludi dan il-punt tan-negozji, fejn inti tkun ħabib ma' kulħadd imma fil-but ta' ħadd. B'hekk l-interess tiegħek ikun tal-pajjiż u mhux ta' xi ħadd. Alex Borg għandu l-morali li ma jkunx fil-but ta' xi ħadd. Jien irrid soċjetà ekwa, kulħadd moħħu mistrieħ b'PN fil-gvern. Kif se tibbilanċja bejn saltna tad-dritt mhux free for all? Gvern irid imexxi imma mhux b'anarkija. Meta jkun hemm anarkija, jaf il- poplu jgawdi in the short term, imma l-anarkija ma tgawdix fit-tul. Jien irrid pjan sostenibbli fejn kulħadd igawdi, anke l-ġenerazzjonijiet futuri. It-tkabbir ekonomiku kurrenti huwa kollu bbażat fuq il-viżjoni Nazzjonalista, l-avjazzjoni, il-banking, l-aspett marittimu, u l-gaming. Kollha setturi li bniehom il- PN. Il-każ ta' Montekristo ... xi ħaġa bħal din fejn għandek individwi b'ċerta portata, inti bħala Prim Ministru, x'tagħmel? Trid tieħu deċiżjoni. Minħabba t-tkaxkir tas-saqajn, anke f 'episodji oħra, tasal f 'punt fejn trid tieħu deċiżjoni mil- lum għal għada bħal anke Manoel Island. Jien ma naqbilx mad-deċiżjoni tal-Gvern għax bata l-poplu. Kieku l-Gvern ħa deċiżjoni fil-bidu, mhux tard, l-istess bħal Manoel Island, kwistjonijiet li ilhom snin, kieku deċiżjoni bħal din kienet tkun eħfef. Deċiżjonijiet li jridu jittieħdu llum qabel għada, eżempju fuq l-istat tal-Palestina, li l-Gvern għadu ma ddeċidiex. Aħna bħala PN sħaqna li hemm bżonn reviżjoni tal-pjanijiet lokali. Reviżjoni wkoll ta' affarijiet li ilhom snin twil, li mhux qed jaqdu l-eżiġenzi tan-nies. L-aħħar li ġew riveduti l-pjanijiet lokali kien fl-2006. Il-Gvern ta' bħalissa wegħedna li ħa jirrevedihom fl-2016. Minflok daħħal policies, ftit tajbin u ftit mhux prattiċi sabiex jimbutta l-problema mal-ġenb. Illum hemm ħafna policies li qed jiġu appellati u imbuttati mal-ġenb. Il-bord tal-estetika qas biss qed jiffunzjona. Bħala partit irridu nirregolaw ruħna fuq il-pjanijiet lokali. Pjan tal-2006 mhux bilfors tajjeb għal-lum. Ftit minnhom anke ilhom mid-disgħinijiet. Mhux kull raħal għandu l-istess esiġenza. Jekk nieħu din il-pożizzjoni, jien ħa nitlob li ssir diskussjoni serja fil-parlament fuq l-ippjanar ta' pajjiżna li għandu bżonn jiġi addattat għar-realtà tal-lum. Din id- diskussjoni trid issir fil-parlament miż- żewġ naħat, fejn għandna bżonn sunset clause. In-nies qed tinkwieta fuq il- popolazzjoni, pajjiż ċkejken b'ħafna nies. Din mhix kwistjoni ta' capping? F'dawn l-aħħar snin, il-viżjoni ekonomika kienet ekonomija minn fuq dar il-ħaddiema barranin fl-immedjat. Minflok pjan fejn il-popolazzjoni tiżdied bil-mod fuq medda ta' żmien, fl-istess ħin b'investiment fuq l-infrastruttura, splodiet l-ekonomija b'industrija għall- popolazzjoni ta' għaxar snin qabel. L-isptarijiet, meta tmur l-emerġenza trid tistenna sigħat twal. Għax Mater Dei inbena taħt Gvern Nazzjonalist snin ilu. L-isptar irid jirdoppja żgur, u anke s-sistema tat-trasport tal-massa. Illum il-ġurnata Malta hija wieħed mill-ftit pajjiżi Ewropej bla sistema tat-trasport tal-massa, bħal kwistjoni tal-metro li qatt ma saret. Jekk ikollok rieda politika, tagħmilha. Fuq popolazzjoni, irrid isir studju serju biex naraw liema setturi jiddependu totalment mill-barrani. Fl- istess ħin, ninċentivaw xogħlijiet li jista' joħodhom il-Malti. Eżempju jien diġà pproponejt li tinfetaħ l-iskola tal-isnajja'. Jien ma jimpressjonaniex meta l-Gvern jgħid li din is-sena ġejjin 3.4m turist. Jien jimpressjonani kieku minn erba' snin ilu sal-lum, il-but tan-nies irdoppja minn fuq it-turiżmu. Irrid nara kemm per capita qed iħalli fil-but tan-nies it-turist. Il-Vision 2050, qed tara l-kwalità jew kwantità? Jien nemmen li rridu kwalità ta' turisti, kwalità tal-ħajja, kwalità tal- pensjonanti. Hemm sitwazzjonijiet fejn hemm l-għodod biex tbiddel l-affarijiet fejn ikun hemm bżonn ta' referendum. Taħseb li l-mudell tar-referendum għandu jissaħħaħ ħalli jekk is- soċjetà tinbidel, u l-poplu jkun jista' jiddeċiedi? Jien nemmen l-irwol ta' referendum huwa essenzjali. Però nemmen li kull partit għandu l-prinċipji li jħaddan. Bħala PN, aħna demokristjan bil- viżjoni u ideoloġija tagħna. Hemm sitwazzjonijiet morali u etiċi fejn ma tistax iċċekken il-valuri tal-partit. Il-PN evolva, illum nilqgħu d-drittijiet ċivili u l-użu rikreazzjonali tal-kannabis. Aħna xorta kontra l-abbuż tad-droga, imma ma jfissirx li din il-liġi ma nistgħux nirranġawha sabiex nagħmlu l-poplu iżjed konxju fuq l-abbuż tad-droga. Taqbel li nies li għandhom akkużi kriminali kontrihom, pereżempju fil-każ ta' Ronald Mizzi u ta' Kurt Buhagiar, jerġgħu jidħlu jaħdmu mal- Gvern? Jien nemmen ħafna fis-saltna tad-dritt u f 'soċjetà ġusta u ekwa. Dan il-Gvern qed inaqqas l-istandard sabiex wieħed ikun fiċ-ċivil. Iva, Gvern Nazzjonalista jassigura s-saltna tad-dritt u standard mhux biss fiċ-ċivil imma fis-soċjetà kollha. Fl-appointments politiċi, dejjem irid ikun hemm nies li tafda. Kull gvern appuntat jagħżel in-nies tiegħu. Jekk inti tilħaq Prim Ministru, dawn l-appointments se jibqgħu jkunu marbuta mal-istess affiljanza politika? Il-Persons of Trust huma parti mid- demokrazija ta' pajjiżna. Jekk għandek bżonn żewġ min-nies Persons of Trust, m'għandekx bżonn għaxra għax dan infiq mill-fondi pubbliċi. Għax tkun fil-gvern bħala PN, ma tistax tilħaq Nazzjonalist ġenwin u kompetenti. Jien nemmen fil- kompetenza. Jien naħdem ma' kulħadd jekk lest li taħdem għar-riedni tal-poplu Malti. Kif tħares lejn Robert Abela? Hu għandu affarijiet tajbin u affarijiet ħżiena. Hu wiret legat ta' skandli, korruzzjoni, imbagħad il-COVID. Ħriġna u għamilna tajjeb. Innutajt li Robert jagħmel ħafna U-turns, bħal ta' Jean Paul Sofia fejn ma kellux empatija lejn il-familja ta' Jean Paul Sofia. Nemmen li kapaċi niddibatti b'mod kompetenti ma' Robert Abela. Qatt ma bżajt mid-dibattiti. Jekk tirbaħ, x'toffrilu lil Adrian Delia? irridu spalla ma' spalla miegħi. Jien politiku inklużiv. Jekk nilħaq kap tal-PN, lil Adrian Delia rridu spalla ma' spalla miegħi. Lest li tbiddel xi nies madwarek għal nies kompetenti? Ma trid tarmi lil ħadd. Kulħadd għandu kwalitajiet differenti. Bħala mexxej trid tara kif tuża l-kapaċitajiet ta' kulħadd. Jien nemmen li kulħadd għandu rwol differenti. Jekk titlef l-elezzjoni, x'tagħmel? Nibqa' naħdem għall-PN u għall-pajjiż, xorta naħdem għall-kap, hu min hu, anke Adrian Delia. Jekk tirbaħ u tiġi elezzjoni ġenerali, taħseb li tista' tlesti l-partit għall- elezzjoni u tirbaħ? Il-fatt illi Robert Abela diġà qal li jekk tinbidel it-tmexxija tal-PN, ħa jgħajjat elezzjoni ġenerali, m'għandix dubju li l-instabbiltà f 'pajjiżna mhux l-Oppożizzjoni qed toħloqha. Għalhekk nippretendu li jekk tasal din l-elezzjoni bikrija, jagħtuni raġunijiet veri u validi għaliex ġiet din l-elezzjoni ġenerali. Mill-2013 'l hawn, qatt ma kellna amministrazzjoni li għamlet leġiżlazzjoni sħiħa. Dejjem kellna elezzjoni bikrija. Jien ħa nidħol b'mentalità rebbieħa. nilħaq kap tal-PN, lil Adrian Delia rridu spalla miegħi '

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 20 July 2025