Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1538995
intervista illum • IL-ĦADD 31 TA' AWWISSU 2025 09 "Fuq livell soċjali, in- normalizzazzjoni tas-suwiċidju assistit ewtanasja tbiddel l-attitudnijiet lejn ix-xjuħija, il-mard, u d-diżabilità, u ddgħajjef l-impenn tas-soċjetà għall-kura u l-kompassjoni." jagħmel disponibbli l-mediċini rakkomandati mit-tobba u mhux nibqgħu biss b'mediċini bażiċi. Meta l-familji jaraw lil xi ħadd li jħobbu jissaporti tbatija fit-tul jew jitlef aspetti tal-personalità u l-awtonomija fiżika tiegħu, ikun ta' qsim il-qalb. Ilkoll akkumpanjajna familjari tagħna fl-aħħar mumenti diffiċli tal-ħajja. Mewta naturali akkumpanjata hija mewta dinjituża. Id-dinjità ma tisparixxix sempliċement għax xi ħadd isir fraġli jew dipendenti. Id- dinjità hija inerenti f 'kull persuna, irrispettivament mill-kundizzjoni tagħha. Inkella nkunu qed nimplikaw li l-anzjani u l-persuna b'diżabilità għandhom b'xi mod inqas dinjità. It-tweġiba mimlija kompassjoni tinsab f 'kif nieħdu ħsiebhom, mhux f 'li nħaffu l-mewt. Bil- kura paljattiva avvanzata, nistgħu nimmaniġġjaw l-uġigħ, nirrestawraw il-kumdità, u ngħinu lill-pazjenti jħossuhom siguri, apprezzati, u konnessi. Id-dinjità tiġi ppreservata meta ndawru lil xi ħadd bl-imħabba, il-paċenzja, u l-ħila — mhux meta nqisu t-tbatija bħala raġuni biex intemmu l-ħajja. Fil-fatt, l-għażla li nimxu maġenb xi ħadd matul l-agħar mumenti tiegħu hija waħda mill-aktar modi qawwija kif nuru kompassjoni ġenwina. Hemm differenza bejn "ewtanasja attiva" u "li tħalli persuna tmut b'mod naturali" f'termini etiċi u legali? Id-differenza ewlenija tinsab fl-intenzjoni u l-azzjoni. Fl- ewtanasja attiva jew suwiċidju assistit, iseħħ att deliberat fejn skont il-proposta mressqa mill- Gvern, il-pazjent jamministra lilu nnifsu l-mediċina letali bl-intenzjoni espliċita li jtemm ħajtu. Li tħalli persuna tmut b'mod naturali mhijiex ewtanasja. Kull pazjent għandu d-dritt li jirriuta trattament li jtawwal il-ħajja bla bżonn u għandu d-dritt li jitħalla jmut mewta naturali. Fil-kura paljattiva dan mhux biss huwa permess iżda appoġġjat billi jinżammu jew jiġu rtirati trattamenti li jsostnu l-ħajja (bħal ventilaturi) u billi l-marda sottostanti titħalla tieħu l-kors tagħha filwaqt li tiġi pprovduta medikazzjoni biex jiġi eliminat l-uġigħ. Etikament, dan ifisser li n-natura titħalla tipproċedi, allinjata mal-kunsens tal-pazjent. Kif taħsbu li l-media f'Malta tippreżenta diskors dwar l-ewtanasja? Tħoss li hemm imparzjalità? Il-pajsaġġ tal-media f 'Malta jidher li jirrifletti diskors diversi iżda emozzjonalment iċċarġjat anke b'kampanja qawwija ta' reklamar favur l-ewtanasja. Diversi mezzi ewlenin ippubblikaw artikli ta' opinjoni u editorjali li rriflettew iż-żewġ naħat tal-argument. Madankollu, ix-xandir nazzjonali u r-reklami sponsorjati mill- Gvern li jippromovu l-inizjattiva leġiżlattiva wrew preġudizzju sinifikanti favur l-introduzzjoni tal-ewtanasja. Għal din ir-raġuni, il-Life Network Foundation ressqet ilment mal-Awtorità tax- Xandir, fejn l-imparzjalità qed tiġi kkontestata. X'tagħmel il-Life Network Foundation biex tippromovi l-kultura tal-ħajja f'Malta, speċjalment f'każijiet ta' mard terminali? Il-Life Network Foundation f 'Malta tippromovi l-kultura tal- ħajja billi tappoġġja kura paljattiva b'kompassjoni ma' dawk b'mard terminali. Permezz tal-kampanja tagħha "Oqtol l-Uġigħ, Mhux Lili", tenfasizza aċċess aħjar għall-kura paljattiva u twissi kontra r-riskji etiċi u mediċi tal-mewt assistit. Il-fondazzjoni tappoġġja strateġiji nazzjonali li jipprijoritizzaw id-dinjità, l-appoġġ ħolistiku, u d-dritt tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa li joġġezzjonaw b'mod kuxjenzjuż, u b'hekk isaħħu l-messaġġ li kull ħajja jistħoqqilha protezzjoni u kumdità sat-tmiem naturali tagħha. L-argument kontra l-ewtanasja f 'Malta