Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537912
intervista IL-ĦADD 27 TA' LULJU 2025 • illum 06 "Jekk hemm il-proċeduri kriminali għadhom għaddejjin, Fil-programm Xtra Sajf, Saviour Balzan jintervista lil Adrian Delia Kont kap tal-PN, kien hemm dak il-perjodu fejn kien hemm pressjoni kbira biex titlaq, u fil-fatt inti spiċċajt minn kap u laħaq Bernard Grech. Għaddew ħames snin u issa inti qed terġa' tikkontesta għal dan l-irwol. Xi ħaġa storika jekk tirbaħ, deċiżjoni iebsa li terġa' tirritorna. X'inhi r-raġuni? Mhijiex deċiżjoni faċli mhux tant għal dak li ġara qabel u għaddejt minnu imma għax din hi responsabbiltà tremenda. Hawn min jaħseb li din promozzjoni b'ħafna poter imma din telf ta' libertà u ħin. Mhux faċli. Għandha konsegwenzi fuq il-familja u l-ħbieb. Dak li semmejt inti qabel, huwa l-kuntest li wassalni biex nieħu din ir-responsabbiltà. Qegħdin sena, sena u nofs massimu 'l bogħod mill-elezzjoni ġenerali u l-PN qiegħed fis-sitwazzjoni illi qiegħed. Kulħadd jaf. Allura meta ġara dak li ġara, ħassejt ir- responsabbiltà għax għandi l-esperjenza u naf kif jaħdem il-partit, naf x'għandu jsir, naf li m'hemmx żmien fejn wieħed jitgħallem. Għandna bżonn nitilqu niġru ... imma wkoll, bl-esperjenzi u s-sofferenzi tal-imgħoddi. Barra minn hekk ħafna minn dawk in-nies li ma kinux qed jappoġġjawni ġew issa u qaluli "aħna qegħdin warajk". Wasalt biex nieħu din id-deċiżjoni ħabba dan kollu. Kieku Roberta Metsola ddeċidiet biex tiġi Malta minn Brussell, inti kont tpoġġi l-kandidatura tiegħek? Le għax jien dejjem tajt l-appoġġ tiegħi lil Metsola, anke qabel kont fil-politika. Naħseb li hi persuna unika. L-ogħla pożizzjoni li qatt kellha persuna Maltija, qas kien jippermettilha li tagħmel dak it-tip ta' pass. Kien ikun att ta' irresponsabbiltà kbira. Kieku talbitni parir, hekk kont ngħidilha. Ma naħsibx li kien jaqbel għall-pajjiż minħabba l-konsegwenzi li kienu jsiru fuq isem Malta barra minn Malta. Alex Borg kien viċin ħafna tiegħek. Dejqitek il-fatt li kkontesta? Skont is- sondaġġi hu qiegħed fuq quddiem. Le, ma dejqitnix. Dawn għadni ma rajthomx. Ma nafx liema sondaġġi qed tagħmel referenza għalihom. Żgur li dak kollu li sar qabel is-Sibt li għadda mhuwiex xjentifiku għax il-lista tat-tesserati ingħatat nhar is-Sibt li għadda. Kulma ġara qabel kien fuq xi ħaġa li mhux reali. Bħalissa kollox ward u żahar bejn iż- żewġ kampijiet fil-PN? Ħu kuntest ta' kompetizzjoni, ta' tiġrija. Dan huwa proċess li jrid isir. L-iżjed ħaġa li tinteressa lit-tesserati tagħna hu x'jiġri wara dan il-proċess. Ma nafx għala dan l-għaġeb kollu. Kieku konna minn "fazzjonijiet differenti", allura kollox ikun eħfef? Mela huwa vantaġġ għall-PN li aħna ħbieb għax wara dan, il-partit ħa joħroġ iżjed b'saħħtu. Dik l-iktar ħaġa importanti. Hemm min jipprova jgħawwar u jxewwex, mhux inti, il- PL. Waħda mill-aktar affarijiet li ġie kkritikat il-PN fuqha dawn l-aħħar 15-il sena kienet il-problema li huwa partit reattiv, mhux propożittiv. Inti din il-problema tagħrafha? Eżempju l-kwistjoni tal-Gender Equality, l-Abort, l-Ewtanażja. Le, ma naħsibx li hi l-ikbar problema fil- PN. Fin-natura ta' gvern u oppożizzjoni, il- gvern xogħlu hu li jipproponi l-liġijiet. Jekk hemm gvern li għandu li jrid jipproponi sett ta' linji gwida għax jemmen fihom, il-gvern irid jemmen fihom mhux l-oppożizzjoni. Il-gvern jipproponi għax jixtieq kannabis, u l-PN jixtieq proġett ta' forestazzjoni għal raġunijiet ta' kwalità tal-arja. Il-PN jista' jipprepara private members bill, imma xogħol il-parlament hu li gvern jipproporni l-liġijiet u s-saħħa li jagħmilhom. Aħna għandna perjodu qasir darba kull tant xhur li nipproponu xi ħaġa. Ma tfissirx li l-oppożizzjoni ma tistax tipproponi xi ħaġa imma mhux ħa jkollha saħħa daqs il-proposta tal-gvern. Jien nixtieq li jkun hawn proġett sħiħ ta' forestazzjoni f 'pajjiżna. Jekk insir kap tal-PN ngħidha. Ifisser li din ħa tiġi diskussa fil-parlament? Ħafna mid-drabi l-gvern jinjora l-oppożizzjoni, għax għandu l-poter li jista', kif jinjora r-rakkomandazzjonijiet tal- Ombudsman, kif jinjora ċerti sentenzi. X'inhi l-akbar problema mela? Waħda mill-problemi hi li meta inti tkun fl-oppożizzjoni trid issir oppożizzjoni aħjar. Naħseb dak il-proċess ma bdejniehx sew, bqajna naġixxu li kieku konna għadna fil- gvern. Din kienet waħda mill-affarijiet li kont għedt jien tmien snin ilu sabiex naraw id-dgħjufijiet tagħna, ninbidlu, u niġġeddu qabel nikkritikaw lill-gvern. Issa aktar minn qatt qabel nistgħu nkunu aktar propożittivi. Jien nista' ngħid li għandna bżonn sptar ġenerali ġdid fil-pajjiż. Mhux kulħadd qed jinqeda fil-qasam tas-saħħa. Iċ-Ċentru tas- Saħħa tat-Tramuntana mhux ħa jsir. Nista' ntik aktar proposti fil-futur. Fl-aħħar żmien meta kont kap tal- PN, kien hemm clash bejn il-grupp Repubblika u n-nies ta' madwar Daphne Caruana Galizia. Inti nqbadt f'dik l-isfortuna li kkummentajt qabel il-qtil makabru ta' Daphne. Iż-żminijiet inbidlu. Il-PN taħseb li għandu, fil- konfront tiegħek, rapport aħjar ma' dawn il-gruppi? Inkun prużuntuż jekk ngħidlek x'jaħsbu huma fuqi. Hemm ħafna individwi fil- grupp Repubblika li nitkellem magħhom u nitqarreb magħhom. Kien hemm progress sostanzjali. Ngħid li għandi rapport b'saħħtu. Hemm NGOs oħrajn li mhux ħa nsemmi imma naħseb li l-PN għandu jirrispetta lill-NGOs kollha u jinsisti li jkollhom aktar saħħa li jleħħnu dak li jemmnu fih fi kwalunkwe qasam. Minħabba li jien Shadow Minister tas-Saħħa kelli privileġġ li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa. Ġieli nikkonċentraw fuq żewġ NGOs biss imma hemm ħafna NGOs li jaħdmu fis-silenzju u jgħinu ħafna individwi, u lil dawk li jimbuttaw fis-settur tas-Saħħa Mentali. Għandna kriżi u għandna żgħażagħ — mhux dawk li qed jaqtgħu qalbhom mill- gvern u jitilqu 'l hemm — hemm żgħażagħ li qed jaqtgħu qalbhom mill-ħajja. Allura rridu ntuhom aktar saħħa u fondi. Ġieli ma' naqblux imma l-PN huwa NGO għalihom u mhux marbut ma' NGOs oħrajn. Il-PN, qabel Joseph Muscat, kien magħruf bħala partit viċin in-negozji jew in-negozji viċin tiegħu. Illum in-negozji jħossuhom komdi mal-PL, u l-PN jipprova jgħaddi l-messaġġ sabiex jimirħu magħhom. Hemm kritika li l-gvern huwa wisq viċin tan-negozji. Inti tagħraf li n-negozji jistgħu jkunu viċin tiegħek u jistgħu jġibuk għarkupptejk. Kif tista' tkun viċin tan-negozji u ma ssirx skjav tagħhom? Il-mistoqsija ħa nbiddlilha parti minna. Inti għedt li fil-passat il-PN kien iżjed viċin u llum aktar viċin tal-PL. Ilbieraħ, mhux illum. Illum in-negozji ddejqu taħt il-Labour. Sa żmien Joseph Muscat, ġabru ħafna negozji u tqassim ma' kulħadd. Illum in-negozji ddejqu għax m'hemmx firxa, hemm negozju għall-it. Hemm il-klikka ta' Joseph Muscat, il-klikka ta' Robert Abela, u bejniethom jiġġieldu għall-kejk kollu, waqt li l-frak għall- bqija. Jien kuljum nitkellem man-negozji. Ili 30 sena nikkonsulta negozji. F'pajjiż normali, in-negozji ma jkollhomx bżonn li jkollhom partit fil-but. In-negozji jridu "a level playing field". Il-public procurement huwa s-settur tiegħu ... li inti temmen fin-negozju tiegħek u trid li ma tkunx diskriminat, bl-istess negozji dejjem jieħdu huma t-tenders. Inti ma tridx li jkun hemm dawk il-magħżulin, bi proċess "rigged", evaluation board "rigged", judication board "rigged", public procurement appeals board "rigged". Nies magħżula mill-Prim Ministru sabiex il-proċess ikun "rigged", qed inkun ċar, qed inkun fattwali, hemm il- provi. Sentenzi tal-Qorti tal-Appelli jgħidu li f 'kuntratti ta' mijiet ta' miljuni, il-Gvern qed iqiegħed nies sabiex jiġġudikaw u jiddeċiedu fuq dik l-applikazzjoni li kellhom kunflitt ta' interess. In-negozji jridu li dak jieqaf. Adrian Delia Prim Ministru jiggarantixxi li jkun hemm "a level playing field", u mhux il- ħakma tal-it. Il-PN m'għandux viżjoni. X'inhi l-viżjoni ta' Adrian Delia jekk jiġi elett il-PN? Waħda mill-ewwel affarijiet li għedt meta tnediet il-pre-campaign twila, li ma naqbilx magħha u rrid inbiddilha, hi li ssir Adrian Delia jitkellem fuq bżonn ta' sptar ġdid u li l-PN jibda jirraġuna ta' partit fl-Oppożizzjoni "F'pajjiż normali, in- negozji ma jkollhomx bżonn li jkollhom partit fil-but"