MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540306

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

Id-distributuri lokali tal- films, KRS Releasing, b'kollaborazzjoni maċ-ċinemas ta' Malta u Għawdex, għandhom il-pjaċir iħabbru li l-Ġurnata ddedikata għaċ-Ċinema tat-Tfal se ssir nhar is-Sibt 18 ta' Ottubru 2025. Se jkun hemm varjetà ta' films immirati għat-tfal bi prezzijiet orħos għall-wirjiet kollha li jibdew qabel is-7.00 pm f 'dawn it-teatri — Eden Cinemas, San Ġiljan; Embassy Cinemas, Valletta; Gallarija Cinemas, Fgura; Citadel Cinemas, Victoria, Għawdex. Dakinhar se jintwerew għall- ewwel darba l-produzzjoni ta' Dreamworks, Gabby's Dollhouse: e Movie u Sketch. Il-films kollha li se jintwerew huma: GABBY'S DOLLHOUSE: THE MOVIE — Waqt li Gabby u n-nanna Gigi jkunu fuq vjaġġ bil-karozza d-dar tal-pupa tagħha tiġi f 'idejn Vera, mara eċċentrika li tgħix mal-qtates. Gabby timbarka fuq avventura biex tiġbor il-qtates flimkien u tieħu lura d-dar tal- pupa qabel ikun tard wisq. SKETCH — Meta l-ktieb mimli tpinġija ta' tifla jaqa' ġo vaska misterjuża, l-abbozzi kollha tagħha jieħdu l-ħajja u jqajmu kaos sħiħ fil-belt. DOGS AT THE OPERA — Kelb mitluq barra fil-belt ta' Moska ta' xi mitt sena ilu jiskappa minn dawk li jridu jaqbduh u jidħol fit-teatru Bolshoi, jiltaqa' ma' kelba li hi ballerina prima u jgħinha tikseb lura ornament prezzjuż. FREAKIER FRIDAY — Xi 20 sena wara li sofrew kriżi ta' identità, il-familja issa mħallta ta' Anna se taffaċċja sfidi ġodda. Tess u Anna jiskopru li l-passat tagħhom se jirrepeti fil-ġenerazzjoni li jmiss. THE BAD GUYS 2 — Sikwel ta' e Bad Guys. Issa dan il-grupp qed isibuha diffiċli li jiksbu fiduċja u li jaċċettawhom bħala grupp ta' esseri tajbin meta jkollhom joħorġu minn fejn ikunu rtirati u sfurzati jesegwixxu "biċċa xogħol" oħra minn skwadra ta' kriminali femminili. LILO & STITCH — Tifla waħedha mill-Hawaii ssir ħabiba ma' aljen maħrub li jgħinha terġa' tgħaqqad lill-familja mxerrda tagħha. SUPERMAN — Superman irid jirrikonċilja l-identità tiegħu ta' aljen mill-pjaneta Krypton ma' dik ta' uman bħala l-korrispondent Kent Clark ta' e Daily Planet. Bħala wieħed li jrid ixandar dak li hu sewwa u l-ġustizzja, malajr isib ruħu f 'dinja li tara dawn il-veduti bħala antikwati. SMURF — Meta Papa Smurf jinħataf mis-sħaħar ħżiena Razamel u Gargamel, Smurfette tmexxi lil Puffi kollha f 'missjoni fid-dinja reali biex isalvawh. THE FANTASTIC FOUR: FIRST STEPS — Sfurzati jibbilanċjaw l-irwoli tagħhom bħala eroj bis-saħħa tal-għaqda familjari tagħhom, dawn l-Erbgħa Fantastiċi hemm bżonn jiddefendu lid-dinja minn Galacticus, alla spazjali li jrid jaħtaf kollox u minn e Silver Surfer il-messaġġier fidil tiegħu. ELIO — Elio, fanatiku għall- ispazju u b'immaġinazzjoni attiva, isib ruħu fuq avventura kosmika fejn ikollu jitħabbeb ma' formi ta' ħajjiet aljeni, jinnaviga kriżi ta' proporzjon immensa u jiskopri minn tassew hu. THE CORPSE BRIDE — Dan il-film animat tal-2005 reġa' qed jintwera fl-okkażjoni tal-20 anniversarju tiegħu. Meta għarus timidu jkun qed jipprattika l-wegħdiet taż-żwieġ tiegħu quddiem preżenza li ma jafx biha ta' mara żagħżugħa mejta, hi tqum mill-qabar u tassumi li hu żżewwiġha. Wieħed jista' jaqta' l-biljetti għal din l-attività popolari minn issa stess. Dwar il-ħinijiet tal-wiri l-pubbliku jista' jirreferi għall- iskeda ta' kull ċinema individwali. 14 films IL-ĦADD 12 TA' OTTUBRU 2025 • illum Carmel Bonnici Ġurnata taċ-ċinema għat-tfal: is-Sibt 18 ta' Ottubru 2025 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 18˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral it-Tramuntana forza 4 għal 5 li jdur mill-Punent Majjistru forza 3 għal 4 L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 18˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab li jsir b'xi ħalbiet iżolati tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fil-ħalbiet tax-xita Riħ Punent forza 2 għal 3 lokalment SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The Corpse Bride (2005) Lilo & Stitch

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 October 2025