MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 31 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538995

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

intervista mas-sindku IL-ĦADD 31 TA' AWWISSU 2025 • illum 16 "Kunsill Lokali jrid ikun proattiv u jippjana sabiex joħloq iktar spazji miftuħa fil-lokalità sabiex tkun tista' taqdi n-neċessitajiet u tilħaq l-aspirazzjonijiet tar- residenti fil-futur" Bħala sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall- kostitwenti tiegħek? Ħal Safi hija waħda mill-iżgħar lokalitajiet f 'Malta. Il-kwiet u trankwillità li jirrenjaw fil-lokalità jpoġġuha b'karatteristiċi simili ta' diversi rħula żgħar Għawdxin. Statistika maħruġa mill-NSO turina li f 'dawn l-aħħar snin l-iżvilupp urban żdied konsiderevolment f 'Ħal Safi. Fil-fatt, riżultati ppubblikati mill-istess NSO miċ-ċensiment li sar fl-2021 juru li l-popolazzjoni f 'Ħal Safi żdiedet b'27% fuq medda ta' għaxar snin. Din hija żieda pjuttost konsiderevoli anke meta mqabbla mal-lokalitajiet tal-madwar li fuq l-istess perjodu kellhom żidiet li jvarjaw minn 9% għal 19% biss, li huma ferm 'il bogħod miż- żieda li kellna f 'Ħal Safi, u li issa nikkalkulaw li l-popolazzjoni qed toqrob iktar lejn it-3,000 resident. Għalhekk, bl-iżvilupp dejjem jiżdied, l-isfida ewlenija hija dik ta' kif se jirnexxilna nippreservaw din il-karatteristika ewlenija li tiddistingwina minn irħula oħrajn, u naraw li r-raħal tagħna jibqa' pjuttost kwiet u fl-istess ħin attraenti għal dawk il-persuni li jixtiequ jiġu jgħixu fil-lokalità tagħna b'dak l-iskop. Il-kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Fil-limitazzjoni ta' riżorsi u anke ta' poteri fejn jidħol l-ippjanar u l-permessi għal iktar żvilupp urban, f 'dawn l-aħħar snin il-Kunsill Lokali semma leħnu u anke oġġezzjona fuq applikazzjonijiet ta' żvilupp fejn ħass li dawn kienu b'xi mod se jaffettwaw negattivament il- wirt jew l-ambjent tal-lokalità, u/jew fejn ħass li tali applikazzjonijiet ma kinux konformi mal-pjan lokali. Nemmnu li dan jibqa' dover tal-Kunsill Lokali li juża l-armi kollha fid- dispożizzjoni tiegħu sabiex jipproteġi l-wirt u l-ambjent tal-lokalità sabiex jippreservahom għall-ġenerazzjonijiet tal-futur. Taħseb li l-lokalità tiegħek għandha biżżejjed spazji miftuħa għar-residenti? Kif tkellimt iktar qabel, il-popolazzjoni f 'Ħal Safi żdiedet konsiderevolment f 'dawn l-aħħar snin u jidher li se tkompli tiżdied iktar fis-snin li ġejjin. Dan iġib miegħu n-neċessità li nżidu iktar spazji miuħa. Dak li kien biżżejjed għall-bieraħ u li forsi huwa tajjeb għal-lum, ma jfissirx li se jibqa' jkun adegwat u li jaqdi l-bżonnijiet tar-residenti għas-snin li ġejjin. Għaldaqstant, Kunsill Lokali jrid ikun proattiv u jippjana sabiex joħloq iktar spazji miuħa fil-lokalità sabiex tkun tista' taqdi n-neċessitajiet u tilħaq l-aspirazzjonijiet tar- residenti fil-futur. Fis-snin li ġejjin, x'għandha tkun il- prijorità tal-lokalità tiegħek? Kif tixtieq tara l-lokalità tiegħek tipprogressa fil- ħames snin li ġejjin? F'Ġunju li għadda saru l-elezzjonijiet tal- Kunsill Lokali. Hemmhekk ġie ppreżentat manifest elettorali li kien jinkorpora l-prijoritajiet għal Ħal Safi fil-ħames snin li ġejjin. Dan il-manifest, li ġie approvat mill- maġġoranza tar-residenti fl-elezzjoni ta' Ġunju, huwa l-gwida għall-pjan ta' ħidma tal-Kunsill fejn irridu naraw li dan il-pjan jitwettaq tul il-ħames snin ta' din il-leġiżlatura. Fost dawn il-prijoritajiet insemmi fuq kollox il-wegħda li jitnaqqas drastikament it-traffiku mill-qalba tal-lokalità b'mod partikolari mill- pjazza u t-toroq tal-madwar permezz tal- implimentazzjoni ta' pjan għall-immaniġġjar tat-traffiku, u flimkien ma' dan it-twettiq tal- proġett tal-pjazza li parti minnha se tingħata lura lin-nies billi ssir pedonali u b'hekk noħolqu spazju miuħ ieħor għar-residenti. L-iskop ta' dan kollu huwa li nirrendu l-lokalità iktar nadifa mit-tniġġis permezz tat- tnaqqis tat-traffiku u fl-istess ħin iktar sigura, bit-tragward ikun li fit-toroq tal-lokalità ċkejkna tagħna ninċentivaw metodi alternattvi għall-karozzi bħal pereżempju l-mixi u l-użu tar-roti. Dan jirrikjedi wkoll tibdil fil-kultura u l-mentalità ta' ħafna Maltin li rridu nużaw il-karozza kull fejn immorru. Nemmnu però li huwa iktar possibbli li jsir f 'Ħal Safi minħabba ċ-ċokon tal-lokalità tagħna. Xi proġetti ppjanati hemm għal-lokalità tiegħek fil-futur qarib? Apparti mill-proġett tat-tisbiħ tal-pjazza li bħalissa diġà bdew il-pjanijiet fuqu flimkien mal-Aġenzija Infrastruttura Malta, proġett ieħor li joħroġ mill-manifest elettorali huwa r-riġenerazzjoni mill-ġdid ta' Ġnien Dun Karm Vella li huwa fost il-prijoritajiet tal- Kunsill. Dan il-proġett se jkun qed jitwettaq bl-għajnuna tal-Aġenzija Project Green. Proġetti oħra li hemm ippjanati huma r-restawr tal-Knisja Parrokkjali u t-tisbiħ u restawr taċ-Ċentru Parrokkjali. Hawnhekk il-Kunsill Lokali qed jaħdem flimkien mal- Parroċċa u nista' ngħid li fir-rigward tal-Knisja Parrokkjali diġà rnexxielna nakkwistaw il- fondi neċessarji sabiex isir ir-restawr tant meħtieġ. Rigward iċ-Ċentru Parrokkjali, li hija binja li tmur lura għal żmien il-Kavallieri, diġà tlesta x-xogħol ta' restawr mid-Direttorat tar-Restawr u fil-ġimgħat li ġejjin se jkun ukoll qed jibda x-xogħol ta' manutenzjoni u tisbiħ mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Dawn huma żewġ proġetti ferm importanti sabiex inkomplu nippreservaw il-patrimonju storiku ta' raħalna. Proġett ieħor li huwa ppjanat li jitwettaq tul din il-leġiżlatura huwa li nesploraw il- possibbiltà li nġibu l-permessi neċessarji sabiex inkunu nistgħu nibnu t-tielet sular fuq il-binja eżistenti tal-Kunsill Lokali. Dan sabiex ikollna sala oħra li sservi ta' ċentru reach- out għall-użu u l-benefiċċju tal-għaqdiet u r-residenti tal-lokalità. Xi tħoss li huwa nieqes mil-lokalità tiegħek li tixtieq tipprovdi lir-residenti? Minħabba ċ-ċokon tal-lokalità, hemm ċerti servizzi li r-residenti jridu jmorru f 'lokalitajiet tal-madwar sabiex jinqdew. Fis- snin li għaddew il-Kunsill Lokali kien iffirma l-ehim ta' devoluzzjoni tal-berġa tas-saħħa. Permezz ta' dan il-ehim, ċerti servizzi mediċi bdew jingħataw direttament mill-berġa fil- komunità. Għaż-żmien li ġej, il-Kunsill Lokali se jkun qed jidħol f 'taħditiet mad-Dipartiment tal-Kura Primarja sabiex nesploraw li nżidu iktar servizzi tas-saħħa li jkunu jistgħu jiġu offruti mill-klinika fil-komunità. 'Dak li kien biżżejjed għall-bieraħ u li forsi huwa tajjeb għal-lum, ma jfissirx li se jaqdi l-bżonnijiet tar-residenti' Din il-ġimgħa, dan il- ġurnal ipoġġi ma' Johan Mula, is-Sindku ta' Ħal Safi. Ħal Safi huwa raħal żgħir u kwiet fix-Xlokk ta' Malta, li jmiss ma' rħula oħra bħal Ħal Kirkop u ż-Żurrieq. Skont iċ-ċensiment tal-2011, il-popolazzjoni kienet ta' madwar 2,066 ruħ. L-ewwel referenza storika għal Ħal Safi tmur lura għall-1419, meta kien diġà rikonoxxut bħala raħal. F'dak iż-żmien, il-maġġoranza tal-abitanti kienu bdiewa li kienu jgħixu minn agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Wieħed mill-aktar siti storiċi importanti f 'Ħal Safi huwa t-Torri li jġib l-isem Ta' Ġawhar, torri Puniku-Ruman li x'aktarx inbena fi żmien il-Gwerer Puniċi. Il-festa prinċipali tar-raħal hija dik ta' San Pawl, li tiġi ċċelebrata fl-aħħar Ħadd ta' Awwissu, u tinkludi ċelebrazzjonijiet reliġjużi u attivitajiet soċjali għall-komunità kollha. Ħal Safi qed jieħu passi lejn sostenibbiltà ambjentali. Pereżempju, il-villaġġ għandu roundabout li taħdem bl-enerġija solari, li ssaħħaħ is-sistemi tad-dawl u l-irrigazzjoni tiegħu. Johan Mula, is-Sindku ta' Ħal Safi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 31 August 2025