MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 SEPTEMBER 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539672

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 21 TA' SETTEMBRU 2025 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Ħaley Xuereb taqra l-ktejjeb tal- poeżiji SOMNVM ta' Glen Calleja, u bejn l-influwenzi filosofiċi u letterarji fil-ktieb, ir-ritwali tal-ħajja ordinarja, is-sagru u l-banali fost oħrajn, tinnota li dan il-ktieb jilħaq il-livell ta' letteratura globali. Raqdiet Waħda mid-dispjaċiri minuri ta' ħajti hi li meta kont żgħira, kont nobdi lill-katekisti u ma nħarisx lejn is-saqaf tal- knisja waqt il-quddiesa. Kont inħossha inġustizzja li biex ingawdi l-ġenna, ma stajtx ingawdi l-ġenna tas-saqaf tal- knisja tal-Qala — ma stajtx noħloq konverżazzjoni bejni u bejn il-ġerarkija kollha tiflili l-ferq u l-gejxa mis-saqaf. Jien u naqra SOMNVM, ta' Glen Calleja, ħassejt li pattejt xi it għal din it-travestiment. SOMNVM, ismu miegħu, jinqara qisu konverżazzjoni privata f 'ħin meta l-moħħ ikun l-aktar idilliku u mogħni fit- tgħanniq mal-imħadda. Sa mill- intimità tal-ktejjeb bil-qoxra żgħira sewda u sfukata, kelli indikazzjoni li forsi mhuwiex ġust li nagħmel riċensjoni dwar is-suġġetti tant suġġettivi tan- ngħas, l-irqad, u l-mewt. Però hawnhekk, iżjed milli tmiem ikkawżat mid-definizzjoni, naraw lill-poeżiji jgħaddu minn speċi ta' revolving doors ta' interpretazzjoni. It-test jinterrompi u jħeġġeġ meditazzjoni iżjed fonda — imma fl-immaġni tal-'aħħar sigarett', il-kolazzjon tal- lukanda, u l-kummiedji li jikteb ChatGPT, il-qarrej jankra lura u ma jitħalliex jaħrab fl- astrazzjoni fil-milja tagħha, jew fil-komdu. Kull titjira filosofika tirritorna, inevitabbilment, lejn l-ordinarju. Il-kitba ta' Calleja hija sabutaġġata bir-retiċenza tagħha, l-umoriżmu xott jixxuga d-disperazzjoni eżistenzjali, u d-diskors kollokjali jieqaf lill- metafiżiku. Ċentrali f 'SOMNVM hemm id-disposta ta' Calleja li jifrex u jerġa' jiġbor. Id-dettalji jogħlew f 'dilemma (mistoqsija, ċajta, memorja sensittiva) kull waħda tingħata importanza biss biex terġa' titħalla fil-vojt. Mumenti mill-poeżiji, bħall-mistoqsijiet jekk l-AI qattx jasal għall-verità jew l-impossibbiltà li tinsab riħa mitlufa, juru ċ-ċirkularità manjetika ta' barra li qatt ma tingħalaq. Il-pessimiżmu permanenti ta' Cioran—l-akrobazija spiritwali tiegħu fil-vojt, l-ossessjoni kontinwa tiegħu għad-dubju u l-aforiżmi — jinfirex fil-kitba ta' Calleja mhux bħala omaġġ biss, imma bħala metodu mimetiku. Il-poeżiji jagħmlu ritwal mid-dubju, iduru madwar mistoqsijiet li jafu li qatt ma jissarrfu fi tweġiba waħda. Saħansitra l-interruzzjonijiet banali (għażliet tal-menu tal- lukanda, mistoqsijiet żgħar dwar it-teknoloġija) jiġu skont l-ironija kosmika ta' Cioran: il-fond għandu dell tal-farsa u l-assurd, is-serjetà tingħalaq bil- kontroversja. L-influwenza ta' Müller, b'kuntrast, tpoġġi lil SOMNVM fuq il-fiżikalità mħawda tal- memorja — il-preżenza tal- ġisem li bil-moħbi jirreżisti s-skiet. Calleja jinvoka s-sintassi frammentata u l-waqfiet interni tagħha: is-sentenzi, iserrħu fuq l-ixfar; kull memorja sensittiva ssir mappa ta' eżilju u sopravivenza, territorju li qatt ma jsir sħiħ. Calleja juża dawn iż-żewġ vuċijiet bħala koabitanti, saħansitra jfittex li jżewwiġhom f 'kitbietu. Cioran u Müller ma jibqgħux biss referenzi imma jsiru meditazzjoni, séance kollettiva. Is-sagru f 'SOMNVM mhuwiex ħafna 'l bogħod mill-banalità. Calleja jara r-ritwali tal-ħajja ordinarja — bħala l-pedament ta' mistoqsijiet metafiżiċi. Ir-riut tal-poeżija li tgħolli lil dawn il- mumenti jew tnaqqsilhom mill- piż sinjifikanti hija sinjal ta' fidi vera: li l-vojt u s-sens, id-dinjità u ċ-ċajt, dejjem għandhom jgħixu flimkien. Hemm riskji evidenti. SOMNVM, b'tant ambigwità, jista' xi drabi jiddiżappunta, speċjalment lil dawk bla l-istess familjarità mal-kuntest filosofiku u letterarju li jifrex il-ktieb. Huwa inkoraġġanti li tara xogħol ta' din ix-xorta inkluż mal-lista tan-nomini tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Fil-lista diġà ċkejkna tal-ward ta' qari Malti, u l-qarrejja Maltin, SOMNVM faċli jinbela' mill- istorja. Emmanuel Levinas jargumenta li l-letteratura hi att ta' 'responsabilità lejn l-ieħor', u forsi SOMNVM jistieden biex nidħlu għar-responsabilità ta' introspettività letterarja, bi ktieb differenti mis-soltu, bi ktieb li jgħaqqad il-letteratura Maltija ma' spunti minn letteratura globali, letteratura iżjed wiesgħa. Meta wieħed jikkumpara l-letteratura Maltija tal-passat mal-kontemporanji barranin tagħha, aktarx jaf joħroġ xi it iddiżappuntat — imma SOMNVM jaċċerta li jqarreb it-tematika u l-istil mal-livell letterarju globali. U madankollu, dawn l-istess riskji jagħtu lill-opra s-saħħa. Calleja ma jħallix l-esperjenza ssir parabbola faċli, jew stqarrija sentimentalizzata. Iħalli t-tmiem miuħ, is-silenzji jitkellmu waħedhom, u l-poeżija tħaddan l-ambivalenza b'ġid. Ħalla lili bħala qarrejja nixtieq li l-awtur jerga' jikteb appendiċi b'tifsira, poeżija, li terġa' tgħallimni x'ried jgħid fil-ktieb — u possibilment, spjega oħra warajha. Mhux għax mhijiex kitba li tiniehem, imma għax SOMNVM nibbet fija kurżità enormi li niskopri u nfannad iktar dwar x'ħeġġeġ lill-awtur jikteb. U allura, nerġa' niaħ il-ktieb, u nitkellem mal- ewwel paġna — u jerġa' jqum is- sentiment ta' ngħas, ta' mewt, ta' séance mal-paġni tal-ktieb.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 SEPTEMBER 2025