Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539672
JAELLE BORG Il-Parlament Malti qed jiddiskuti abbozz ta' liġi li jemenda diversi dispożizzjonijiet marbuta mal-prevenzjoni tas-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol u d-droga. Id-diskors ta' Ramona Attard, Membru Parlamentari tal-Gvern, kien wieħed minn dawk li laqat l-attenzjoni, hekk kif għaqqad l-istatistika uffiċjali ma' esperjenza personali li ħalliet marka profonda fuq ħajjitha. Attard irrimarkat li l-kritika tal-Oppożizzjoni — li l-liġi kienet sempliċement reazzjoni emozzjonali għal każijiet reċenti — ma kinitx ġusta. Hija qalet li ċ-ċifri juru mod ieħor: bejn l-2016 u l-2022, meta l-popolazzjoni kienet iżgħar minn dik tal-lum, in-numru ta' fatalitajiet tat-traffiku kien ogħla minn dak irreġistrat fl-aħħar xhur. "Kull inċident u kull ħajja mitlufa huma importanti. Kull familja li titlef membru tħalli ġrieħi li ma jfiqu qatt," sostniet. Hija qasmet ukoll esperjenza personali: inċident tat-traffiku li fih kienet vittma u li ħalla konsegwenzi li għadha tħosshom sal-lum. "Dak kien mument diffiċli ħafna għalija, iżda kien ferm aktar iebes għal ommi u missieri li rawni nbati," żiedet tgħid. Attard fakkret ukoll fil-kawżi serji li ġġib magħha sitwazzjoni bħal din: minn min tilef il-ħila jimxi, għal min tilef totalment l-indipendenza tiegħu, kif ukoll familji sħaħ imkissrin bit-telf ta' ħajja. Il-membru parlamentari sostniet li r-responsabbiltà tal- leġiżlaturi hi li jnaqqsu din il- katastrofi billi jsaħħu l-liġijiet. Madankollu, uriet ukoll tħassib dwar xi aspetti tal-liġi proposta, partikolarment il-possibbiltà ta' piena minima ta' tliet snin ħabs mingħajr sentenza sospiża. Attard qalet li bħala ġenitur, din il-perspettiva tqanqlilha wkoll biża': mhux biss li wliedha jistgħu jkunu vittmi ta' min isuq taħt l-influwenza, iżda wkoll li f 'esperjenzi żgħażagħ ta' ħajjithom, jistgħu jpoġġu lilhom infushom f 'sitwazzjoni li twassalhom għal konsegwenzi kriminali gravi. "Ejja nkunu realistiċi. Fis-snin ta' qabel ma kienx hemm apps biex nibbukkjaw taxi u ħafna kienu jsuqu taħt l-influwenza. Illum hemm għażliet oħra, iżda rridu nimu wkoll ir-realtà tas- soċjetà tagħna," irrimarkat. Id-dibattitu fil-Parlament mistenni jkompli fil-jiem li ġejjin, hekk kif il-leġiżlaturi jħarsu lejn bilanċ bejn prevenzjoni, ġustizzja, u wkoll realtajiet soċjali. 02 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' SETTEMBRU 2025 • illum Tħassib fil-Parlament: Ramona Attard kontra l-minimu ta' tliet snin ħabs Filwaqt li qalet li kull ħajja mitlufa fit-traffiku hi traġedja u li l-liġi għandha tissaħħaħ, Ramona Attard uriet tħassib serju dwar il-piena minima ta' tliet snin ħabs mingħajr sospensjoni Fenech kien Segretarju Parlamentari responsabbli mill- finanzi bejn l-2004 u l-2008. Wara l-elezzjoni tal-2008 hu nħatar Ministru tal-Finanzi fi żmien meta d-dinja ntlaqtet minn kriżi finanzjarja. Dan kien żmien li fih il-gvern ħa diversi miżuri ta' awsterità biex jilqa' għall-kriżi u li ħolqu diżgwid soċjali. Fis-snin li ilu nieqes mill- politika, Fenech involva ruħu b'mod attiv fl-għaqda Life Network, li hi ispirata mit-twemmin Nisrani u li kkampanjat bil-qawwi kontra l-abort u t-tibdiliet progressivi fil-liġi tal-IVF. Fenech qatt ma ħeba t-twemmin Nisrani tiegħu u saħansitra fl-2011, meta kien għadu deputat fil-Parlament, kien tkellem kontra d-dħul tad-divorzju waqt il-kampanja referendarja b'referenza għall- Madonna 'li qed tibki'. Lil hinn mill-karriera politika, Fenech kien involut fil-kontroversja tal-Falcon Funds, fond finanzjarju Żvediż li Fenech kien responsabbli minnu fil-kapaċità professjonali tiegħu. L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji Maltija (MFSA) widdbet lil Fenech minħabba nuqqas ta' sorveljanza tal-fond li tilef miljuni ta' ewro u affettwa pensjonanti u investituri Żvediżi. Filwaqt li Alex Borg qed jipprova jagħti dehra iktar żagħżugħa lill-PN, il-preżenza ta' Tonio Fenech tindika li l-kap il-ġdid lest li joħroġ idu għall- eks politiċi Nazzjonalisti biex iżewwaq il-ġdid mal-esperjenza. X'impatt jista' jkollu dan fuq kif iħares l-elettorat lejn il-PN għad irid isir magħruf. Fenech f 'attività tal-PN wara snin ta' silenzju Ikompli minn paġna 1