Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1537912
10 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' LULJU 2025 • illum opinjoni Malta qiegħda tirreġistra ħafna każijiet ġodda ta' HIV kull sena. Barra minn hekk, l-istigma madwar is-saħħa sesswali — b'mod partikolari fil- komunitajiet LGBTIQ+ — tkompli tkun ostaklu għall-kura Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet tat-Tfal GRAZIELLA ATTARD PREVI G ħalkemm forsi għal xi wħud is-saħħa sesswali hija materja privata, fil-verità bħal kull aspett ieħor ta' saħħa jaffettwa, mhux biss il-persuni involuti, iżda wkoll jikkonċerna lill-bqija tas-soċjetà. Hawn min forsi jirraġuna li l-istat m'għandux għalfejn jipprovdi mediċini jew trattament għall-mard li jittieħed mis-sess, għax 'dan iġibuh b'idejhom' dawk li jkollhom x'jaqsmu ma' xulxin. Dan huwa raġunament żbaljat għaliex is-sesswalità hija qasam importanti ħafna fil-ħajja tal-bniedem. Bl-istess argument, l-istat ma jgħinx lil min jimrad kaġun tat-tipjip, tax- xorb, tal-ikel żejjed jew żbaljat. F'soċjetà moderna l-aċċess għal informazzjoni korretta, għodod preventivi u trattament mediku hija responsabbiltà fundamentali tal-Gvern. Sfortunatament, f 'Malta, il- wegħdiet politiċi dwar is-saħħa sesswali — b'mod partikolari dwar id-disponibbiltà tal- mediċini preventivi kontra l-HIV bħall-PrEP u l-PEP — baqgħu qatt ma twettqu, u dan qiegħed ikompli jpoġġi lil persuni vulnerabbli f 'riskju mhux meħtieġ. Il-PrEP u l-PEP huma mediċini pprovati fil-ġlieda kontra l-HIV. Il-PrEP hija pillola li tittieħed kuljum minn persuni negattivi għall-HIV biex jipproteġu ruħhom mill-infezzjoni, filwaqt li l-PEP tittieħed wara att sesswali riskjuż. Bosta studji kliniċi wrew li meta jintużaw kif suppost, iż-żewġ mediċini huma effettivi ħafna fil-prevenzjoni tat- trasmissjoni tal-HIV. Minkejja dawn l-avvanzi xjentifiċi, Malta ilha lura mill- bqija tal-pajjiżi Ewropej fir- rigward ta' aċċess mifrux u ġust għal dawn il-mediċini. L-aċċess għall-PrEP f 'Malta għadu limitat, u għal ħafna nies dan mhuwiex affordabbli għax jiswa wisq. Is-sitwazzjoni hija saħansitra agħar fir-rigward tal-PEP. Minkejja r-rwol kruċjali tagħha bħala intervent ta' emerġenza (li għandu jintuża fi żmien 72 siegħa wara att sesswali riskjuż possibbilment b'ċans ta' infezzjoni tal-HIV), id-disponibbiltà għadha diffiċli. Dan huwa falliment ċar ta' governanza min-naħa tal-Gvern Laburista. Biex inpoġġu kollox f 'kuntest, dan huwa l-istess Gvern li fil-qasam tas-saħħa ma ddejjaq xejn jonfoq 400 miljun lil Vitals u Stewards u li ħadd ma jaf eżattament x'sar minnhom. Il-Ministeru tas-Saħħa kellu biżżejjed żmien biex jintegra l-PrEP u l-PEP fis-servizzi nazzjonali tas-saħħa, speċjalment peress li dawn il-mediċini ilhom rikonoxxuti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għal aktar minn għaxar snin. Xi xhur ilu, il-Gvern ippubblika Strateġija Nazzjonali ta' saħħa sesswali li konna ilna tant nistennew. Iżda, għal darb'oħra, lil hinn mill-kliem sabiħ u iktar wegħdiet, ma seħħ xejn konkret. Il-konsegwenzi ta' dan il- falliment huma reali. Malta qiegħda tirreġistra ħafna każijiet ġodda ta' HIV kull sena. Barra minn hekk, l-istigma madwar is-saħħa sesswali — b'mod partikolari fil-komunitajiet LGBTIQ+ — tkompli tkun ostaklu għall-kura, u dan jiġi aggravat minn silenzju u nuqqas ta' azzjoni mill-Gvern li suppost huwa liberali. F'dawn l-aħħar snin, riċerkaturi fil-qasam tas-saħħa sesswali bdew jesploraw ukoll l-użu ta' DoxyPrEP u DoxyPEP. Dawn huma antibijotiċi li jistgħu jnaqqsu r-riskju ta' ċertu mard li jittieħed mis-sess bħalm'huma l-klamidja u s-sifilide. Studju tal-2022 ippubblikat fin-New England Journal of Medicine wera riżultati promettenti fost irġiel li jkollhom sess ma' rġiel (MSM) u nisa transgender fejn jidher li naqset b'mod sinifikanti l-inċidenza ta' dawn l-infezzjonijiet. Għalkemm DoxyPrEP u DoxyPEP għadhom mediċini kontroversjali — minħabba t-tħassib dwar ir-reżistenza għall- antibijotiċi, Malta m'għandhiex tinjorahom u nħallu xi għoxrin sena oħra jgħaddu qabel nieħdu azzjoni. Is-sitwazzjoni f 'dan il-qasam tant hija allarmanti li l-Gvern għandu jagħmel dak kollu possibbli biex jitnaqqas dan il-mard. Id-diskussjoni dwar is-saħħa sesswali trid titbiddel minn waħda ta' konvenjenza politika għal waħda ta' impenn tas-saħħa pubblika. Huwa inaċċettabbli li fl-2025, il-Gvern Laburista għadu jikkunsidra s-saħħa sesswali bħala qasam sekondarju. Il-gvern li jippretendi li huwa liberali għandu minnufih iwettaq il-wegħdiet elettorali. Il-Partit Nazzjonalista ilu li ppubblika l-proposti tiegħu f 'dan il-qasam. Dawn huma l-punti ewlenin: 1. L-aċċess għall-PrEP, PEP, u potenzjalment DoxyPrEP/PEP m'għandux ikun privileġġ għall-it, imma dritt garantit għal kulħadd. 2. II-klinika GU ssir faċilità li tilqa' walk-ins, bl- estensjoni tal-ħinijiet tal-uħ tagħha (inklużi tmiem il-ġimgħa) biex tiġi garantita aċċessibilità ta' 24 siegħa kuljum għall-PEP, u jiżdiedu l-professjonisti tas-saħħa f 'dan il-qasam. Għandhom ukoll jinfetħu kliniċi oħra fil-komunità. 3. Isir proċess ta' screening, speċjalment għal gruppi f 'riskju għoli bħalma jsir għal ħafna mard jew kundizzjonijiet oħra. 4. Tiġi implimenta kampanja nazzjonali ta' għarfien u prevenzjoni adattata għal gruppi ta' etajiet, ġeneri u orjentazzjonijiet sesswali differenti. Għandha wkoll tiġi indirizzata r-reżistenza għall-antibijotiċi, speċjalment fir-rigward tal-gonorrea, permezz ta' pjan ta' azzjoni speċifiku. 5. Jiddaħħlu miżuri aktar progressivi u prattiċi li jistgħu jwasslu għal titjib fil-kwalità tas-servizzi u fl-għarfien pubbliku dwar prattiċi ta' saħħa sesswali. Sfortunatament għad hawn wisq injoranza f 'dan il-qasam. 6. Tiġi wkoll indirizzata l-kwistjoni ta' saħħa mentali relatata mas- sesswalità bħalma hija d-dipendenza fuq il- pornografija u l-ossessjoni fuq is-sess. Spiċċa ż-żmien tal-kliem u l-wegħdiet sbieħ imma li jibqgħu miktuba f 'xi ktejjeb ilellex. Is-soċjetà Maltija, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli jew f 'riskju, għandhom bżonn azzjoni konkreta. Kull jum li jgħaddi mingħajr ma jsir xejn jew mingħajr ma jsir biżżejjed, huwa potenzjalment jum li fih persuna timrad jew tinfetta lil ħaddieħor bl-għawġ li dan iġib miegħu. Is-saħħa sesswali — mill-kliem, meta se ngħaddu għall-fatti? F'Malta, il-wegħdiet politiċi dwar is-saħħa sesswali baqgħu qatt ma twettqu