Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540306
X'inhi l-funzjoni tal- ombudsman illum fl-2025? Il-liġi tagħna baqgħet dik li kienet. L-ombudsman huwa prinċipalment investigatur tan-nuqqasijiet tal-Gvern. Gvern, voldieri mill-ministeri, sad-dipartiment, sal-kunsilli lokali, sal-awtoratijiet, sal- kumpaniji fejn il-gvern għandu maġġoranza bħal WasterServ u l-KM. L-ewwel jinvestiga lmenti bil-miktub. Imma l-finalità huwa li jtejjeb is-servizz pubbliku. Meta jasal għal deċiżjoni li tgħid "din il-persuna kellha sitwazzjoni fejn ġiet diskriminata", x'inhuma l-poteri eżekuttivi tagħhom fuq l-entitajiet? Ir-rakkamondazzjonijiet tal- ombudsman mhumiex eżekuttivi. Dan ma jfissirx li ma jsir xejn. Hemm rakkamondazzjonijiet li fil-maġġoranza tagħhom jintlaqgħu waqt l-investigazzjoni mhux wara r-rapport, jew waqt li jidħol ilment. Jien irrid nasal sabiex insolvi l-problema. Jekk irrid inkun burokratiku ħa ndumu. Jien irrid ġustizzja amministrattiva bil-ħeffa, mhux għaġla. Hemmhekk iva, trid tieħu ħafna paċenzja. Jien ma naċċettax ħaġa waħda, li jiġi persuna għandi u jaħseb li għandu raġun bilfors. Aħna nippratikaw li nisma' ż-żewġ partijiet u mbagħad nagħti rakkamondazzjoni. X'għodda u poteri għandek sabiex ma tiġix injorat? Nies biex naħdem għandi. Jekk ikolli aktar aħjar. Imma mhux il- kwantità importanti imma li inti tagħti importanza lit-tip ta' lment li jkollok. L-ilment irid jolqot lili bħala persuna. Immaġinahom il- kwistjonijiet partikolari, kollha waslu għandna. Il-mod kif tittratta mal-entità, jekk l-entità tkun diffiċli anke aħna nistgħu nkunu diffiċli. Intom tagħmlu rakkomandazzjonijiet. Jekk ikollok min imexxi l-Gvern li jiġi jaqa' u jqum, dik ma tinkwetakx li l-poter tiegħek iwassal sa rakkomandazzjonijiet? Le, jien mhux qorti. Min irrid l-ordnijiet eżekuttivi jmur il-qorti, bit-tajjeb u l-inqas tajjeb hemm qorti. Però l-investigazzjonijiet tant isiru b'attenzjoni illi d-drabi meta ma tiġix implimentata, li fl-opinjoni tiegħi tkun, "rocking the boat". Dik hi l-problema. Kien hemm ħafna każijiet, tnejn partikolari li interessawni. Kien hemm il-każ tal-Gozo Channel u d-dritt tal-Karta Anzjan. Kien hemm barrani Ewropew li ġie rriutat id-drittijiet fiskali li jiġu offruti lil Maltin tal-istess età u qajjem il- punt għala l-Karta Anzjan għandha tapplika biss għal Maltin. Għidli fuq dan bħala prinċipju. Bħala prinċipju, il- kumplikazzjoni kienet li kien hemm Malti u Portugiż, it- tnejn niżlin minn Għawdex u qabżu s-60. Wieħed kellu l-ID Card rikkonoxxuta u l-ieħor għax ma kienx Malta ma ġietx rikkonoxxuta, u ddeċieda li jagħmel ilment mal- ombudsman. L-ombudsman iddeċieda li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni bejn barrani u le f 'sitwazzjoni bħal din. Min imur barra, jara din tiġri. Tmur mużew, jiddetermina li inti 'l fuq minn 60 sena u jtuk l-benefiċċji fiskali. Imma vis-a- vis l-Gozo Channel mhux dik biss għamilna aħna. Għamilna affarijiet oħrajn, pereżempju, li ma toqgħodx fil-hold tal-vapur waqt li taqsam. Fejn daħlet il- WasteServ, meta daħal it-trakk fuq il-vapur mhux maħsul. Intervjenejna aħna u ġiet solvuta. Kien hemm rakkomandazzjonijiet li ġew kompletament injorati. Hemm proċedura f 'dan il- każ, hemm suġġeriment fejn din issir ikun hemm suppost post fejn jiġu diskussi dawn l-affarijiet fil-parlament. Għidli fuq din il-problema. Din problema, mhux ħa ndur mal-lewża. Din is-sena sal-lum bgħatna 15 il-parlament. Din ir-rakkomandazzjoni l-ewwel tmur għand l-entità li ma timplimentahiex, imbagħad tmur għand il-Prim Ministru u jekk hu ma jimplimentahiex għar-raġunijiet tiegħu, imbagħad tmur il-parlament. Il-problema hi li l-MPs m'għandhomx ħin biex jarawha. Għalhekk ipproponejna li jkun hemm kumitat tal-kamra li jiddiskuti l-amministrazzjoni pubblika, inkluż dawn it-tip ta' lmenti. Għaliex ma ttiħditx din ir- rakkomandazzjoni għaqlija? Jekk trid l-opinjoni tiegħi, l-MPs għandhom ħafna x'jagħmlu. Il-problema hija ħafna kkumplikata. Jekk ikun hemm dan il-kumitat selettiv, aħna se npoġġu lilna nfusna fuq in-nar. Għaliex jien irrid niġġustifika r-rakkomandazzjoni tagħna. Li qed nitolbu aħna, li jekk il- kumitat jaqbel magħna, irridu li jrid jagħti d-direzzjonijiet li l-gvern. Tgħidli bilfors trid testendiha s'hemm? Le, għax ġieli solvejna lmenti mal-entità, imma l-problemi jiġu meta trid tbiddel l-istatus quo. Meta tiltaqa ma' Ombudsman Ewropew, kif tqabbilna bħala Malta? X'inhuma l-mudelli li għandna nesploraw? Domanda kumplessa. Il- ġimgħa d-dieħla sa tibda l-konferenza organizzata mill- Ombudsman fl-okkażjoni tat-30 sena tal-Ombudsman f 'Malta. Ġejjin kważi l-Ombudsman kollha tal-Ewropa, fosthom l-Ombudsman tal-UE. Tasal hawn il-ġimgħa d-dieħla u għandi laqgħa magħha l-ġimgħa d-dieħla. Kieku ma jiġux hawn? L-implementation rate tagħna hija aħjar minn tagħhom. Fejn irridu nitranġaw? Jekk ikollna dan il-kumitat, inkunu ħadna pass kbir? L-amministrazzjoni pubblika tafda lilna u aħna nafdawha. Aħna ma nistgħux nagħmlu kruċjati. Dawn mhuma ta' ġid għal ħadd. Irridu nfittxu dak li jgħaqqadna u jagħmilna aħjar. Aħna rridu nibnu pontijiet bejnietna. Is-servizz u l-amministrazzjoni pubblika għandhom ħafna x'jitranġaw. Hemm biżżejjed fiduċja f 'dawn l-entitajiet? Fiduċja hemm, imma mhux biżżejjed. Jien mal-Kap tal-Gvern m'għandix problemi, jiġifieri l-Prim Ministru. Iltqajna fil- Freshers' week it ilu u tkellimna. Fil-parlament ġie l-President tal-Assemblea, imxejna mill- Parlament sa Kastilja flimkien. Ir-relazzjonijiet huma tajbin. Mal-entitajiet, mhux l-istess storja. Hemm ħafna x'jitranġa, anke min-naħa tagħna hemm x'jitranġa. L-ombudsman ma tridx tkun sempliċiment kalamita għal min hu fonqla. X'inhu l-prinċipju li jmexxikom? Il-ġustizzja. Ma ninsewx li l-qrati jinterpretaw skont il- liġi. Aħna nagħmlu l-ġustizzja fis-sens li anke deċiżjonijiet li huma ħżiena, aħna nistgħu ngħidu li huwa att ħażin t'amministrazzjoni. Fejn trid tasal bil-ġustizzja? Governanza tajba! Huwa alternattiva oħra għad-dispożizzjoni tal-persuni li jfitxu l-ġustizzja mhux mill-qorti billi jagħmlu snin hemm ġew. Inti kont ġudikant, u fis- silenzju tiegħek kellek tieħu deċiżjonijiet. Fejn kellek l-iżjed responsabbiltajiet? Responsabbiltajiet differenti totalment. Jikkumplimentaw lil xulxin, hemmhekk qiegħed aktar waħdek. Illum għandi tim li jgħinni nasal. It-tnejn iwasslu għall-ġustizzja. intervista illum • IL-ĦADD 12 TA' OTTUBRU 2025 07 "Min irid l-ordnijiet eżekuttivi jmur il-qorti " L-amministrazzjoni pubblika tafda lilna u aħna nafdawha. Aħna ma nistgħux nagħmlu kruċjati. Dawn mhuma ta' ġid għal ħadd. Irridu nfittxu dak li jgħaqqadna u jagħmilna aħjar. F'dan l-episodju ta' Xtra, Saviour Balzan jintervista lill-Ombudsman Joseph Zammit McKeon dwar l-irwol tiegħu