Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539672
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 21 TA' SETTEMBRU 2025 Il-futur tal-Ewropa f 'idejn iż-żgħażagħ: Thomas Bajada jsejjaħ għal bidla JAELLE BORG L-MEP żagħżugħ Malti, omas Bajada, jgħid li ż-żgħażagħ qed jitbiegħdu mill-politika għax ma jħossuhiex tirrappreżentahom. Huwa jħeġġeġ għal inizjattivi konkreti fl-Ewropa li joffru aktar vuċi u influwenza direttament lilhom. Il-Membru Parlamentari Ewropew Malti sostna li din il-firda taż-żgħażagħ mill- politika mhijiex xi ħaġa f 'Malta biss, iżda realtà Ewropea. Skontu, iż-żgħażagħ spiss iħossu li l-politika ma tirriflettix ir-realtajiet tagħhom u ma tipprovdilhomx spazji biżżejjed li fihom jistgħu jinfluwenzaw id- deċiżjonijiet. "Il-mistoqsija hi waħda: il-politika qed tirrappreżenta liż-żgħażagħ? L-opportunitajiet tagħhom, l-isfidi u x-xewqat tagħhom għall-futur?" staqsa Bajada, li kompla jispjega kif ħafna drabi ż-żgħażagħ jaraw il-politika bħala xi ħaġa distanti. Bajada qal li l-użu tal-midja soċjali qed tgħinu jkun eqreb taż-żgħażagħ fil-ħidma tiegħu, iżda saħaq li jeħtieġ aktar spazji u strutturi fejn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jgħidu direttament il-ħsibijiet tagħhom. Inizjattivi Ewropej u l-futur L-MEP żied li fl-ambitu Ewropew għad hemm nuqqas ta' inizjattivi li jagħtu vuċi diretta liż-żgħażagħ. "Nixtieq nara aktar ideat u suġġerimenti li ġejjin minnhom stess, u mhux biss diskors fuq affarijiet bħall-armamenti," qal hu. Huwa rrifera wkoll għall-"Vision 2050" u inizjattivi oħra fit-tul, li skontu għandhom isiru b'aktar impenn lejn il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ. "Iż-żgħażagħ illum mhux biss qed iħallsu t-taxxi jew jibdew il-familji tagħhom, iżda huma wkoll dawk li fil-futur se jmexxu lill- Ewropa," sostna Bajada. Il-prijoritajiet tiegħu fil-Parlament Ewropew omas Bajada spjega li l-ħidma tiegħu fi ħdan l-Ewropa hija ffukata fuq tliet oqsma prinċipali: l-ambjent, l-ekonomija u s-sajd. Fuq il-qasam ambjentali, ħadem fuq rapporti dwar ir-reżiljenza tal-ilma, filwaqt li issa qed jiffoka fuq l-ekonomija, b'mod partikolari fuq miżuri bħal "financial literacy" biex iż-żgħażagħ jingħataw aktar opportunitajiet ta' investiment u sorsi ta' finanzjament differenti. Bajada semma wkoll l-importanza tar- reġjun Mediterranju, li sejjaħlu "d-dar tagħna". Huwa spjega kif il-"Patt tal- Mediterran", li se jkun imniedi fil-ġimgħat li ġejjin, għandu jsaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Ewropa u l-pajjiżi Mediterranji, u joffri aktar opportunitajiet ta' appartenenza u żvilupp. "Fejn irridu mmorru b'dan il-proġett Ewropew? Dan hu l-mument fejn irridu nħarsu lejn iż-żgħażagħ bħala l-mutur tal- futur," temm jgħid Bajada. Waqt intervista ġewwa Strasburgu, il-Gazzetta ILLUM tkellmet ma' Thomas Bajada, Membru Parlamentari Ewropew Malti, dwar iż-żgħażagħ u l-politika, u kif dan il- fenomenu qed jaffettwa l-futur tagħhom