MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 SEPTEMBER 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539672

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 21 TA' SETTEMBRU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt A lex Borg għadu kif beda. U fl-ew- wel ġranet tiegħu bħala kap ħab- bar uċuħ ġodda fi rwoli ġodda. Nies li huma fil-politika u oħrajn li mhumiex. Li huwa ċar hu li ħafna minn dawn in-nies mhumiex magħrufa fix-xena politika u mhumiex imwielda fid-dinja tal-politika. Jidher li s'issa hemm entużjażmu għall- ħatra ta' Borg, imma bħalma jgħid il-Malti, il-kbir għadu ġej. Borg irid l-ewwel u qabel kollox isolvi l-problema ta' Adrian Delia, it- tellief f 'din it-tiġrija, imma wkoll il-persuna li jekk għandu sens f 'moħħu jirtira mix- xena it biex iħalli lil Borg jopera. Huwa għalhekk li ma naqblux li Delia għandu jkun Deputat Kap tal-PN. Anzi nemmnu li dan ikun żball. Jekk Borg irid verament jagħmel bidla li tidher li qed isseħħ, mela post Delia żgur mhux bħala viċi. It-tieni, Borg irid juri snienu fuq temi partikolari. Bi snien, aħna rridu nfissru li jrid ikun ċar, jew iktar minn ċar irid juri fejn qed ixaqleb. Borg ma jridx jagħmel l-iżball li joqgħod gallarija u ma jiħux deċiżjoni. Irid fuq xi suġġetti jiem li bil- politika li se jħaddan se jdejjaq xi nies. Ma tistax tikkuntenta lil kulħadd u tkun tajjeb ma' kulħadd. L-istil tal-politika fejn kulħadd ikun ħabib jew orrajt huwa problematiku. Fil-politika trid tieħu pożizzjoni u wisq aktar importanti direzzjoni. Ma tistax pereżempju tkun favur l-ambjent imbagħad ma tiħux pożizzjoni ċara favur regolamenti aktar stretti tal-ippjanar. Ma tista' qatt tkun favur kwalità fit-turiżmu u ma tkunx kontra aktar żvilupp ta' lukandi. Il-politiku li jrid iwassal jikkonvinċi jrid ikun sod u mhux dejjem meqjus. Għadu kmieni biex nagħmlu ġudizzju fuq Alex Borg, u l-honeymoon fadallu it ieħor. L-Amerika rarament kienet referenza għal min ried jiaħar bil-mod kif tinħadem id-demokrazija. Imma dak li qed naraw li qed jiġri bil-barka ta' Donald Trump jikkonferma l-agħar ipotesi li l-Istati Uniti huwa pajjiż immexxi minn miġnun u awtokratiku. U dan wara li rajna li għax kummidjant forsi b'mod goff jaqa' għaż-żuett lil Donald Trump mela ssir pressjoni fuq min jimpjegah u min ixandru biex jitkeċċa. U mhux hekk li kull min jazzarda li jagħmel bħalu jispiċċa ħażin ukoll. Mhix ċajta meta jingħad li f 'pajjiżna, fuq din l-imbierka ġebla mdawra fil- baħar, hawn iktar ħelsien u inqas ċensura minn dak il-pajjiż li l-uniku lingwa li jaf huwa l-poter u l-poter biss. Il-Kif tal-Politika

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 SEPTEMBER 2025