MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538813

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' AWWISSU 2025 • illum opinjoni "Ir-realtà hi li hawn ħafna negozji, speċjalment żgħar u medji, ma jaslux mal-banek kummerċjali. Jista' jkun għax ma jifilħux għall-garanzija mitluba mill- banek, jew inkella r-rati tal-interessi jaqtgħulhom qalbhom." Kap Eżekuttiv tal-Malta Development Bank ALISON MICALLEF "Postijiet tax-xogħol u negozji għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd." "Il-ħarsien ambjentali għandu jkun prijorità għal kull negozju." "Neħtieġu aktar negozji ffukati fuq is-sengħa u t-tradizzjonijiet Maltin." D awn huma lkoll dikja- razzjonijiet li jqanqlu kunsens assolut u li sirna nismgħuhom spiss. Iżda għaqli l-Malti meta jgħid li bla flus, la tgħannaq … u f 'dan il-każ lanqas tinvesti! Dan jafuh sidien ta' negozji li mhux dejjem jirnexxilhom jiksbu l-appoġġ finanzjarju mill-banek kummerċjali. Hawn fejn jidħol bank Malti, il-Malta Development Bank, maħluq propju biex jindirizza dawn il-lakuni fil-kuntest finanzjarju lokali. Għalkemm huwa magħruf l-aktar għall- għajnuna li pprovda lin-negozji Maltin u Għawdxin waqt il- pandemija, aktar kemm pajjiżna jenfasizza l-ħtieġa ta' viżjoni fit-tul, aktar tikber ir-relevanza tal-MDB. Ir-realtà hi li hawn ħafna negozji, speċjalment żgħar u medji, ma jaslux mal-banek kummerċjali. Jista' jkun għax ma jifilħux għall-garanzija mitluba mill-banek, jew inkella r-rati tal- interessi jaqtgħulhom qalbhom. Fl-aħħar mill-aħħar ma jkunux f 'pożizzjoni li jagħmlu l-qabża ta' kwalità li tant hemm bżonn biex jinvestu fil-ġejjieni. Meta jiġri hekk, ma jgawdi ħadd. Għalkemm il-kunċett huwa relattivament ġdid għall-gżejjer tagħna, banek tal-iżvilupp hemm bosta f 'diversi pajjiżi madwar id-dinja. Dan il-bank jiddistingwi ruħu għax jappoġġja t-tkabbir ekonomiku b'mod partikolari f 'oqsma li ma jirċevux biżżejjed għajnuna minn banek regolari. Iservi bħala istituzzjoni finanzjarja li jagħti self u garanziji lin-negozji għal proġetti b'impatt fit-tul. Tant hu hekk li l-MDB għadu kemm kiseb appoġġ mill- programm InvestEU tal-Unjoni Ewropea, taħt il-Fond Ewropew għall-Investiment. Dan l-appoġġ se jgħin negozji li jridu jwettqu proġetti sostenibbli, kulturali u kreattivi. B'dan il-ehim, l-MDB jista' jaħdem mal-banek kummerċjali lokali, f 'dan il-każ il-BOV u l-HSBC, u jaqsam ir- riskju involut magħhom. Barra minn hekk, il-banek kummerċjali jistgħu joffru termini aħjar lin- negozji, b'rati tal-imgħax aktar baxxi jew kollateral imnaqqas. Dan kollu kapaċi jġib bidla konsiderevoli. Jaf ikun hemm min, pereżempju, irid ibiddel il-karozzi kummerċjali tiegħu għal vetturi elettriċi, jew jinstalla pannelli fotovoltajċi. Hemm min kapaċi jaġġorna l-arja kkundizzjonata għal sistema aktar effiċjenti fl-enerġija, jew forsi jintroduċi programm ta' riċiklaġġ ta' materjal. Eżempju ieħor huwa r-riċiklaġġ u l-filtrazzjoni tal-ilma. Iżda s-sostenibbiltà nimu biha wkoll il-benesseri soċjali. B'hekk ninkoraġġixxu, pereżempju, li ħanut isir aċċessibbli għas- siġġijiet tar-roti, jew l-investiment f 'teknoloġiji li jgħinu klijenti b'diżabilitajiet varji. Eżempji fil-qasam kulturali u kreattiv jinkludu l-produzzjoni ta' films qosra jew dokumentarji, l-iżvilupp ta' video games, l-espansjoni ta' studios tal- arkitettura, il-modernizzazzjoni ta' mużewijiet b'wirjiet diġitali, il-finanzjament ta' produzzjoni tal-mużika għal artisti lokali, u l-uħ jew aġġornament ta' ħwienet tal-artiġjanat. Il-lista twila, imma l-kunċett ċar. Hekk kif pajjiżna miexi lejn Viżjoni Malta 2050, kruċjali li n-negozji, anke dawk żgħar u medji, isibu l-appoġġ meta jħabbtu l-bibien tal-banek għax jixtiequ jwettqu proġetti relevanti. Inkella tibqa' biss viżjoni fuq karta jew viżjoni li jilħquha biss ċertu negozji u mhux oħrajn. Aktar jgħaddi żmien, u aktar tikber ir-relevanza ta' bank imfassal biex jaħseb fl-iżvilupp strateġiku ta' Malta u Għawdex. Il-bank Malti li qed jidderieġi l-iżvilupp Il-Partit Nazzjonalista jemmen li r-riforma trid tinbena mal-poplu u mhux minn wara dahru

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 August 2025