MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 September 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539232

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 7 TA' SETTEMBRU 2025 IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Borg, li kiber politikament fid-dell ta' Adrian Delia, jippreżenta problema għal Partit Laburista li jibża li Borg jista jattira ħafna Laburisti diżulużi. Apparti dan, Alex Borg huwa 'unknown' għall-Partit Laburista u ma għandux storja politika twila li tista sservi għal kritika mill-Partit Laburista. Minn naħa l-oħra hemm sentiment fil-kamp Nazzjonalista li l-elezzjoni ta' Borg bħala kap jista jwassal li Robert Abela jikkunsidra elezzjoni bikrija fil- bidu tas-sena d-dieħla. 17,862 tesserat tal-Partit Nazzjonalista, 85.9% ta' dawk kollha eliġibbli għall-vot, ivvutaw fl-elezzjoni. L-elezzjoni ġiet imsejjħa wara r-riżenja ta' Bernard Grech f 'Ġunju li għadda. Ilbieraħ, il-votazzjoni infetħet fid-9am f 'Malta u f 'Għawdex, fejn il-proċess intemm fis-5pm filwaqt li f 'Malta l-kmamar tal-votazzjoni baqgħu miuħa sas-7pm. Fl-ewwel sigħat, il-parteċipazzjoni kienet għolja ħafna: sal-1pm kienu diġà vvutaw 66% tat-tesserati. Dan ifisser li l-elezzjoni attirat livell ta' mobilizzazzjoni rari, u turi kemm il- bażi tal-partit qed issegwi mill-qrib id- direzzjoni l-ġdida tal-PN. Parti minn dawn il-voti kienu diġà ttieħdu fil-perjodi bikrin tal-27 u tat- 30 ta' Awwissu, meta madwar 40% tal- membri kienu vvutaw minn qabel. Fil-kampanja tagħhom, Delia wiegħed li jittrasforma d-Dar Ċentrali f 'ċentru diġitali b'kampanji mmexxija mill-intelliġenza artifiċjali, filwaqt li Borg ippreżenta proposti innovattivi bħal crowdfunding u podcast uffiċjali tal-partit. Minkejja xi diskrepanzi dwar ix-xenarju elettorali f 'Għawdex u l-istrutturi interni, it-tnejn saħqu fuq il- ħtieġa ta' għaqda u impenjaw ruħhom li jaħdmu flimkien wara l-elezzjoni. Bernard Grech kien sar kap ħames snin ilu wara li ħa post Delia stess. Wara t-tluq ta' Grech, kien hemm spekulazzjoni qawwija dwar jekk il- President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola kinitx se tidħol fil-ġirja Finalment hi għażlet li tibqa' fi Brussell u ma kkontestatx, u b'hekk infetaħ il-bieb kemm għal Delia kif ukoll għal Borg. B'din l-elezzjoni, il-PN issa għażel ir-raba' kap tiegħu mill-2013 'l hawn – sinjal ċar ta' kemm il-partit għadda minn perjodu ta' instabbiltà u sfidi. Għall-PN, din ma kinitx biss elezzjoni interna, iżda issa ħa tfassal il- kapitlu li jmiss fl-istorja politika tiegħu u tiddetermina kemm jista' jerġa' jikseb il-fiduċja tal-elettorat Malti. Fl-elezzjoni għal Kap, ivvutaw 85.9% tat-tesserati eliġibbli Fl-elezzjoni bejn Bernard Grech u Adrian Delia fis-sena 2020, id- differenza jew inkella l-maġġoranza kienet 69%. Fil-każ tal-elezzjoni bejn Adrian Delia u Chris Said, id-differenza kienet ta' 52.7%. Id-differenza tirrifletti kemm partit jista jkollu kap b'saħħtu. Hemm argumenti favur u argumenti kontra, Iżda ċertament li meta d-distakk ikun daqstant żgħir, jagħmilha aktar diffiċli li Alex Borg juri snienu bħala kap. Jista' jkun li dan ma jkunx il-każ, iżda li hu ċert hu li l-Partit Laburista żgur ser juża il-matematika f 'din l-elezzjoni biex ifajjar daqqiet lill-kap il-ġdid tal-PN. Kemm tirbaħ voti, importanti f 'elezzjoni għal kap?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 September 2025