Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539232
13 arti u kultura IL-ĦADD 7 TA' SETTEMBRU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Naħliflek: it-taqtigħa ta' Artemisia Gentileschi għall-verità u l-ġustizzja tingħata l-ħajja Kim Dalli, Clare Agius, u Sarah-Lee Zammit f''Naħliflek' f'Ottubru Mit-traskrizzjonijiet eżistenti tal-qorti Rumana, toħroġ l-istorja ta' ġlieda ta' mara li tmur kontra l-kurrent biex tikxef il-verità. F'Ottubru, l-istorja vera tal-pittriċi Artemisia Gentileschi, storja ta' attakk, tradiment, u trijonf, tiżvolġi bħal qatt qabel f ''Naħliflek', ta' Breach eatre. B'direzzjoni ta' Marta Vella, u bil- protagonisti Kim Dalli, Clare Agius, u Sarah-Lee Zammit, id-dramm teatrali 'Naħliflek' se jsir fil-knisja pittoreska tal-Madonna tal-Pilar, fil-Belt Valletta. Imtella' għall-ewwel darba bil- Malti, segwi kif il-każ li dam seba' xhur tal-pittriċi ikonika Barokka u tal- moviment ta' Caravaggio, li saħħret lil Ruma kollha, hu rrakkontat permezz ta' din il-produzzjoni milqugħa tant tajjeb, li tgħaqqad il-kummentarju mitiku, storiku, u kontemporanju biex tingħad din l-istorja b'saħħitha tal-mara wara l-pitturi ta' ġenerazzjoni. 'Naħliflek' hi tradotta minn Kim Dalli, bi produzzjoni ta' Daniel Azzopardi, u bis-sehem tal-artisti Claire Tonna u Analise Mifsud. 'Naħliflek' se tittella' mill-Ġimgħa 17 sal-Ħadd 26 ta' Ottubru 2025, u se tittella' bil-Malti, bi spettakli li se jkollhom sopratitli bl- Ingliż il-Ħadd 19 u l-Ġimgħa 24 ta' Ottubru 2025. Il-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) qed jikkommemora 16- il sena ta' Students' Fest b'serata speċjali għal dan l-anniversarju nhar il-Ġimgħa 5 ta' Settembru fi Pjazza Teatru Rjal. Din l-edizzjoni speċjali hi mistennija tgħaqqad 16-il sena ta' din is-serata annwali f 'kunċert wieħed li se jgħaqqad xeni ikoniċi, karattri maħbubin minn kulħadd, u serati mużikali li ffurmaw dan l-avveniment mill- bidu tiegħu. Matul is-snin, Students' Fest impressjonaw lill-udjenzi bi produzzjonijiet memorabbli bħal Ommi Ma, Oh My Hairspray, Hercules, Xrekk, u Alice in Bormla. Din is-serata se tfakkar l-aqwa mumenti minn dawn is- serati kif ukoll mill-bqija tas- serati li saru matul is-snin, u se toffri lill-udjenza nostalġija, kif ukoll ċelebrazzjoni tal-kreattività, talent, u l-ispirtu tal-istudenti tal-Università ta' Malta matul il- ġenerazzjonijiet. Din is-sena l-edizzjoni qed issir b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, li l-appoġġ tiegħu jibqa' element essenzjali fit-tisħiħ tal-espressjoni kreattiva u l-parteċipazzjoni kulturali madwar il-gżejjer. Permezz ta' din is-sħubija, il-produzzjoni, mhux biss tenfasizza t-talent artistiku tal-istudenti, iżda ssaħħaħ ukoll l-importanza tal-investiment f 'inizjattivi mmexxija miż- żgħażagħ li jikkontribwixxu għax- xena kulturali vibranti ta' Malta. Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-125 anniversarju tal-KSU, din is-serata li se ssir ta' darba biss, se tkun qed tonora l-legat ta' Students' Fest, iżda se tkun qed tikkontribwixxi għal kawża speċjali. Il-fondi kollha li jinġabru se jingħataw lill-Puttinu Cares, l-għaqda li tipprovdi għajnuna importanti lit-tfal u l-familji li jkunu għaddejjin minn mard serju. L-udjenza tista' tasal fi Pjazza Teatru Rjal mis-19:30, hekk kif is-serata se tibda fit-20:00. Bit-tagħqid tal-aqwa partijiet minn dawn l-aħħar 16-il sena ta' produzzjonijiet teatrali, dan l-anniversarju se jfakkar lill- ġenerazzjonijiet ta' studenti li għenu jifformaw din it-tradizzjoni kulturi, filwaqt li jaffermaw mill- ġdid l-impenn fit-tul tal-KSU għall-involviment lill-komunità u r-responsabbiltà soċjali. Wieħed jista' jixtri l-biljetti għal din is-serata billi jżur: https:// w w w.ksu.org.mt/media/events/ ksus-16-years-of-students-fest KSU jimmarka s-16-il sena ta' Students' Fest b'serata għall-anniversarju b'risq Puttinu Cares Din hija l-istorja ta' ġlieda ta' mara li tmur kontra l-kurrent biex tikxef il-verità Din is-sena l-edizzjoni qed issir b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti