Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540306
niltaqgħu mas-sindki IL-ĦADD 12 TA' OTTUBRU 2025 • illum 16 "L-ikbar sfida li nħoss ta' kuljum hija dik li mhux dejjem kulħadd ikun lest li jaħdem magħna lejn għan komuni " Bħala sindku, x'inhu l-ikbar inkwiet tiegħek? X'inhi l-ikbar sfida għall- kostitwenti tiegħek? Bħala Sindku tal-Marsa, l-akbar inkwiet tiegħi dejjem ikun marbut mad- deċiżjonijiet li nieħu, għax niem li kull pass li nagħmel jista' jkollu impatt dirett fuq il-ħajja ta' kuljum tar-residenti tagħna — kemm b'mod pożittiv, kif ukoll, xi kultant, b'mod mhux intenzjonat negattiv. Għalhekk, nipprova naffaċċja kull deċiżjoni b'responsabbiltà u b'sens ta' dixxerniment, nieħu ħsieb li nisma' lin-nies, nevalwa kull proposta b'mod professjonali, u naħdem bl-għan li ntejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' kull min jgħix fil-lokalità tagħna. Meta nitkellem dwar l-isfidi, nemmen li kull Sindku jaffaċċja l-isfidi tiegħu skont il- kuntest u ċ-ċirkostanzi tal-lokalità tiegħu. Fil-każ tal-Marsa, l-ikbar sfida li nħoss ta' kuljum hija dik li mhux dejjem kulħadd ikun lest li jaħdem magħna lejn għan komuni. Jekk ikollna koperazzjoni bejn ir-residenti u l- awtorità lokali — fejn kulħadd jimxi mal-liġijiet, jirrispetta l-ambjent u jagħraf id-dmirijiet tiegħu daqskemm jagħraf id- drittijiet — inkunu nistgħu niksbu ħafna aktar flimkien. Għax b'għaqda u spirtu ta' komunità, il-Marsa tista' timxi 'l quddiem b'mod sostenibbli u b'ġid għal kulħadd. Il-kunsill tiegħek kif javviċina l-iżvilupp urban filwaqt li jippreserva l-wirt u l-ambjent tal-lokalità? Fil-lokalità tal-Marsa, l-iżvilupp urban ilu jimxi b'rata relattivament bil-mod. Personalment nemmen li żvilupp urban ma jistax u lanqas għandu jiġi miżmum lura għalkollox, għax irridu niakru li l-popolazzjoni qed tikber u l-pajjiż, b'mod naturali, irid jimxi 'l quddiem biex ilaħħaq, kemm mar-realtajiet tal-lum, kif ukoll mal- bżonnijiet tal-futur — kemm għall-Maltin, kif ukoll għall-barranin u t-turisti li jżuruna jew jgħixu magħna. Madankollu, dan l-iżvilupp għandu jkun wieħed studjat u responsabbli. Bħala Kunsill — u jien personalment bħala Sindku — nemmen li kull pass f 'dan ir-rigward għandu jittieħed b'attenzjoni u b'kunsiderazzjoni lejn l-identità, l-istorja, u l-wirt uniku tal-Marsa. Il-politika tagħna bħala Kunsill hi li qabel kollox, l-ambjent u l-wirt storiku tal- lokalità għandhom jiġu protetti u ppreservati. Żvilupp bla viżjoni jista' jwassal għal telf li ma nistgħux inreġġgħu lura. Taħseb li l-lokalità tiegħek għandha biżżejjed spazji miftuħa għar- residenti? Il-Marsa hija mdawra b'ġonna u spazji miuħa importanti ħafna — bħall-Ġnien Belvedere, Ġnien is-6 ta' Awwissu, Ġnien Spencer u Ġnien Ġwann Mamo — li mhux biss jipprovdu nifs u postijiet ta' serħan għar- residenti, iżda huma wkoll parti mill-wirt soċjali u storiku tagħna. Għaldaqstant, kull proposta ta' żvilupp trid tiġi evalwata fid-dettall biex tiġi żgurata l-protezzjoni ta' dawn ir-riżorsi. Huwa d-dmir tagħna li nagħmlu l- kalkoli kollha meħtieġa biex ma jintilifx dak li hu tant għażiż għalina l-Marsin. Fil-qosor, nemmen li l-Marsa għandha spazji miuħa tajbin li għandhom jiġu mħarsa, u l-Kunsill se jibqa' jagħmel il-ħila kollha biex l-iżvilupp iseħħ b'mod li jħares lejn l-identità unika tal-lokalità tagħna. Fis-snin li ġejjin, x'għandha tkun il-prijorità tal-lokalità tiegħek? Kif tixtieq tara l-lokalità tiegħek tipprogressa fil-ħames snin li ġejjin? Fis-snin li ġejjin, nemmen li l-Marsa għandha tkun fost l-aktar lokalitajiet prominenti f 'Malta. Il-lokalità tagħna għandha potenzjal sinifikanti u ħafna affarijiet li tista' toffri lill-poplu tagħna. Il-prijorità tiegħi bħala Sindku u bħala Kunsill għall- Marsa hija li nkomplu nimmassimizzaw dan il-potenzjal, bl-għan li l-Marsa tkun lokalità li toffri kwalità għolja ta' ħajja, tagħti opportunitajiet ekonomici, u tkun post fejn in-nies jistgħu jgħixu, jaħdmu, u jgawdu ħajjithom. B'mod speċjali, l-iżvilupp u r-riġenerazzjoni tal-lokalità għandhom ikunu fost il- prijoritajiet ewlenin tagħna. Xi tħoss li huwa nieqes mil-lokalità tiegħek li tixtieq tipprovdi lir- residenti? Waħda mill-affarijiet li nħoss li tista' tkun nieqsa fil-lokalità tagħna, speċjalment għar-residenti, hija l-possibbiltà ta' spazji komunitarji aktar żviluppati u aktar faċilitajiet li jsaħħu l-ħajja soċjali u kultura tal-Marsa. Hemm bżonn aktar faċilitajiet għal attivitajiet sportivi, u anke kulturali, li jistgħu jgħinu lin- nies iżidu l-kuntatt tagħhom mal-komunità, jinvolvu ruħhom aktar fil-ħajja pubblika u jgawdu ħajja aħjar. X'kienet l-aktar parti ta' sodisfazzjon mir-rwol tiegħek bħala sindku s'issa? L-ikbar sodisfazzjon li jġib miegħu r-rwol ta' sindku huwa l-opportunità reali li jkollok impatt pożittiv fuq il-ħajja ta' dawk li jgħixu fil-lokalità tiegħek. Il-fatt li ninsab f 'pożizzjoni li nisma' direttament lin-nies, niem il-bżonnijiet tagħhom, u naġixxi biex intejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom, hu ta' sodisfazzjon kbir. Ta' kuljum nirċievi kuntatti mir-residenti, kemm permezz ta' telefonati, kif ukoll fiżikament fit-toroq, fejn jaqsmu miegħi l-ideat tagħhom u l-aspettattivi tagħhom dwar kif nistgħu ntejbu l-lokalità flimkien. Meta jkun hemm lok li nindirizzaw xi problema jew nimplimentaw xi titjib, u wara nirċievu kelma ta' grazzi jew apprezzament ġenwin mill-komunità, hemmhekk tassew tħoss li l-ħidma tiegħek qed tagħmel differenza. Din ir-responsabbiltà ma tiġix biss b'setgħa, iżda b'impenji kbar lejn il-ġid komuni. Meta nara riżultati konkreti u rikonoxximent mill- komunità, inħossni motivat aktar minn qatt qabel biex inkompli naħdem bl-istess passjoni u determinazzjoni. 'Opportunità reali li jkollok impatt pożittiv fuq il-ħajja ta' dawk li jgħixu fil-lokalità tiegħek' Il-gazzetta ILLUM tkompli bis-sensiela ta' artikli tagħha li permezz tagħhom intom se ssiru tafu s-Sindki tagħkom. F'din il-ġimgħa, dan il- ġurnal ipoġġi ma' Luke Farrugia, is-Sindku tal- Marsa. Il-Marsa hija lokalità fil-parti t'isfel tal-Port il-Kbir ta' Malta, magħrufa għall-importanza storika u industrijali tagħha. L-isem "Marsa" ġej mill-kelma Għarbija li tfisser "ankraġġ" jew "port", riflessjoni tal-pożizzjoni tagħha bħala żona ħdejn il-baħar. Fil-fatt, matul l-Assedju l-Kbir, il-Marsa serviet bħala kamp għall-forzi Ottomani. Matul is-seklu 20, il-Marsa saret ċentru industrijali, bit-twaqqif ta' skejjel navali u l-ewwel impjant tal-enerġija tal-gżejjer Maltin. Illum, il-Marsa tkompli tkun ċentru industrijali u kummerċjali importanti. Fost il-punti ta' interess hemm il-Malta Shipyards u l-Korsa tal-Marsa, magħrufa l-iktar għall-kompetizzjonijiet tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Luke Farrugia, is-Sindku tal-Marsa