MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540306

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 12 TA' OTTUBRU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Wara waqfa ta' seba' snin, il- Fondazzjoni St Jeanne Antide (SJAF) b'ħeġġa kbira qed tħabbar ir-ritorn tant mistenni tal-kunċert ta' ġbir ta' fondi tagħha, Music 4 a Cause, nhar is-Sibt 25 ta' Ottubru 2025 fl-Auditorium tal-iskola Immaculate Conception ġo Ħal Tarxien. Se tkun serata spettakolari b'wirjiet li ma jintesewx minn xi wħud mill-aħjar artisti Maltin, kollha akkumpanjati mill-famuża Spiteri Lucas Band. Fosthom insibu lil Amy Farrugia, Claudia Faniello, Claudio Castelletti, Ema, Ishmael Grech, Ivan Spiteri Lucas, Joseph Refalo, Kaya Gouder, Kurt Anthony, Laura Bruno, Mariah Mangion, Michela Galea, Nadine Axisa, Nathan Psaila u Rita Pace, li kollha se jagħtu l-ħila tagħhom b'risq il-missjoni tas-SJAF. Stennew repertorju spettakolari li jvarja minn kanzunetti li jibqgħu għal dejjem, għal diski kontemporanji, imwassla b'vuċijiet qawwija, mużika live, u enerġija qawwija fuq il-palk. Dan mhux biss kunċert, iżda ċelebrazzjoni ta' komunità, solidarjetà, u mużika b'għan. Wieħed jista' jgawdi dan l-avveniment b'donazzjoni ta' 15€. Il-qligħ kollu se jmur direttament biex jissostnu s-servizzi b'xejn tas-SJAF għall-familji vulnerabbli, tfal u individwi f 'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali. Ikseb il-biljetti tiegħek minn fuq showshappening.com Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jikkuntattja lil Miriam Grech fuq miriam@ antidemalta.org jew 79297153. Music 4 a cause jirritorna wara seba' snin Festa ta' San Publju f 'Ġenna ta' Ġonna 2025 Bħal kull sena, il-Kunsill Lokali tal-Furjana qiegħed jorganizza l-attività annwali bl-isem ta' 'Ġenna ta' Ġonna'. Waqt din l-attività, numru ta' għaqdiet li jagħtu sehem dirett b'mod kontinwu fil-lokal, jieħdu sehem billi jorganizzaw xi attività biex iżewqu din il-ġurnata bl- aħjar mod. Il-Kappella San Publju Martri, bħal snin preċedenti, se tkun qiegħda tieħu sehem. Propju sena ilu, din il-Kappella ċċelebrat l-għoxrin sena mill- uħ tagħha. Għoxrin sena ta' formazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ, servizz kontinwu lejn il-lokalità tagħha, u ma naqasx it-tixrid tal- kult lejn San Publju permezz tal- arti fost l-oħrajn. Dak li nbena matul l-għoxrin sena li għaddew se jitkompla wkoll din is-sena. Hija ħaġa naturali li wieħed irid jemenda, ibiddel, u jġedded biex il-prodott dejjem jitjieb. Huwa dan li bħala kuraturi ta' din l-istess kappella ta' sikwit nagħmlu. Ix-xogħol siewi u l-ħin volontarju kollu jmur biex inżommu din il-kappella fl-aqwa stat tagħha għal kull okkażjoni. Huwa ta' sodisfazzjon għalina li nisimgħu l-kummenti sbieħ u ta' apprezzament ta' dawk kollha li jżuru din il-kappella. Huma kummenti bħal dawn li jħeġġuna nkomplu naħdmu biex insebbħu din il-kappella. Għaldaqstant, nhar il-Ħadd, 19 ta' Ottubru 2025 il-Kappella se tkun miuħa mill-10:00 sal- 17:00. Wieħed se jkun jista' jitpaxxa jara wirja b'diversi oġġetti relatati ma' San Publju fosthom pitturi, skulturi, kotba, u ħafna aktar. Din l-esebizzjoni se tittella' biex jitfakkar id-19-il ċentinarju mill- martirju ta' San Publju fis-sena 125 WK taħt l-Imperatur Adrijanu f 'Ateni. Il-qofol ta' din l-attività jintlaħaq propju permezz ta' dimostrazzjoni bil-vara tal-Kappella maħduma mill-iskultur is-Sur Publio Aguis. Din hija replika perfetta tal-vara titulari ta' San Publju skolpita fl-injam mill-iskultur Vincenzo Dimech fl-1811. Mal-uħ tal-Kappella, il-vara tintlaqa' bid-daqq tal-Innu mill- Banda tas-Soċjetà Filarmonika Vilhena, fejn minn hemm tibda d-dimostrazzjoni. Din se tgħaddi minn Triq San Tumas, Triq San Franġisk, Triq Miratur, Triq San Publju, Triq San Tumas, Triq il- Mall, Triq l-Argotti, Triq Oliver Friggieri, Triq il-Konservatorju, Triq il-Mall, Triq Vincenzo Dimech, Triq Ġnien il-Mall, Triq Pjazza San Publju, Triq Miratur, Triq l-Isqof Mauro Caruana, u lura għall-Kappella. Mad-dħul u l-ħruġ tal- manifestazzjoni se tkun qiegħda tinħaraq kaxxa nar mill-Għaqda tan-Nar u Kultura San Publju. Għal din id-dimostrazzjoni kulħadd huwa mħeġġeġ jattendi u jieħu sehem. Fl-aħħar nett, il-kuraturi tal- Kappella San Publju Martri jixtiequ juru l-apprezzament tagħhom lil diversi entitajiet u għaqdiet li dejjem sabu l-appoġġ meħtieġ mingħandhom. Nirringrazzjaw ukoll lil dawk l-individwi li tul is-snin kienu parti minn dak li hi l-Kappella llum. Inħeġġu wkoll lil dawk kollha li jixtiequ jkunu parti minn dak li għandu x'joffri dan il-mużew mimli storja fil-qalba tal-Furjana. B'hekk inkunu qed jiġi ppreservat u msaħħaħ dak li ħallewlna missirijietna. Ir-repertorju tas-serata jvarja minn kanzunetti li jibqgħu għal dejjem, għal diski kontemporanji Numru ta' għaqdiet li jagħtu sehem dirett b'mod kontinwu fil-lokal, jieħdu sehem fl-attività

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 October 2025