Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1539672
opinjoni illum • IL-ĦADD 21 TA' SETTEMBRU 2025 09 K birt fid-disgħinijiet u diskors politiku li nibqa' niakar b'mod ċar kien dak ta' Alfred Sant dwar il-barunijiet. Nibqa' niakru proprju għaliex — għalkemm dak iż-żmien kont għadni wisq żgħir biex nipparteċipa fil-ħajja politika — maż-żmien dejjem intbaħt iktar x'ried ifisser Alfred Sant b'dik il-kelma. U iktar ma' kbirt, iktar għenitni niem kif jaħdem il-poter fl- agħar suriet tiegħu. Il-barunijiet huma n-nies li ma eleġġihom ħadd fit-tmexxija ta' pajjiżna, iżda l-poter li għandhom jisboq kull poter ieħor. Is-saħħa tagħhom, la hija waħda elettorali u lanqas waħda morali. Is- setgħa tagħhom ġejja mill-flus li għandhom u mix-xibka politika- ekonomika li jagħmlu parti minnha. Din is-setgħa hija l-ikbar theddida għad-demokrazija tagħna. Il-barunijiet huma dawk li għandhom aċċess ħieles għal Kastilja. Huma dawk li meta jordnaw lill-politiku "jaqbeż", huwa jwieġeb "u kemm irrid nogħla?" Il-barunijiet dejjem jitkellmu qishom xi benefatturi benevolenti. Xi kultant iwaddbulna xi ċejċa 'l hemm u 'l hawn, u tagħha jistennew li nkunu eternament grati lejhom. Fil-verità, l-għan tal-eżistenza tagħhom huwa dak li jaħtfu — flus, art, riżorsi, poter — mingħajr rispett lejna u lejn artna. Il-barunijiet ma twildux ilbieraħ. Dejjem kienu preżenti fl-istorja ta' pajjiżna. It-tqassim tal-art pubblika huwa wieħed mill-iktar manifestazzjonijiet ċari tal-poter tagħhom — mill-Forti Chambray sa Portomaso, minn Tigné Point, l-ITS u l-iskandlu t'issa tal-Fortina. Meded t'art tal- poplu li ngħataw biex it sinjuri jħaxxnu bwiethom. Mod kif il-ġid jittieħed mill-poplu u jingħata lill-għonja. Bħalissa l-barunijiet ingħataw riħ mingħajr qies. Qatt daqs issa ma kellhom poter fuqna u fuq id-deċiżjonijiet li jittieħdu. Għandna mudell ekonomiku bbażat fuq l-isfruttament salvaġġ ta' għexieren t'eluf ta' ħaddiema: min igawdi minnu, jekk mhux il-barunijiet? Għandna inugwaljanzi qed jitwessgħu b'rata allarmanti fis-soċjetà tagħna — fejn il-ġid dejjem huwa iktar ikkonċentrat f 'idejn il-it: min igawdi minn din l-inugwaljanza, jekk mhux il-barunijiet? Għandna sistema tal-ippjanar mixtrija, fejn il-ġid komuni ntrema biex floku jkollna ġid għall-iżviluppaturi: min igawdi minn dan it-tnawwir, jekk mhux il-barunijiet? Il-Gvern irid jibdel il-Pjan Lokali ta' Villa Rosa biex ikunu jistgħu jitilgħu torrijiet m'ogħla s-sema li se jsarrfu f 'infern għar- residenti, għall-Bajja ta' San Ġorġ, u għal Wied Ħarq Ħammiem. Min se jgawdi, jekk mhux le baron? Iżda qatt daqs dawn l-aħħar it ġimgħat il-poter tal-barunijiet ma ħareġ fil-beraħ bil-kruha kollha tiegħu. Fl-aħħar ta' Lulju sibna ma' wiċċna żewġ abbozzi ta' liġi mqiegħda fuq il-mejda tal- Parlament. Kelma waħda hemm biex tiddeskrivihom: tal-waħx. Il-Gvern kien ilu sentejn iwiegħed riforma tant meħtieġa fil-liġi tal-appelli fl-ippjanar — sabiex l-iżviluppaturi ma jkunux jistgħu jibnu waqt li jkun għaddej appell tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar. Minflok ġew ippreżentati abbozzi ta' liġi li se jżarmaw is-salvagwardji kollha fis-sistema tal-ippjanar f 'pajjiżna. L-Abbozz 143 għandu l-għan li jagħti setgħat dittatorjali lill- Awtorità tal-Ippjanar, jirrendi l-pjanijiet lokali ineffettivi, u jiaħ il-bibien għal żvilupp distruttiv f 'kull rokna tal-pajjiż. L-Abbozz 144, ippreżentat taħt l-iskuża ta' riforma tal-proċess tal-appelli, fir-realtà jfittex li jċaħħad lin-nies mid-dritt tagħhom li jikkontestaw b'mod effettiv id-deċiżjonijiet tal- Awtorità tal-Ippjanar billi joħloq għadd kbir ta' ostakli u jneħħi s-setgħa tal-Qorti li tirrevoka l-permessi tal-iżvilupp. Il-Gvern ippubblika wkoll tliet abbozzi ta' avviżi legali li jagħtu amnestija ġenerali għal kull tip ta' illegalitajiet fl-ippjanar u ambjentali, irrispettivament mill- iskala jew il-post. Ittimbrata fuq dawn il-liġijiet hemm marka ċara; il-marka ta' patt imxajtan bejn il-Prim Ministru Robert Abela u żviluppaturi kbar, f 'dan il-każ moqdija mill-perit-avukat- konsulent Robert Musumeci, flimkien mal-eks impjegat ta' Michael Stivala, u issa mill-ġdid CEO tal-Awtorità tal-Ippjanar, Johann Buttigieg. Aħna nafu li matul dawn l-aħħar snin l-iżviluppaturi kienu bir-ragħwa ħierġa minn ħalqhom għalina l-għaqdiet u l-komunitajiet, għaliex waqqafnielhom ċerti proġetti ta' ħsara kbira, li kienu jmorru saħansitra kontra l-liġijiet l-aktar bażiċi ta' pajjiżna. Kemm beka Joseph Portelli fuq il-Mercury Tower għaliex il-Prim Imħallef "ħadlu l-permess". Biex niiehmu, minkejja l-isforzi kollha tagħna u tal- komunitajiet, xorta waħda fl-ippjanar għandna l-ħakma tal-barunijiet, bil-ħerba li ġġib magħha. Iżda s'issa għadna nistgħu niggranfaw ma' xi liġi jew regola li twaqqaom milli jagħmlu assolutament li jridu u li jirrumblaw minn fuq kulħadd. B'dawn il-liġijiet, anke dawn il-it limiti li fadal iridu jżarmawhom. Se jkunu jistgħu jixkanaw lil kulħadd mingħajr ħniena. Aħna dejjem emminna li hija biss is-saħħa tal-poplu li tista' tegħleb il-poter tal-barunijiet. Għalhekk, kif sirna nafu b'dawn il-liġijiet fl-aħħar ta' Lulju, ħriġna minnufih sejħa lil kull persuna li tħobb lil pajjiżna: uri l-għadab tiegħek għaliex dan huwa l-uniku mod kif inwaqqfuhom! Fortunatament, in-nies laqgħu dik is-sejħa u f 'temp ta' 48 siegħa waqqafniehom milli jgħaddu dawn il-liġijiet inkiss inkiss f 'nofs is-sajf. Iżda minflok irtirawhom, ħallewhom hemm, biex jgħadduhom mal-ewwel opportunità oħra li tiġihom. Għalhekk qed nerġgħu nsejħu lill-poplu mill-ġdid. Nhar is- Sibt 4 t'Ottubru fl-10 a.m. ejja niltaqgħu l-Belt quddiem il-Qorti bl-għajta ta' "Ġustizzja għal Artna: Irtirawhom Issa!" Minn hemm, nimxuha sa Kastilja. M'għandniex għażla. Din hija ġlieda li rridu nirbħu bilfors. Għaliex jekk ma nirbħuhiex, il-barunijiet se jkaxkru lilna u lil uliedna. Aħna konvinti li s-saħħa tal- poplu tista' tirbaħ fuq il-madmad tar-regħba u tal-arroganza. Narawkom il-Belt. www.gustizzjartna.org Attivist tal-Moviment Graffitti ANDRE CALLUS Fl-4 t'Ottubru ninżlu fit-toroq biex inwaqqfu lill-barunijiet milli jkaxkruna