MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 31 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538995

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 31 TA' AWWISSU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M eta ġie elett prim ministru u mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela f 'Jannar tal- 2020, kien hemm mewġa ta' deċiżjonijiet politiċi mnebbħa minn serjetà politika. Ma kinux deċiżjonijiet kbar imma kienu jindikaw distakk mill-politika ta' Joseph Muscat. Fost in-nies li ġew imwarrba, jew ejja ngħidu mhux imfittxija, kien hemm nies bħal Neville Gafà u Chris Cardona, biex ma nsemmux lil Joseph Muscat stess, kif ukoll lil Keith Schembri. Taqbel jew ma taqbilx mad-deċiżjoni ta' Abela, kienu deċiżjonijiet kuraġġużi li kienu xprunati minn xewqa biex jintbagħat messaġġ lil kulħadd li din kienet amministrazzjoni differenti li riedet tmexxi politika bi standards għoljin. Dak il-messaġġ wasal. Infatti mhux wasal biss imma kien apprezzat minn ħafna nies. Fast forward u Robert Abela mhux biss mar kontra kull deċiżjoni, imma spiċċa qisu jrid inessi x'kien għamel. Infatti trid tara biss dak li ġara fl- inkjesta tal-Vitals, fejn rajna attentat ċar biex jiġi mħarrek kulħadd mingħajr ebda forma ta' interrogazzjoni uffiċjali biex Joseph Muscat ma jiġix jew ma jispiċċax fiċ-ċentru tal-attenzjoni tal- midja. Biċċa ħniżrija bħalha qatt ma rajna. Mhux hekk biss, rajna wkoll attentati ċari biex nies li kienu esklużi mill-Partit Laburista jiġu mistiedna lura. U dan kien ċar f 'dan l-aħħar ġranet meta rajna lil Neville Gafà lura kastilja u Chris Cardona bħala konsulent mal- Ministru tal-edukazzjoni. U bħalma nafu, dawn id-deċiżjonijiet ma setgħux saru jekk mhux bil-barka ta' Robert Abela stess. Dan jikkonferma żewġ affarijiet; waħda li Abela jemmen li dawn l-għażliet se jrebbħuh apprezzament politiku, u t-tieni se jwaqqfu ċerti nies milli jikkritikawh li ma jaħsibx biżżejjed għal-Laburisti. Abela ma jistax ikun aktar żbaljat. Dawn id-deċiżjonijiet politiċi se jkomplu jirrabjaw lil dawk il-votanti li potenzjalment huma votanti Laburisti imma li jinsabu diżgustati bl-għemil tal- Gvern Laburista u l-mexxejja tiegħu. Il-politiċi għandhom ħabta li l-ottika tagħhom tkun ristretta u mċajpra … dan każ eżemplari. Politika ristretta u mċajpra

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 31 August 2025