Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539672
www.illum.com.mt NRU 981 €1.50 IL-ĦADD 21 TA' SETTEMBRU 2025 FROM GREAT RENTALS TO SMART INVESTMENTS YOUR GUIDE TO THE BEST IN LETTING, ALL IN ONE MAGAZINE INTERVISTA MA' CHRIS DEGUARA U DANIEL MICALLEF L-EWWEL TEST TA' ALEX BORG MIN SE JSIR IL-VIĊI KAP TAL-PN? Wara snin twal 'il bogħod mill-għajn pubblika, l-Eks Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech deher f 'attività politika tal-Partit Nazzjonalista. Hu kien preżenti għall-ewwel Q&A taż-żgħażagħ mal-Kap il-ġdid tal- Oppożizzjoni, Alex Borg, bħala parti mill- attivitajiet tal-Indipendenza. Il-preżenza tiegħu, wara tant żmien 'il bogħod mill-PN, qajmet sorpriża u diversi mistoqsijiet. Tul il-kampanja għall-elezzjoni ta' kap, Borg qatt ma ċaħad li Fenech jista' jkun parti minn tim ta' professjonisti li wiegħed li se jwaqqaf biex jgħinu lill-partit isolvi l-problemi finanzjarji tiegħu. S'issa, Borg għadu ma waqqafx dan il-grupp imma l-preżenza ta' Fenech f 'din l-attività saħħet il-fehma ta' ħafna li l-Eks Ministru tal-Finanzi fil-gvern ta' Lawrence Gonzi jista' jirritorna lura fl-istrutturi tal-partit. Tonio Fenech jerġa' jitfaċċa ARA PAĠNA 2 Wara snin ta' nuqqas mill-politika, l-Eks Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech deher f'attività politika tal-PN L-ewwel test ta' Alex Borg hija l-għażla tal-kariga l-ġdida ta' Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista. Filwaqt li fl-apert Borg iddikjara li ħadd mid-deputati tiegħu mhu qed jagħmel bsaten fir-roti, il-fatt jibqa' li l-preżenza ta' Adrian Delia, l-eks kap u l-persuna li ma sarx kap għal 44 vot, irid il- post ta' viċi kap. Iżda dan iridu biss jekk ma jkunx hemm kontestazzjoni. Post li jekk jimtela minn Delia ma jgħin xejn lil Borg biex imexxi b'serenità lill-PN 'il quddiem. Infatti ħafna huma tal-opinjoni li l-post vakanti għal viċi kap għandu jkun ukoll għal xi ħadd frisk bħad-Deputat Darren Carabott. Id-Deputat Parlamentari huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-it stilel li hemm papabbli għal din il-kariga. Imma huwa żmien ħażin għal Carabott li, mhux biss ħa jiżżewweġ dalwaqt, imma wkoll jinsab mifni bix-xogħol ta' avukat. Delia, meta kien qed jiġi intervistat minn media indipendenti, stqarr u ta l-impressjoni li jekk ikun hemm kuntest b'votazzjoni hu żgur ma jikkontestax. Imma ma qalx li ma jmurx għall-post vakanti jekk ikun hemm wieħed. Filwaqt li l-preżenza ta' Delia viċin ħafna ta' Alex Borg tista' tfixkel l-immaġni ta' Borg, xorta waħda Delia għandu ħafna x'joffri. Imma Borg jaqbillu ma jkollux lil Delia jħuf madwaru għax il-preżenza tiegħu tista' tfixklu u mhux tkabbru. Tant hu hekk li Borg qed jikkonsidra jagħti portafoll lil Delia, joffrilu viżibbiltà, u jagħtih iċ-ċans jiddibatti. U m'hemm xejn iktar idoneu mill-portafoll tal-finanzi; portafoll li s'issa kien rappreżentat minn kelliema li it li xejn urew snienhom. Bla dubju ta' xejn, Borg injetta entużjażmu ġdid fil-Partit Nazzjonalista u ġab stil ġdid kif jitkellem u jilbes, flimkien mal-fatt li l-preżenza tal-partner tiegħu Sarah Bajada mhux ġejja minn radiċi Nazzjonalisti u qed tgħinu mhux ħażin ma' nies barra l-partit, b'mod speċjali ma' persuni żgħażagħ. Madankollu wkoll tefa' lill-Partit Laburista f 'pożizzjoni diffiċli ta' 'wait and see'. Safrattant ikun hemm min ipprova jattakka lil Borg f 'mument fejn ċertament il-kap żagħżugħ għaddej minn perjodu ta' ewforija kbira. S'issa Borg m'għamilx żbalji, anzi ppreżenta wiċċ ġdid u kien ċar mhux ħażin fi kliemu. Kien ċar fuq il-każ tal-Fortina, ċar fuq ir-riforma tal-liġi tal-Ippjanar, u biex jagħti d-dehra ta' rinnovar, vera ħabbar pożizzjonijiet u nies ġodda madwaru. It-test veru ħa jinbet fil-ġimgħat li ġejjin bil-baġit tal-Gvern, fejn il-kumplessità finanzjarja u ekonomika se tiġi ppreżentata quddiem politiku li it li xejn għandu esperjenza ta' diskorsi finanzjarji. Imma s'issa Borg wera li mhux se joqgħod lura, u filwaqt li fil-grupp parlamentari m'hemmx imħuħ finanzjarji, mal-periferija tal-PN hemm gzuz ta' professjonisti lesti joffrulu għajnuna u pariri. PAĠN1 6 U 7 Alex Borg jaqbillu li Delia ma jsirx viċi kap imma li jkollu viċi kap frisk bħal Darren Carabott