MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538813

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

intervista IL-ĦADD 24 TA' AWWISSU 2025 • illum 16 "Nixtieq li nżommu l-identità tagħna, però fl-istess waqt li nkunu kapaċi nkunu aktar proattivi fejn tidħol integrazzjoni għaliex nemmen li kull resident li jgħix ġo Bormla, ġej minn fejn ġej, huwa importanti li jħossu jappartjeni u jħossu parti minn Bormla." Bħala sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall- kostitwenti tiegħek? Aktar milli inkwiet, jien insejħilhom sfidi. L-aktar ħaġa importanti hija li nżommu livell ta' servizz tajjeb għar-residenti tagħna. Ir- residenti bir-raġun jiġu għand il-Kunsill għal kull ħaġa li tinqala', u dawn f 'ħafna każi ma jkunux talbiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill. Il-Kunsill tiegħi bena relazzjonijiet tajbin ħafna mal-entitajiet kollha u allura nagħmlu dak kollu possibbli sabiex ngħinu mill-aħjar li nistgħu lir-residenti tagħna. Il-kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Aħna naġixxu skont il-mertu tal-każ. Ikollna każi fejn ikollna noġġezzjonaw u/ jew ma naqblux u naċċettaw talbiet li aħna nħossu li ma ikunux ta' ġid għall-lokalità tagħna. Għall-grazzja t'Alla, minkejja li għaddej ħafna xogħol fuq djar li qed jiġu rrestawrati, m'għandniex żvilupp esaġerat. Fejn jidħol restawr, u aħna f 'Bormla għandna ħafna binjiet storiċi li jistħoqqilhom restawr, għandna kolloborazzjoni sħiħa mal-entitajiet responsabbli u mal-gvern ċentrali. Grazzi għal dan, matul l-aħħar snin, kellna ħafna xogħol fuq binjiet storiċi u anke partijiet kbar mis-swar li jdawru lil Bormla. Taħseb li l-lokalità tiegħek għandha biżżejjed spazji miftuħa għar-residenti? Bormla hija mogħnija b'ħafna spazji miuħa, u matul l-aħħar snin sar ħafna xogħol biex lin-nies tajniehom postijiet isbaħ fejn ikunu jistgħu jqattgħu ħin għar-rikreazzjoni. Għaddej xogħol biex l-akbar masġar fin- naħa tal-Kottonera, jerġa' jinfetaħ għan-nies ħafn'aktar isbaħ milli hu. Fl-istess waqt, il- Kunsill ħadem fuq numru ta' playing fields li llum qed jitgawdew mill-familji tagħna. Fis-snin li ġejjin, x'għandha tkun il- prijorità tal-lokalità tiegħek? Kif tixtieq tara l-lokalità tiegħek tipprogressa fil- ħames snin li ġejjin? Nixtieq li nżommu l-identità tagħna, però fl-istess waqt inkunu aktar proattivi fejn tidħol integrazzjoni għaliex nemmen li kull resident li jgħix Bormla, ġej minn fejn ġej, huwa importanti li jħossu jappartjeni u jħossu parti minn Bormla. Dan fih ħafna vantaġġi għax kull persuna għandha talenti u kapaċitajiet differenti li minnhom ingawdu bħala residenti u lokalità. Jien bħala Sindku niltaqa' b'mod regolari mal-ħafna barranin li jgħixu f 'beltna u magħhom naqsam ideat, ħsibijiet dwar x'jaħsbu kif nistgħu nagħmlu Bormla aħjar. Xi proġetti ppjanati hemm għal-lokalità tiegħek fil-futur qarib? Bħalissa fil-lokalità tagħna hemm ħafna proġetti għaddejjin, u oħrajn qed nistennew bl-akbar ħerqa li jibdew. Insemmi l-bini ta' Car Park u ġnien fit-tarf ta' Triq San Pawl, il-Car Park u żona għat-tfal tal-iskola quddiem l-iskola Primarja, Ġnien Kottoner, Pjazza Santa Margerita li aħna nafuha bħala x-Xgħajra u ħafn'aktar. Però l-akbar proġett li żgur jibdel id-dehra ta' Bormla hija Daħlet it-Tlett Ibliet. Ix-xogħol preparatorju sar u qed nistennew sabiex fi żmien qasir jibdew ix-xogħlijiet. Xi tħoss li huwa nieqes mil-lokalità tiegħek li tixtieq tipprovdi lir-residenti? Ambjent aktar nadif. Matul l-aħħar xhur il-Kunsill għamel sforzi kbar sabiex jiżdied it-tindif, kif ukoll ikollna aktar monitoraġġ sabiex noħolqu deterrent għal min jabbuża. Minkejja dan, aħna nisħqu fuq kollaborazzjoni mir-residenti. Aħna noffru servizz ta' kuljum tal-bulky refuse, u mhux aċċettabbli li għad għandna min joħroġ l-imbarazz meta jrid u fejn irid. Kif għamilna matul l-aħħar xhur, aħna se nkomplu nkunu ibsin kontra min jiġi jaqa' u jqum u jabbuża mis-sistema. Dawn huma it, għax il-maġġoranza tar-residenti mhux talli jikkoperaw, iżda talli jieħdu ħsieb iż-żoni tagħhom. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika rrapporta li 16-il kunsill lokali temmew l-2023 b'kapital tax-xogħol negattiv, li jindika instabbiltà finanzjarja potenzjali. X'miżuri qed jiġu implimentati biex jiġi żgurat li l-Kunsill tiegħek iżomm status finanzjarju b'saħħtu u jikkonforma mar- regolamenti finanzjarji? Fost il-prijoritajiet tal-Kunsill tiegħi hemm li nżommu l-finanzi tal-Kunsill b'saħħithom, u allura, kif jgħid il-Malti, infasslu l-libsa skont id-drapp li għandna. Għalhekk il- Kunsill ikun dejjem attent għal skemi li joħorġu minn żmien għal żmien sabiex permezz tagħhom inkunu nistgħu nwettqu aktar proġetti. Hija ovvja li l-Kunsill ikun jixtieq jagħmel ħafn'aktar, u jilqa' għat-talbiet tar-residenti, iżda tajjeb li nimu li aħna ġejna fdati sabiex immexxu bi trasparenza u dixxiplina finanzjarja, u allura mhux se nagħmlu dak li ma nifilħux u li 'l quddiem jista' joħloq problemi lill-Kunsill tagħna. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar it-tqassim propost tal-lokalitajiet fid-distrett skont kif qed jiġi ppreżentat mill- Uffiċċju Elettorali tal-PL, u ELCOM? Liema proposta taħseb li tkun l-aktar ta' benefiċċju għall-pajjiż? Jew taħseb li għandu kollox jibqa' kif inhu? Din mhix remit tagħna, però niem li hemm reġoli marbuta mat-tfassil tad-ditretti elettorali u allura l-bidliet li jseħħu minn żmien għal żmien jirriflettu dak li tgħid il-liġi elettorali. X'kienet l-aktar parti ta' sodisfazzjon mir-rwol tiegħek bħala sindku s'issa? L-aktar ħaġa ta' sodisfazzjon hija li permezz tar-rwol li għandi għamilt kuntatti importanti sabiex ngħin aktar nies. Hija fin-natura tiegħi li rrid nara lin-nies jgħixu aħjar, li fejn hemm it-tbatija nkun parti mis-soluzzjoni fiċ-ċokon tieghi, u fl-aħħar li nservi lil min tani l-fiduċja. "L-aktar ħaġa ta' sodisfazzjon hija li permezz tar-rwol li għandi għamilt kuntatti importanti sabiex ngħin aktar nies." Il-gazzetta ILLUM tkompli bis-sensiela ta' artikli tagħha li permezz tagħhom intom se ssiru tafu s-Sindki tagħkom. F'din il-ġimgħa, dan il- ġurnal ipoġġi ma' Marco Agius, is-Sindku ta' Bormla Bormla, magħrufa wkoll bħala Cospicua, hija waħda mit-Tliet Ibliet u għandha storja rikka li tmur lura għal żmien il-Feniċi. Matul il-perjodu tal-Kavallieri ta' San Ġwann, Bormla kienet importanti minħabba l-bażi militari u l-islipways tagħha. Il-Forti Ricasoli u l-linji ta' difiża ta' Santa Margerita juru l-importanza strateġika tar-raħal. Il-kultura ta' Bormla hija marbuta ma' tradizzjonijiet reliġjużi qawwija, b'festi bħal dik tal-Immakulata Kunċizzjoni. Il-belt għandha wkoll influwenza marittima qawwija, riflessa fl- istorja tagħha ta' baċiri u ħaddiema tal-port. Illum, Bormla għadha mimlija ħajja u restawr kulturali. Marco Agius, is-Sindku ta' Bormla

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 August 2025