Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538995
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 31 TA' AWWISSU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Live Dock Music se jirritorna f 'Bormla nhar l-20 ta' Settembru 2025. Bil-Baċir Nru 1 fl-isfond, dan l-avveniment bla ħlas, li se jsir fuq barra, se jkun qed joffri lejla mill-isbaħ miżgħuda b'mużika popolari, talent lokali u internazzjonali, u wirjiet leġġendarji. "Wara s-suċċess tas-snin ta' qabel, ħerqanin biex nippreżentaw ir-raba' edizzjoni ta' Dock Music, li għandha tkun ikbar, aqwa, u ħafna iktar divertenti mill-edizzjoni ta' sen'ilu. L-għan tagħna huwa li norganizzaw lejla sabiħa għall-familja kollha, mit- tfal sal-anzjani, b'mużika u spettaklu b'xejn għal kulħadd. Dan mhux sempliċement kunċert. Dock Music joħloq sens ta' komunità għaliex jgħaqqad lin-nies f 'wieħed mill-ispazji l-iktar storiċi u sbieħ f 'Malta. Il-Baċir Nru 1 ħaqqu jiġi ċċelebrat u jitgawda min-nies, u eċitati ħafna biex l-udjenzi jinġabru hemm u jagħtu l-ħajja lil dan il-festival," jistqarr Joe Mizzi, iċ-Chairman ta' Kottonera Foundation tad-Dock Music Festival. Is-serata se tibda fis-7:30 p.m. bil-ħsejjes tar- ram ritmiku tad-Drop-Out Band, li l-enerġija tagħhom żgur se tħeġġeġ lil dawk preżenti biex jieħdu pjaċir. Magħhom fuq il-palk se jingħaqdu żewġ artisti lokali maħbubin — Fabrizio Faniello u Petra Zammit — bil-vuċijiet sbieħ tagħhom u b'kanzunetti li jaom kulħadd. Imma l-eċitament ma jiqafx hemm. It-tribute artist Roy in the Legend se jkun qed jimita diversi ikoni tal-mużika minn epoki differenti: Elvis Presley, Michael Jackson, Freddie Mercury, Lady Gaga, fost oħrajn. Hu se jkun akkumpanjat minn band live, u l-imitazzjonijiet tiegħu se jkunu kompluti bil-kostumi u l-mossi ikoniċi ta' dawn l-artisti. Il-post, Baċir Nru 1, huwa spettakolari fih innifsu. Mibni fl-1848, dan il-baċir storiku sar wieħed mill- iktar spazji maġenb il-baħar uniċi f 'Malta, għaliex iżewweġ il-wirt marittimu ma' arkitettura li ilha hemm sekli sħaħ. L-atmosfera miuħa u l-akkwati restawrati jagħmluh sfond perfett għal lejla ta' mużika taħt l-istilel. Dock Music hu organizzat mill-Fondazzjoni Kottonera b'kollaborazzjoni mal-Gvern Lokali, Visit Malta, Palumbo Shipyard, il-Kunsill Lokali ta' Bormla, Port Logistics Operations, u l-American University of Malta. Dock Music 2025 se jsir nhar is- Sibt, 20 ta' Settembru, f 'Baċir Nru 1 ġewwa Bormla. Żommu ruħkom aġġornati billi żżuru: https:// www.kottonera.mt/events/dock-music-2025/ Dock Music 2025 jirritorna b'lejla mimlija talent u divertiment Wirja ta' arti tiċċelebra l-vuċijiet queer Għawdxin u d-dijaspora LGBTIQ+ tal-Irlanda Gozo Pride 2025 tiftaħ b'"Bejn l-Imħabba u l-Ġlieda" — "Between Love and Struggle" Victoria, Għawdex — 5 ta' Settembru 2025 — Bħala parti minn Gozo Pride 2025, LGBTIQ+ Gozo, f 'kollaborazzjoni mal- Ambaxxata tal-Irlanda f 'Malta, qed tippreżenta "Bejn l-Imħabba u l-Ġlieda" — "Between Love and Struggle" — wirja ta' arti li tiċċelebra l-identitajiet queer, ir-reżiljenza, u s-solidarjetà. Il- wirja se titnieda uffiċjalment fil- 5 ta' Settembru fis-7:00 p.m., fil- preżenza ta' Caroline Whelan, Ambaxxatriċi tal-Irlanda għal Malta. Il-wirja tiġbor flimkien xogħlijiet ta' disa' parteċipanti — artisti queer u alleati li huma, jew minn Għawdex, jew marbuta mill- qrib mal-gżira. L-arti tagħhom tirrifletti, kemm il-ġlidiet, kif ukoll iċ-ċelebrazzjonijiet tal-komunità LGBTIQ+, u toffri djalogu viżiv enerġetiku dwar l-imħabba, l-identità, u l-ugwaljanza. Il-wirja tinkludi wkoll xogħlijiet maħluqa waqt 'Safe Spaces, Strong Voices: Art for Empowerment', serje ta' workshops għall-vittmi ta' trawma organizzati minn LGBTIQ+ Gozo u ffinanzjati mill-Kummissjoni kontra l-Vjolenza bbażata fuq il-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, u mis- Segretarjat Parlamentari għar- Riformi u l-Ugwaljanza permezz tal-programm 'Together We Empower'. Qed issir ukoll Out in the World, wirja li tivvjaġġa kkurata minn EPIC: e Irish Emigration Museum, f 'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin tal-Irlanda, u ppreżentata f 'Għawdex mill-Ambaxxata tal- Irlanda f 'Malta. Permezz ta' sitt temi — esklużjoni, komunità, imħabba, defiżjoni, solidarjetà, u ritorn — il-wirja tenfasizza tnax-il storja emozzjonanti mid- dijaspora LGBTI+ tal-Irlanda, u tinkludi xogħlijiet mill-artist u disinjatur Irlandiż rebbieħ ta' premji Richard Malone. L-Ambaxxatriċi Whelan qalet: "Fl-2015, l-Irlanda saret l-ewwel pajjiż fid-dinja li llegalizza ż-żwieġ ugwali b'vot popolari, u għalhekk id-dritt ugwali għaż-żwieġ għall-persuni LGBTIQ+ issa jinsab imniżżel fil-Kostituzzjoni Irlandiża. Din il-wirja tgħid l-istejjer tal-membri tad-dijaspora LGBTIQ+ tal-Irlanda u jien ferħana li qed nara lilha hawn f 'Għawdex flimkien mal-wirja ta' arti b'temi ċentrali daqshekk pertinenti. Nittama li tagħti tama u kuraġġ lil min jaraha." "Din is-sena, Gozo Pride qed terġa' lura għall-għeruq ta' protesta ta' Pride," qalet LGBTIQ+ Gozo. "L-arti tfakkarna li d-drittijiet miksuba jistgħu jerġgħu jittieħdu lura, u li s-solidarjetà bejn il-fruntieri hija essenzjali. Aħna kburin li nħarsu l-vuċijiet Għawdxin flimkien mal- istejjer globali tad-dijaspora queer tal-Irlanda." Il-wirja tiġbor flimkien xogħlijiet ta' disa' parteċipanti Live Dock Music se jirritorna f 'Bormla nhar l-20 ta' Settembru 2025