Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539672
Bħala sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall- kostitwenti tiegħek? Bħala Kunsill, l-akbar sfida tibqa' dejjem dik tal-iskart u l-indafa pubblika. Nagħmlu kemm nagħmlu, xorta qatt mhu biżżejjed. L-indafa tal-lokalità hija prijorità kbira iżda tirrikjedi ħafna riżorsi li xi drabi l-Kunsill ma jkollux. Parti minn din il-problema (li hija wkoll ta' sfida għall-kostitwenti) ġejja mill-mod kif qed jiġu żviluppati diversi appartamenti żgħar — litteralment gabubi — f 'kumplessi enormi u jispiċċaw jinkrew mingħajr ebda rispett lejn il-komunità, speċjalment fejn tidħol responsabbiltà ċivika. Il-kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Il-Kunsill applika b'suċċess għal diversi skemi sabiex jinvesti aktar kemm fl-ambjent u anke fil-preservazzjoni tal-wirt kulturali. Fl-aħħar leġiżlatura tħawlu mijiet ta' siġar filwaqt li rajna li kull proġett kapitali li sar kien jinkorpora fih diversi siġar. Minkejja r-riżorsi limitati għamilna wkoll restawr ta' diversi siti fosthom niċeċ, il-bini tal-arkata storika f 'Wied l-Imġarr, u restawr taċ- ċumnija tal-pompa tal-ilma qrib il-port. Taħseb li l-lokalità tiegħek għandha biżżejjed spazji miftuħa għar-residenti? Ir-residenti t'Għajnsielem huma fortunati li għandhom diversi pjazez, rotot sbieħ għall-mixjiet fil-kampanja tal-madwar, spazji naturali miuħa bħal Ta' Passi (fejn isir Bethlehem f 'Għajnsielem), il-Masġar ta' Lourdes, u spazji oħra rikreattivi. Naturalment dan iġib ukoll ċerta responsabbiltà fuq il-Kunsill fejn tidħol manutenzjoni, tisqija, u tindif. Fis-snin li ġejjin, x'għandha tkun il- prijorità tal-lokalità tiegħek? Kif tixtieq tara l-lokalità tiegħek tipprogressa fil-ħames snin li ġejjin? Nemmen li l-Kunsill għandu rwol importanti ħafna li jara li jkun hemm spirtu ta' għaqda u armonija fil-komunità fejn kulħadd jaħdem flimkien għall-ġid tar- raħal. Kemm ilni Sindku rajt li bħala kunsill nkunu magħqudin bħala tim u naħdmu id f 'id mal-voluntiera, mal-paroċċa u l-għaqdiet. Flimkien, nistgħu nibqgħu norganizzaw attivitajiet ta' livell u nkomplu nagħmlu proġetti ta' tisbiħ mifruxa madwar Għajnsielem. Xi proġetti ppjanati hemm għal- lokalità tiegħek fil-futur qarib? Matul din il-leġiżlatura, il-Kunsill qed jaħdem fuq diversi proġetti ambizzjużi fosthom playingfield ġdid (b'kollaborazzjoni ma' Project Green) li se jħaddan fih element qawwi ta' konservazzjoni tal-ilma tax-xita, it-tisbiħ madwar il-kappella ta' Lourdes, u l-proġett ta' tisbiħ tal-pjazza ewlenija — proġett li ilu mixtieq mir-residenti tagħna għal diversi snin. Ma' dan hemm diversi proġetti żgħar oħra ta' tisbiħ. Xi tħoss li huwa nieqes mil-lokalità tiegħek li tixtieq tipprovdi lir- residenti? Sfortunatament f 'Għajnsielem infetħu diversi toroq ġodda matul l-aħħar snin u l-Kunsill m'għandux remit u lanqas riżorsi biex jagħmilhom bit-tarmak. Issib biżżejjed għajnuna mill- awtoritajiet fl-isfidi li taffaċċja bħala sindku? Insibu ħafna għajnuna fejn jidħlu skemi finanzjarji għal attivitajiet u anke proġetti żgħar. Madankollu, nemmen li għandu jsir aktar investiment dirett fuq toroq ġodda u anke proġetti kapitali kbar li kunsill waħdu m'għandux biżżejjed riżorsi biex jagħmilhom. Bidliet leġiżlattivi reċenti naqqsu l-età minima għas-sindki għal 16-il sena. Dan kif kellu impatt fuq il-kunsill tiegħek, u x'inhi l-perspettiva tiegħek dwar l-involviment taż-żgħażagħ fil- governanza lokali? Il-fatt li jkun hemm element ta' parteċipazzjoni żagħżugħa fil-politika u partikolarment fil-Kunsill Lokali, ċertament hi xi ħaġa ferm pożittiva għaliex dawn iġibu ideat ġodda u jkunu ta' vuċi għal żgħażagħ oħrajn. Madankollu, nemmen ukoll li bħal diversi oqsma oħra fil-ħajja, anke fil- Kunsill u fil-politika trid titla' tarġa tarġa. Personalment ma naqbilx li żgħażagħ ta' 16-il sena għandhom jokkupaw il-kariga ta' Sindku minħabba nuqqas ta' esperjenza tal- ħajja u meta tikkunsidra r-responsabbiltà kbira li ġġib magħha din il-kariga. Ngħid għalija, meta ġejt elett l-ewwel darba u kont nokkupa l-kariga ta' Viċi Sindku tgħallimt ħafna u kienet ta' esperjenza kbira għal meta ġejt elett Sindku erba' snin wara. Madankollu nirrispetta l-bidla leġiżlattiva u importanti li l-partiti politiċi jassiguraw li kandidati żgħażagħ ikunu maturi biżżejjed għal din il- kariga. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika rrapporta li 16-il kunsill lokali temmew l-2023 b'kapital tax-xogħol negattiv, li jindika instabbiltà finanzjarja potenzjali. X'miżuri qed jiġu implimentati biex jiġi żgurat li l-kunsill tiegħek iżomm status finanzjarju b'saħħtu u jikkonforma mar- regolamenti finanzjarji? Għajnsielem hija lokalità b'popolazzjoni żgħira iżda b'medda kbira ta' art. Dan jirrikjedi fondi kbar speċjalment fejn tidħol indafa, manutenzjoni u tisbiħ. Sfortunatament, il- fondi allokati mhux biżżejjed biex insostnu dak kollu li nixtiequ nwettqu. Għalhekk, biex intaffu u nżommu taħt kontroll il- finanzi, dejjem nippruvaw inkunu minn ta' quddiem sabiex nibbenefikaw minn skemi jew opportunitajiet ta' fondi addizzjonali. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar it- tqassim propost tal-lokalitajiet fid- distrett skont kif qed jiġu ppreżentati mill-Uffiċċju Elettorali tal-PL, u ELCOM? Liema proposta taħseb li tkun l-aktar ta' benefiċċju għall-pajjiż? Jew taħseb li għandu kollox jibqa' kif inhu? Huwa imperattiv li ebda belt jew raħal ma tinqasam. Għandhom jibqgħu lokalitajiet sħaħ u fejn dan mhux possibbli, isir provediment simili għal kif ġara fil-każ tat- Tlettax-il Distrett (Għawdex). Ma ninsewx li fl-2005 kien qed jiġi propost li Għajnsielem jinqata' minn Għawdex u jiġi parti mit- Tnax-il Distrett. X'kienet l-aktar parti ta' sodisfazzjon mir-rwol tiegħek bħala sindku s'issa? L-akbar sodisfazzjon tiegħi hu meta nara r-raħal miexi 'l quddiem permezz ta' proġetti ġodda u attivitajiet li jgawdi minnhom kulħadd inkluż ir-residenti u l-għaqdiet tagħna. Fl-ewwel terminu tiegħi bħala Sindku, ċoè fl-aħħar leġiżlatura, il- Kunsill t'Għajnsielem (li hu relattivament żgħir) irnexxielu jakkwista aktar minn €5,000,000 fondi addizzjonali li permezz tagħhom wettaqna diversi proġetti kapitali fosthom it-tisbiħ ta' Pjazza Tolfa, librerija ġdida, Ċentru Marittimu edukattiv, latrina ġdida, playingfield ġdida fiż-żona tal-Gudja, ġnien ġdid quddiem l-iskola primarja, prominade fi Triq Qigħan, u diversi proġetti oħrajn żgħar ta' tisbiħ madwar ir-raħal. F'kull proġett tajna importanza kbira lill- aspett ambjentali u l-inklużjoni. Dan apparti numru kbir ta' attivitajiet fosthom il-Milied f 'Għajnsielem, Iljieli Sajfin, Halloween, St Patricks, Festa Roti, Cocomelon Night, u tant oħrajn. Il-ħafna ħin u enerġija li niddedika lejn il-Kunsill nagħmlu mill-qalb għax inħobb lil Għajnsielem. Iżda meta nara lir-raħal miexi 'l quddiem u r-residenti jgawdu mill-frott tal-ħidma tagħna, nimtela b'aktar motivazzjoni sabiex inkompli naħdem b'risq il-lokalità. intervista mas-sindku IL-ĦADD 21 TA' SETTEMBRU 2025 • illum 16 "Nemmen li l-Kunsill għandu rwol importanti ħafna li jara li jkun hemm spirtu ta' għaqda u armonija fil-komunità fejn kulħadd jaħdem flimkien għall-ġid tar-raħal" Il-gazzetta ILLUM tkompli bis-sensiela ta' artikli tagħha li permezz tagħhom intom se ssiru tafu s-Sindki tagħkom. F'din il-ġimgħa, dan il-ġurnal ipoġġi ma' Kevin Cauchi, is-Sindku ta' Għajnsielem Għajnsielem huwa raħal pittoresk f 'Għawdex, magħruf għall-istorja u l-wirt kulturali tiegħu. Ismu ġej minn għajn ta' ilma li kienet tinstab viċin il-knisja l-antika, u li kienet meqjusa bħala għajn b'qawwa mirakoluża. Storikament, Għajnsielem kellu importanza bħala punt ta' qagħda qrib il-port tal-Imġarr, b'rabta mal-Kavallieri u l-kummerċ. Il-knisja parrokkjali ddedikata lill-Madonna ta' Loreto hija simbolu ta' fidi u arti. Il-villaġġ tal-Milied, magħruf bħala "Bethlehem f 'Għajnsielem," jiġbed ħafna viżitaturi kull sena, u juri l-ispirtu kulturali, reliġjuż, u komunitarju b'saħħtu tar-raħal. Kevin Cauchi, is-Sindku ta' Għajnsielem