MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 SEPTEMBER 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539672

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

Chris, naqr'iktar minn ġimgħa ilu nħatar il-kap. Kif tanalizza s-sitwazzjoni ta' Alex Borg? Iimni, kif għedt tajjeb, għadu frisk. Bħalma kulħadd jaf, kien hemm kampanja għaddejja ta' bejn wieħed u ieħor sitt u tmien ġimgħat. Issa huwa l-waqt li l-kampanja għaddiet u huwa ż-żmien fejn tibda taħdem, jiġifieri waqt il-kampanja smajna diversi proposti, però issa huwa l-mument li rridu nimxu 'l quddiem. Min-naħa tiegħek, Daniel, kif tanalizza din il-ġimgħa? Hemm element ta' ripetizzjoni ovvjament għal dak li sostna waqt il-kampanja tiegħu. Hemm affarijiet li qed ibiddel it il-via għax naħseb bejn li tikkampanja fuq ċerti kwistjonijiet imbagħad tiġi għad-dunkwe, tirrealizza li s-sitwazzjonijiet huma differenti. Jiena żgur li mhux se nesprimi ġudizzju finali jew wiesa' fuq Alex Borg wara biss ġimgħa minn meta nħatar, iżda hemm ċerti affarijiet li wieħed jista' janalizza. Pereżempju, waqt il-kampanja hu wera li l-problema kbira tal- finanzi tal-Partit Nazzjonalista kienet kważi faċli biex issolva, u semma biss xi it soluzzjonijiet. Għall-bqija qal li kien se jaħtar tim ta' policies biex iħejju proposti. Issa wieħed irid jara kif se jimxi. Interessanti wkoll li mal- ewwel opportunità li kellu, qal li l-prijorità tiegħu kienet il-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti. Personalment, naħseb li l-ewwel prijorità kellha tkun li jibda jġib ordni fid-dar tiegħu stess. Il-mistoqsija li jmiss tiegħi kienet x'inhu l-iktar ta' sfida fl-immedjat li għandu Alex Borg? Il-problema finanzjarja tal-PN hija problema li tkellmu kapijiet u segretarji ġenerali wara xulxin. Ovvjament, biex twassal u twettaq l-ideat tiegħek, trid tkun fil-gvern u biex tkun fil- gvern trid tikkampanja. Hija l-iktar problema immedjata li għandu Alex Borg? Daniel: Jiena m'iniex wieħed minn ta' ġewwa fil-PN u qatt mhu ħa nkun, jiġifieri forsi m'iniex l-iktar persuna li nista' nagħti ġudizzju fuq hekk, imma bla dubju li s-sitwazzjoni finanzjarja hija problematika. Il- kap ta' qabel, Bernard Grech, kien tkellem dwar din l-isfida; Adrian Delia beda jitkellem fuq is- soluzzjonijiet li kien beda jattwa hu meta kien kap; uffiċjali oħrajn li m'għadhomx hemm tkellmu fuq din il-problema. Imma mbagħad dan punt ieħor pereżempju, jiġifieri l-ġimgħa l-oħra, jien li tgħidli li kellek laqgħa fuq il- finanzi tal-partit, imbagħad tgħid li għadek trid tiltaqa' mas-CFO għax saqsewk kemm hu d-dejn, aħjar tgħid isma' fuq id-dejn nitkellmu darb'oħra li tfisser li ma rridx ngħidlek iċ-ċifra u tkun tista' tiimha aktar, imma mhux tgħidli għadni ma ltqajtx mas- CFO għax jekk kellek laqgħa fuq il-finanzi u ma kienx hemm is- CFO, mela ma' min iltqajt? Taqbel miegħu Chris? Iimni naqbel sa ċertu punt. Niem il-punt li min-naħa ta' aspett politiku hemm mod kif tista' ddur magħha żgur. Min- naħa li inti għedt jekk hijiex l-akbar problema, ma naħsibx li inti biex tkun gvern jew oppożizzjoni b'saħħitha, l-iktar li trid tagħti kas huma l-finanzi tiegħek, jiġifieri nemmen li n-nies trid tikkonvinċihom b'mod ta' policies li, dawk li finalment ħa jwassluk biex in-nies jiddeċiedu jagħżlukx fil-gvern. Imma taf x'jiġifieri tikkampanja ... u f'kampanji ta' elezzjoni ġenerali, il-fondi huma kruċjali. Chris: Dawk żgur, hemmhekk ma mmerikx. Hija realtà, però kif għedt tajjeb inti, f 'kull kampanja ħa jkollok ċerti kandidati li joħorġu b'ruħhom u b'ġisimhom, u oħrajn le, u fl-istess ħin xorta n-nies jagħżluhom. Jiġifieri minn aspett ta' gvern, għalkemm inti, allaħares ittella' gvern — hu min hu — teleġġih fuq il-billboards jew l-affarijiet sbieħ li qed tara. Kulħadd jaf li waqt programm elettorali, kulħadd ħa jpinġi kollox sabiħ. Allura x'inhi l-ikbar sfida immedjata? Chris: Naħseb l-ikbar sfida li għandu Alex hija li l-ewwel iġib il-konvinzjoni tan-nies hemm barra. Naħseb li bħala partit, in- nies hemm barra, wieħed irid ikun onest, ma tistax tgħid li ta' wieħed huwa kollu ħażin u tal- ieħor kollu tajjeb. Naħseb huwa żmien fejn il-PN irid ibiddel id- direzzjoni tiegħu. Dak li hu ħażin irid jgħidlu li hu ħażin, u viċiversa, u jagħti alternattiva għan-nies. L-elezzjoni tas-Sibt 6 ta' Settembru kienet elezzjoni li msieken il-ġurnalisti kollegi tiegħi spiċċajna lejl imqajmin. Ħassejtni qiegħed wara xi party, imma Daniel, inti ddiskrivejt l-elezzjoni kull meta kkumparajtha ma' dik tal-Gvern Laburista bħala xita fejn in-nida. Għala? Daniel: Iva. Ħa nibda it fuq l-argument li konna qed nagħmlu qabel. L-ikbar problema tal-flus minnha joħorġu diversi messaġġi. Inti gvern ikun fdat biex jamministra ekonomija ta' pajjiż u l-finanzi. Allura wieħed din il-ġimgħa ra lill-Ministru Clyde Caruana jitkellem fuq d-defecit targets. In-nies ħa jikkumparaw, jiġifieri l-messaġġ mhuwiex sempliċement il-flus. Jiena naħseb l-ikbar problema politika hija l-mistoqsija retorika u ripetuta: il-PN f 'liema direzzjoni sejjer issa, b'kap ieħor li hu Alex Borg? Fejn irid jieħu l-pajjiż? Jekk il-PN qed jaspira li jkun fil-gvern, in- nies x'direzzjoni għall-pajjiz qed jistennew. Lura għax-xita ħdejn in- nida ... jien ngħid hekk għax dik l-elezzjoni għextha u bħala President tal-PL fl-2020 mexxejt l-ewwel kungress flimkien ovvjament ma' sħabi, allura qiegħed ippożizzjonat wieħed mill-it nies li kont f 'dak iż- żarbun li mhuwa żarbun faċli xejn. Li niem l-isfidi imma niem ukoll il-prijoritajiet u s-serjetà li bihom trid tmexxi l-affarijiet. Ma jistax ikollok elezzjoni bħal dik u l-unika informazzjoni miċ-channel uffiċjali tal-PN li toħroġ ikun it- turnout imbagħad bażikament black out, għax black out kien hemm, imbagħad kien hemm il-ġurnali, Malta today, Times, u tinduna li ċerti affarijiet tant qed jiġu rrapportati b'mod preċiż li bilfors qed ituhomlhom minn ġewwa. Jekk qed itihom il-media minn ġewwa jrid ikollok kontroll, il-partit irid jitkellem. Issa, ħames snin qabel, aħna bdejna minn xħin bdew deħlin il-kaxxi u bdiet ir-reconciliation eċċ. ... għandek live ticker fuq screen li qed jurik kollox. Il-prinċipju tagħna kien, jekk int qiegħed id-dar, trid tħossok qisek qiegħed fis-sala għax wara kollox qed jiġi elett, fil- każ tagħna kien il-Prim Ministru li jmiss tal-pajjiż. Il-pressjoni li kellna kienet enormi, l-ammont ta' ġurnalisti barranin li kellna hemmhekk kreditati ġos-sala jew rappreżentanti Maltin ta' media houses ... jiġifieri konna konxji ta' din ir-responsabbiltà. Jien naħseb il-Kummissjoni Elettorali tal-PN kien hemm postijiet matul il- kampanja li ġiet ikkritikata b'mod inġust. Kien hemm deċiżjonijiet li jiena ma imtx imma mbagħad jekk mhux il-Kummissjoni jew min qiegħed l-amministrazzjon tal-partit, on election day, jiena naħseb li għamlu żbalji kbar li kkontribwew għal ċerta tensjoni li rajna. Taqbel miegħu Chris? Jiena bħala ġurnalist li dak il-ħin kont qiegħed nirrapporta live kont naqra ddiżappuntat. Jiġifieri li ma jkollokx district by district, ma jkollniex idea ċara, ħin minnhom naraw lil Alex Borg joħroġ fuq is- social media jgħid li rebaħ imbagħad meta tħares fuq in-net, b'diska għaddejja u m'hemm l-ebda tip ta' informazzjoni ħierġa. Inti ddiżappuntat b'dan? Chris: Ħa nitkellem bħala xi ħadd li ra l-kampanja min- naħa ta' barra. Naħseb li iva. L-ewwel nett, iva, ovvjament bħala intom ġurnalisti u media houses kellkom iktar hands on ta' x'qed jiġri u x'mhux qed jiġri, però apparti min-naħa tal-media, anke n-nies hemm barra u anke għat-tesserati stess, niem li intervista IL-ĦADD 21 TA' SETTEMBRU 2025 • illum 06 Minn kampanja għal realtà: x'hemm mistenni Fl-episodju ta' Xtra Sajf, Karl Azzoppard jitkellem ma' Chris Deguara u Daniel Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 SEPTEMBER 2025