Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539232
analiżi illum • IL-ĦADD 7 TA' SETTEMBRU 2025 05 Il-GWU tirreġistra tilwima industrijali fil-konfront ta' Carlo Gavazzi Limited mela ser jaħarbu sħabek? Il-General Workers' Union (GWU) nhar il-Ħamis irreġistrat tilwima industrijali formali fil-konfront ta' Carlo Gavazzi Limited. Dan sar wara li ġie żvelat il-pjan imminenti tal-kumpanija li ġġib ħaddiema barranin f 'Malta għal handover tal-operat, minkejja li għadu ma ntlaħaq l-ebda ehim dwar pakkett ta' sensji għall-ħaddiema Maltin attwali. Il-Union ikkundannat din il-mossa bħala att ta' malafede li jippreġudika fundamentalment in-negozjati li għaddejjin. "Il-kumpanija qed tħejji biex tittrasferixxi l-impjiegi tal-ħaddiema Maltin tagħha, li ilhom iservu għal snin twal, lejn l-impjanti tagħha fil-Messiku u ċ-Ċina, u issa qed tipprova tuża lil dawk l-istess ħaddiema biex tiffaċilita dan il- proċess qabel ma jkun assigurat il-futur tagħhom," qalet il-Union fi stqarrija. David Darmanin, Segretarju tat- Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni fi ħdan il-GWU, stqarr: "Huwa ta' insult għall-membri tagħna, li ħafna minnhom taw għexieren ta' snin ta' servizz leali, li jiġu mitluba jħarrġu lill-ħaddiema Messikani li se jeħdulhom posthom qabel ma Carlo Gavazzi Ltd tiggarantilhom pakkett ta' kumpens ġust u dinjituż. L-għerf u l-ħila tal-membri tagħna huma prezzjużi, u m'aħniex se nħallu li jiġu sfruttati waqt li l-futur tagħhom stess jibqa' inċert." Din it-tilwima kompliet teskala wara d-deċiżjoni tal-kumpanija li tostakola lill-unjoni milli twettaq dmirha lejn il- membri tagħha. L-amministrazzjoni tal- kumpanija irriutat li tagħti permess lill- GWU biex tuża n-noticeboard uffiċjali tal-Union biex tinforma lill-impjegati dwar l-għajnuna biex isibu xogħol alternattiv u tiġbor is-CVs tagħhom, wieħed mill-modi ewlenin biex jittaffew l-effetti tas-sensji. Il-GWU rriżervat formalment id- drittijiet kollha tagħha bil-liġi u mhux se żżomm lura milli toħroġ direttivi għal azzjonijiet industrijali biex twaqqaf dan il-handover sakemm jintlaħaq ehim ġust. Il-Union issejjaħ lill-kumpanija biex tissospendi l-pjanijiet ta' handover tagħha u terġa' lura għall-mejda tan-negozjati b'rieda tajba. Il-kumpanija qed tħejji biex tittrasferixxi l-impjiegi tal-ħaddiema Maltin tagħha lejn l-impjanti tagħha fil-Messiku u ċ-Ċina