MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 September 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539232

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

Saret pattern li wara dawn l-inċidenti, il-Malta Insurance Association toħroġ stqarrija. L-assoċjazzjoni dejjem tħambaq għal iżjed infurzar, xi tridu bħala assoċjazzjoni? L-ewwel nett meta nitkellmu fuq infurzar, mhux qed ngħidu fuq stat polizjesk imma par għajnejn li jaraw x'qed jiġri fit-toroq tagħna, għax sfortunatament hemm nies li jabbużaw. Il-karozza ssir ta' detriment meta tabbuża minna. Illum hemm it-teknoloġija li qed tgħin fl-infurzar, pereżempju l-ispeed cameras li jistgħu jintużaw b'mod iżjed effiċjenti. Il-problema minn fejn ġejja? Mill-kultura jew min-nuqqas ta' edukazzjoni? Dan l-aħħar tkellem il-Prim Ministru fuqha din, fejn ta x'jifhem li forsi wasal żmien li l-multi nirreveduhom. Jiena nemmen fl-edukazzjoni, u fil- fatt issa ħareġ il-code l-ġdid, il-Highway Code li llum sar il-Malta Road Code. Dik parti mill-edukazzjoni. Għandu jkun hemm infurzar mal- edukazzjoni, voldieri dik it- tbeżbiża li kultant ikun hemm bżonnha. It-tbeżbiża tiġi mingħand il- pulizija, li ftit ilu ħarġet unit ġdid dedikat għall-inċidenti fit-toroq. Din ħa toħroġ data mapping b'hotspots. Ilha naqra li bdiet din il-biċċa. Qed jinħass l-effett tagħha? Ix-xogħol ta' dan il-unit kien diġà jsir mill-pulizija, u ġabruh f 'dan il-unit għal iżjed effiċjenza. Aħna kellna l-opportunità nżuru dan il-unit u rajna l-investiment li qed isir sabiex janalizzaw il- kawżi tal-inċidenti. F'intervisti li tagħmel inti, dejjem tisħaq f 'infurzar matul is-sena kollha. F'liema sens? Ilkoll nafu x'jiġri fil-perjodu tal-Milied u tal-aħħar tas-sena, b'iżjed attenzjoni għas-sigurtà fit-toroq. Wieħed jista' jinnota li anke l-preżenza miżjuda ta' pulizija u LESA matul dan iż- żmien qed ikollu riżultati tajbin. Għalhekk aħna nisħqu fuq dan. Il-fatt li jkollok preżenza ta' awtorità tal-infurzar toħloq deterrent. Mhux preżenza 24/7 f 'kull triq imma hemm ħafna metodi sabiex toħloq dak id- deterrent anke b'biċċa tabella li tgħidlek hawn speed camera. Aħna konna nikkritikaw l-użu tal-breathalayser, imma din is- sena jidher li hemm iżjed infurzar u qed naraw li qed ikollhom riżultati aħjar. Għalhekk il- kritika li m'għandniex niffukaw fil-festi biss għax il-Malti jaf jieħu pjaċir; tieġ isir, festin isir. Mhux ikun hemm pulizija f 'kull tieġ imma random checks, f 'perjodi differenti u postijiet differenti. Qed nagħmlu biżżejjed drug testing f 'dan il-pajjiż? Bħalissa drug testing ma jsirx. Ovvjament aħna konna involuti f 'diskussjonijiet mal- pulizija u mal-awtoritajiet. Ilna nħambqu għal xi għaxar snin fuq l-importanza tad- drug testing, li jsir bħall- breathalayser. Hija sfortuna li Malta ddikriminalizzat l-użu tal-kannabis mingħajr l-ambjent neċessarju għal roadside drug enforcement, kif isir f 'pajjiżi oħra. L-affarijiet jidhru li mexjin f 'dik id-direzzjoni. Huwa veru li fattur wara dawn l-aċċidenti huwa l-frustrazzjoni fit-triq? Din skuża konvenjenti. Jien ma naħsibx li hi skuża li qed tagħmel bik is-sħana jew ix- xemx, kważi kull karozza għandha l-arja kkundizzjonata. Jekk m'għandekx paċenzja tistenna fit-traffiku, oqgħod id-dar jew mur b'mezzi oħra ta' trasport. Taħseb li anke f 'karozzi b'combustable engine għandna nagħmlu tip ta' limiti f 'rigward ta' veloċità? L-UE introduċiet mekkaniżmu biex jitrażżan il-veloċità u waħda mit-teknoloġija li daħlet kienet li l-vetturi ġodda ta' wara l-2023, irrid ikollhom teknoloġija li jaqraw l-ispeed limit tat-triq u awtomatikament il-vettura teqleb għal dik il- veloċità. Sfortunatament kien hemm ħafna kritika u nbidlet sabiex tiġi mitfija jew mixgħula skont is-sewwieq. Jiena mmur pass lura. Jien ngħid li tiġi mid- dar li jkollok ġuvni jew xebba li jintervjenu fl-għażla tal-vetturi tagħhom. Trid tiġi mill-ġenituri li jagħtu parir li jixtru karozza sigura għat-triq. Dawn il-ħabtiet ta' matul is-sena jikkontribwixxu sabiex togħla l-polza tal- assigurazzjoni? Mhuwiex veru li meta wieħed jidħol f 'aċċident fejn il-persuna l-oħra kienet fis-sakra jew għaddej iżjed mil-limitu, il- vittma mhux ħa titħallas. Din hi perċezzjoni ħażina għax l-assigurazzjoni qiegħda hemm biex tikkumpensa l-vittma. Jekk ma jsirx breathalayser, drug test, l-assigurazzjoni tibqa' tħallas mingħajr ma tista' ddur lura fuq dak li jkun taħt l-influwenza tal- alkoħol jew drogi, u titlob il-flus lura. Dan ifisser li aħna jkollna bżonn ngħollu l-ispejjeż tal- assigurazzjoni. Però din mhix l-unika spiża tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni, bħal kull kumpanija. intervista illum • IL-ĦADD 7 TA' SETTEMBRU 2025 07 'Hija sfortuna li Malta ddikriminalizzat l-użu tal-kannabis mingħajr l-ambjent neċessarju għal roadside drug enforcement' "Jiena nemmen fl-edukazzjoni, u fil-fatt issa ħareġ il-code l-ġdid, il-Highway Code li llum sar il-Malta Road Code. Dik parti mill-edukazzjoni. Għandu jkun hemm infurzar mal-edukazzjoni, voldieri dik it-tbeżbiża li kultant ikun hemm bżonnha." Il-President tal-Malta Insurance Association Adrian Galea jgħid li hemm bżonn par għajnejn li jaraw x'qed jiġri fit-toroq tagħna, għax sfortunatament hemm nies li jabbużaw Notifika t'Intenzjoni Mekanika Ltd. tiddikjara l-intenzjoni tal-kumpanija li tirreġistra għal Liċenzja ta' Aġenzija tal-Impjiegi skont L.N. 270 tal-2023 ATT DWAR RELAZZJONIJIET TA' XOGĦOL U INDUSTRIJA (KAP.452) Regolamenti dwar l-Aġenziji tal- Impjiegi, 2023. L-attivitajiet proposti li għandhom jitwettqu jiffokaw fuq il- provvista ta' ħaddiema bl-għan li dawn ikunu disponibbli għal parti terza, inkluż: Servizzi ta' xogħol temporanju jinvolvu l-provvista ta' ħaddiema lil parti terza. 2. Il-parti terza tassenja kompiti lill-ħaddiema temporanji. 3. Servizzi ta' outsourcing jinvolvu l-provvista ta' ħaddiema lil parti terza. 4. L-aġenzija ta' outsourcing, inkluż kuntratturi u subkuntratturi, tissorvelja, tiggwida u tikkontrolla lill- ħaddiema. Indirizz Reġistrat Uffiċjali: Gasan Group Offices, Gasan Centre Level 4, Triq il-Merghat, Zone 1, Central Business District, Birkirkara, CBD1020 Numru ta' Reġistrazzjoni tal-Kumpanija: C3238

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 September 2025