MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 SEPTEMBER 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539672

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

AMERICAN SNIPER (2014). Individwu li tassew affaxxina lil Eastwood kien Chris Kyle. Ibbażat minn fuq il-memorji ta' dan l-aqwa wieħed li ma jfallix fl-isparar, American Sniper isegwi l-ħajja ta' Kyle (Bradley Cooper) li sar leġġendarju fl- istorja tal-militar Amerikan b'255 qtil fl-erba' darbiet fis- servizz li ta fil-gwerra tal- Iraq u li 160 minnhom ġew ikkonfermati mad-Dipartiment tad-Difiża Amerikana. Kyle ġie mfaħħar sewwa għas- suċċessi tiegħu ta' dan ix-xogħol ta' dover għal pajjiżu li wara għamlu effett ħażin kbir fuq moħħu u l-familja. Fit-2 ta' Frar 2013 dan l-eroj ġie maqtul minn veteran tal-gwerra li kien isofri minn stress akut, propju f 'post fejn jisparaw biex jittrenjaw. Sa dak iż-żmien, American Sniper kien l-aktar film li daħħal flus ta' Clint Eastwood bħala direttur. SULLY (2016). Minn avvenimenti li ġraw tabilħaqq, Eastwood kompla jsib ispirazzjoni dwar pilota jismu Chesley "Sully" Sullenberger (Tom Hanks) li meta l-ajruplan kummerċjali li kien qed jidderieġi tiġrilu ħsara ta' malajr f 'żewġ magni minħabba qatgħa ta' għasafar mill-ewwel jobsor li mhux se jkollu ħin biex jinżel f 'ajruport qrib. Dlonk jiddeċiedi li jniżżel l-ajruplan fuq ix-xmara Hudson u b'hekk isalva l-ħajja tal-ekwipaġġ kollu abbord ta' 155 ruħ. Il-poplu u l-midja bi ħġarhom faħħru bil-kbir l-aġir u l-kompetenza avjatika ta' dan il-kuraġġuż u rreferew għal dan l-inċident bħala "Miracle on the Hudson", li hu wkoll it-titlu alternattiv ta' din il-produzzjoni. X'ġara wara hu tassew tal-mistħija meta Sully kien investigat li għaġġel fl-azzjoni tiegħu u li seta' wasal faċilment f 'ajruport qrib. Wara ħafna investigazzjonijiet u teoriji bla bażi soda, in-National Transport Safety Board (NTSB) kellhom jammettu li dan il-pilota abbli għamel sewwa li ma ħax riskju. Kemm bħala direttur u bħala l-pilota, Eastwood u Hanks qalgħu tifħir voċiferu mill- pubbliku. TO PARIS (2018). Din id-darba, Eastwood iffoka fuq l-attakk terroristiku fuq il-ferrovija bejn Amsterdam u Pariġi. Il-kataklisti li fixklu din l-azzjoni kienu tliet żgħażagħ Amerikani li nzertaw jivvjaġġaw matul l-Ewropa. Il- film juri t-tfulija mhux normali ta' dawn sakemm sabu posthom fil-ħajja u serje ta' avvenimenti li wasslu għal dan l-attakk li seħħ nhar il-21 ta' Awwissu 2015. Spencer Stone, Alex Skarlatos u Anthony Sadler kienu dawn il-qalbenin u Eastwood tahom il-parti prinċipali f 'dan il-film. Dan kien xogħol modest, bi tliet protagonisti dilettanti, tribut konfidenti lejn persuni normali li fl-okkażjoni spontanja li tinqala' juru l-karattru u l-konvinzjoni tagħhom u b'hekk jaġixxu b'mod straordinarju. THE MULE (2018). F'dan il-film insibu bniedem li kien bogħod ferm milli jkun xi eroj. Ibbażat minn fuq artiklu li deher f 'The New York Times tal-2014, Eastwood stess ħadem il-parti tal-veru Leo Sharp, (fil- film jismu Earl Stone) veteran tal-gwerra tal-Korea li, wara li għalaq it-80 sena, sar wieħed li jittrasporta kunsinni tad- drogi għal Sinaloa Cartel meta n-negozju tiegħu li jikkultiva l-fjuri falla. Minħabba l-età avvanzata tiegħu, l-ebda tebgħa fuq il-kondotta u sewqan impekkabbli, l-awtoritajiet dejjem ħallewh jgħaddi bla ebda tfixkil bejn l-Istati Uniti u l-Messiku. Fl-aħħar jinqabad u jintbagħat il-ħabs fejn jgħaddi l-kumplament ta' ħajtu jikkultiva l-pjanti. RICHARD JEWELL (2019). Bħal Sully, Richard Jewell kien eroj ieħor issuspettat ħażin mill- awtoritajiet. Fir-rivista Vanity Fair tal-1997 deher artiklu bl- isem ta' American Nightmare: The Ballad Of Richard Jewell ta' Marie Brenner u fl-2019 il- ktieb The Suspect: An Olympic Bombing, the FBI, the Media, and Richard Jewell, the Man Caught in the Middle, miktub minn Kent Alexander u Kevin Salwen. Richard Jewell (Paul Walter Hauser) li jaħdem bħala uffiċjal fis-sigurtà nhar is-27 ta' Lulju 1996, waqt l-Olimpjadi tas-Sajf f 'Atlanta, fl-Istat ta' Georgia, isib bomba fit-triq u jallarma l-awtoritajiet biex jevakwaw lin-nies. Wara li tisplodi, b'żewġ persuni jmutu u ħafna jkorru, jakkużawh li hu stess poġġa l-bomba. Fl-2003 it-terrorist inqabad u ammetta. Richard Jewell miet ta' 44 sena minn kumplikazzjonijiet minn marda tad-dijabete u l-qalb. Clint Eastwood ġie mfaħħar bil-kbir f 'dawn il-films bijografiċi li semmejt. Bħala direttur, rebaħ darbtejn l-Oscar f 'Unforgiven (1992) u Million Dollar Baby (2004) barra bosta unuri oħrajn, fosthom il- Legion d'Honneur mogħti lilu mill-President Franċiż Jacques Chirac, l-ogħla unur ċivili Franċiż ta' distinzjoni. 14 films IL-ĦADD 21 TA' SETTEMBRU 2025 • illum Carmel Bonnici Clint Eastwood — direttur ta' films bijografiċi wkoll IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Punent Majjistru forza 3 għal 4. L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 23˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn SPIŻERIJI MIFTUĦIN GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Sniper (2014)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 SEPTEMBER 2025