MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 31 August 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538995

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 31 TA' AWWISSU 2025 • illum aħbarijiet ILENIA DEBONO Twissijiet u rapporti dwar l-istat perikoluż tal-Batterija Riħama f 'Marsaskala ntilfu fil-burokrazija, u wasslu għall-mewt ta' Mirabelle Falzon. Mirabelle kellha 22 sena meta mietet wara li waqgħu l-blat fuqha f 'Baħar San Tumas f 'Lulju tas-sena l-oħra. Id-dettalji tal-inkjesta maġisterjali dwar il-mewt tagħha kienu s-suġġett ta' konferenza tal-aħbarijiet fuq il-post fejn mietet, nhar is-Sibt fis-10:00am. Il-gvern għadu ma ppubblikax l-inkjesta. Fi stqarrija qabel il- konferenza, il-gvern qal li se jkun qed jimplimenta r-rakkomandazzjoni tal- inkjesta biex tiġi stabbilita entità ċentrali waħda responsabbli biex tirċievi rapporti dwar bini tal-gvern jew privat, kif ukoll ħitan, xquq jew strutturi abbandunati li jpoġġu lill-pubbliku f 'periklu. Il-gvern qal li din l-entità se tippermetti li tittieħed azzjoni aktar malajr u tagħmel aktar faċli għall-pubbliku biex jippreżenta rapporti urġenti dwar binjiet perikolużi li jinsabu f 'riskju imminenti ta' kollass. Il-gvern insista li l-inkjesta maġisterjali tgħid li l-istat mitluq tal-Batterija Riħama huwa dovut għal proċessi naturali ta' erożjoni. L-istqarrija inkludiet ukoll numru ta' kwotazzjonijiet mill-inkjesta, b'waħda minnhom tisħaq: "F'dan il- każ, parti mill-faċċata tal-blat qalgħet u waqgħet, u kkawżat fatalità. L-analiżi wriet li l-blat jinsab fi proċess kontinwu u inevitabbli ta' rtirar. Mhuwiex sorprendenti li l-faċċata tal- blat in kwistjoni kienet qed tkompli tiddeterjora, kif jindika x-xatt li qed jirtira u l-kollass imxerrid tal-ħitan ta' barra tal-batterija." Twissijiet fuq l-istat tal-Batterija Riħama intlifu qalb il-burokrazija INKJESTA MAĠISTERJALI WARA L-MEWT TA' MIRABELLE FALZON Il-ġenituri ta' Mirabelle Falzon appellaw lill-awtoritajiet biex jitgħallmu mill-iżbalji tagħhom u jipprevjenu mewta bla bżonn bħal dik li sofriet binthom. Is-Sibt filgħodu, Michael u Charmaine Falzon reġgħu marru fuq il-post fejn mietet binthom it aktar minn sena wara t-traġedja. Mirabelle mietet meta ġebla waqgħet fuq rasha waqt li kienet qed tqatta' l-ġurnata mal-għarus tagħha fil-Batterija tar-Riħama. Il-ġenituri qalbhom maqsuma tkellmu mal-media, inkluż il- gazzetta oħt, MaltaToday, flimkien mal-avukat tagħhom, Conrad Borg Manche, u l-kreatur tal-kontenut Conrad Neil Gatt li qabel kien diġà wissa lill-awtoritajiet dwar il- periklu taż-żona. Huma tkellmu wara l-konklużjoni tal-inkjesta maġisterjali dwar il-mewt ta' Mirabelle, li sabet li r-rapporti dwar il-perikli tal-Batterija Riħama ntilfu fil-burokrazija, hekk kif it-twissijiet kienu sempliċiment jgħaddu minn entità tal-gvern għal oħra. Charmaine Falzon għamlet sejħa emozzjonali fejn talbet għall-azzjoni fuq siti abbandunati u f 'qagħda ħażina. "Ħadd m'għandu jgħaddi minn dak li għaddejna aħna," qalet, u żiedet li l-familja ta' Mirabelle se tibqa' ġġorr din it-traġedja magħha għal ħajjitha kollha. Missier Mirabelle, Michael, irringrazzja lill-maġistrat inkwirenti għall-investigazzjoni dettaljata tiegħu. "Kieku l-flus li ntefqu fuq din l-inkjesta marru biex isir it- tiswija tal-Batterija Riħama kien ikun aħjar," irrimarka, u żied jgħid li kieku hekk, bintu kienet għadha qed tgawdi l-ħajja. Il-ġenituri ta' Mirabelle Falzon fuq il-post tat-traġedja Mirabelle Falzon li tilfet ħajjitha s-sena l-oħra f'aċċident fil-Batterija Riħama 'Itlaq 'l hemm' Cassola jgħid lid-deputat sindku tas-Swieqi Id-Deputat Sindku tas-Swieqi Jordan Galea Pace jippubblika ritratti ta' messaġġi bejnu u bejn iċ-Chairperson tal-partit Momentum Arnold Cassola fejn Cassola jidher li qed jikkompara lil Galea Pace mad-dittatur Korean Kim-Il Jung u qed jgħidlu "Piss off " (Itlaq 'l hemm, bil-Malti). Cassola, flimkien ma' residenti oħra mis- Swieqi, se jkunu qed jipprotestaw kontra problemi li skonthom qed jaffettwaw il-ħajja tar-residenti kollha riżultat ta' nuqqas ta' infurzar, bħal storbju u konġestjoni. Galea Pace akkuża lil Cassola li qed jisfruta "sitwazzjoni delikata u frustranti" għal interessi politiċi, u għal din ir-raġuni fost oħrajn, Galea Pace irriuta li jitkellem waqt il-protesta ta' nhar is-Sibt. Id-Deputat Sindku qal li fost ir-raġunijiet għala ma riedx jitkellem waqt il-protesta hi l-fatt li l-kunsill diġa qed jaħdem fuq din il-biċċa u qed iħalli frott dan ix-xogħol, kif ukoll li hu ma jridx juża l-frustrazzjoni tan-nies għal gwadan politiku. Galea Pace innifsu mhux l-ewwel darba li uża l-mezzi soċjali sabiex jitkellem fuq problemi simili li jaffaċjaw fis-Swieqi. Wara li seħħ dan kollu l-Ġimgħa filgħaxija, is-Sibt filgħodu l-kunsill lokalli tas-Swieqi ppubblika stqarrija fejn qal li ilu snin jinsisti għal azzjoni serja sabiex ir-residenti jkunu jistgħu jgawdu s-Swieqi kif suppost imma l-Gvern baqa' m'għamel xejn għal dan ir- raħal. "Minkejja l-ħafna laqgħat li saru tul iż- żmien mal-Prim Ministru, ma' għadd ta' Ministri, ma' Segretarji Parlamentari u ma' oħrajn f 'diversi awtoritajiet, u minkejja l-proposti mressqa, l-appelli kollha waqgħu fuq widnejn torox u l-Gvern baqa' magħamel xejn." Fl-istqarrija, l-kunsill ħareġ b'12-il proposta li ressaq quddiem il-Gvern f 'Lulju li għadda: Moratorju fuq il-permessi, klassifikazzjoni legali ġdida għall-kiri fil- qosor taħt commercial uses, limiti fuq dawn il-kiri fil-qosor miiehem mill-Awtorita' tat- Turiżmu Malti (MTA), liċenzjar u ppjanar kundizzjonali mill-MTA, regolamenti modernizzati, rekwiżit tal-immaniġġjar tal- iskart, garanzija tas-sidien, infurzar konġunt mal-MTA u l-kunsill, pulizija msaħħa b'rondi regolari bil-lejl, restrizzjoni fuq il-ħinijiet tal- bejgħ tal-alkoħol mill-ħwienet u multi fuq il-post.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 31 August 2025