MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538813

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' AWWISSU 2025 • illum Is-suq tal-proprjetà residenzjali f 'Lulju 2025 ra żieda sinifikanti fil-bejgħ u fil-konvenji meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta' qabel, b'attività qawwija f 'San Pawl il-Baħar, Birkirkara, u l-Mosta Il-Partit Nazzjonalista jinsab quddiem vot storiku biex jagħżel bejn ġenerazzjoni ġdida u figura esperjenzata Il-Kummissjoni qassmet €43 biljun bejn ħames pajjiżi membri, inkluż Malta Borg u Delia: viżjoni għall-Partit JAELLE BORG F'Lulju 2025, is-suq tal-proprjetà residenzjali kompla juri sinjali ta' tkabbir, hekk kif in-numru ta' kuntratti ta' bejgħ irreġistrati laħaq l-1,266 — żieda ta' 21.8% fuq l-istess xahar tas-sena l-oħra. Il-valur totali ta' dawn il-kuntratti tela' għal €383.1 miljun, li jfisser żieda ta' 35.1% meta mqabbel ma' Lulju 2024. Mill-kuntratti kollha, 89.7% kienu jinvolvu individwi, b'valur ta' €277.8 miljun — 72.5% tal- valur totali. L-akbar numru ta' tranżazzjonijiet ġie rreġistrat fid-Distrett tat-Tramuntana tal- Port (374 kuntratt) u fid-Distrett tat-Tramuntana (236), filwaqt li l-inqas kienu fil-Punent (130) u f 'Għawdex u Kemmuna (143). San Pawl il-Baħar kellu l-aktar kuntratti ta' bejgħ (90), segwit minn Birkirkara (73) u l-Mosta (67), li flimkien għamlu 18.2% tat-total. Fost it-tip ta' proprjetajiet, l-appartamenti (557) u l-garaxxijiet (330) kienu l-aktar komuni. Fil-konvenji, irreġistrati fl-istess xahar, in-numru totali kien ta' 1,229 — żieda ta' 15.6% fuq sena ilu. Minnhom, 89.4% kienu jinvolvu individwi. L-aktar distrett b'attività f 'din il-kategorija kien ukoll it-Tramuntana tal-Port (334 konvenju), segwit mit-Tramuntana (242). San Pawl il-Baħar, b'121 konvenju, kien fuq nett fil-lokalitajiet, segwit minn Birkirkara (69) u Tas-Sliema (59), li flimkien għamlu 20.3% tat-total. L-istatistika turi li ż-żewġ kategoriji — bejgħ u konvenji — qed ikomplu juru xejra pożittiva, b'ċentru ta' attività qawwija fil-lokalitajiet kostali u ċentrali. Żieda fil-bejgħ u l-konvenji tal- proprjetà residenzjali f'Lulju Il-Kummissjoni Ewropea tqassam €49 miljun lil Malta taħt l-iskema NextGenerationEU ILENIA DEBONO Il-Kummissjoni Ewropea qassmet €42.8 biljuni bejn ħames pajjiżi membri — l-Italja, il-Portugall, Ċipru, Malta u Spanja bħala parti mir-Recovery and Resilience Facility (RRF), li taqa' taħt l-iskema tan- NextGenerationEU. Dawn il-fondi huma parti mill-ħidma tal-Kummissjoni sabiex tgħin l-iżvilupp ekonomiku u r-reżiljenza ta' dawn il-pajjiżi membri. Din id- distribuzzjoni hija bbażata fuq l-implimentazzajoni preċedenti ta' riformi u investimenti fil- pjan ta' rkuprar u reżiljenza. Malta ggawdanjat minn €48.7 miljuni, it-tielet pagament taħt l-RRF. Dan il-pagament ikopri ċerti miżuri bħal trasport pubbliku b'xejn, renovazzjoni ta' skejjel tal-gvern, iżjed apparat mediku inkluż neonatal hearing screening programme u l-immodernizzar tas-sistema tal-ġustizzja bis-saħħa ta' apparat diġitali, kif ukoll sabiex tissaħħaħ il-framework ta' kontra l-ħasil ta' flus. Bil-pagamenti totali kollha mill-RRF, Malta bbenefikat minn €215-il miljun. Il-pjan ta' rkupru u reżiljenza ta' Malta huwa ffinanzjat bi €328 miljun fi grants. Fost il-pajjiżi l-oħra, l-Italja ggwadanjat €18.3 biljuni sabiex tiffoka fuq it-trasparenza u l-immodernizzar tal- infrastruttura; il-Portugall ħadet €1.34 biljun għal investimenti relatati ma' enerġija li tiġġedded u l-immaniġġjar ta' kontra l-ħruq tal-foresti; Ċipru €76 miljun b'enfasi fuq it-tranżizzjoni għal servizzi governattivi diġital; u Spanja rċiviet €23.1 biljun. JAELLE BORG Il-Partit Nazzjonalista jinsab f 'mument ta' għażla kruċjali hekk kif riesaq lejn il-vot tas-6 ta' Settembru, meta l-membri u l-kunsilliera tiegħu se jkollhom jiddeċiedu min għandu jmexxi lill-partit f 'din il-fażi delikata tal- istorja tiegħu. Il-kandidati li qed jikkontestaw huma żewġ figuri li joffru approċċ u stil differenti, iżda li fl-istess ħin għandhom punti ta' fehma komuni li juru x'inhuma l-prijoritajiet tal- PN illum: Alex Borg, deputat Adrian Delia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 August 2025