MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 October 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1540506

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 19 TA' OTTUBRU 2025 05 900 kilo droga maqbuda mill-Pulizija fl-ewwel disa' xhur tal- 2025 Peter Agius iressaq azzjoni Ewropea biex Malta ma tibqax lura fl-aċċess għall-mediċini IKOIMPLI MINN PAĠNA 1 F'diversi operazzjonijiet madwar Malta u Għawdex, il-Pulizija rnexxielha tiżvela network mifrux ta' traffikar u distribuzzjoni. Fost il-każijiet l-aktar sinifikanti, hemm żewġ qabdiet kbar ta' kokaina — waħda f 'Għawdex din il-ġimgħa stess fejn instabu 76 kilo ta' droga suspettata kokaina, u oħra fil-bidu ta' dan ix-xahar li fiha nqabdu 25 kilo oħra li kienu qed jiġu importati minn Sqallija. Il-valur fis-suq ta' dawn iż- żewġ qabdiet biss jaqbeż it-€12- il miljun, b'din is-sena tidher li se tkun waħda mill-aktar produttivi fil-ġlieda kontra t-traffikar fuq skala kbira. Il-Pulizija: "L-isforzi intensifikati qed iħallu frott" Il-Korp tal-Pulizija saħaq li l-ġlieda kontra d-droga tibqa' prijorità nazzjonali, u li l-isforzi msaħħa fl-aħħar xhur wasslu għal żieda sostanzjali fil-konfiski u fl-identifikazzjoni ta' networks kriminali. Il-Pulizija enfasizzat li, minkejja dawn is-suċċessi, il-problema tibqa' mifruxa u m'hemmx żoni partikolari fejn isir il-bejgħ jew it-traffikar, billi l-attività tinfirex f 'diversi lokalitajiet. Prezzijiet u tendenzi fis-suq Il-Pulizija appellat għal kollaborazzjoni kontinwa mill- pubbliku, u stiednet lil kull min għandu informazzjoni dwar attività suspettata relatata mad- droga biex jagħmel kuntatt mal- awtoritajiet b'mod anonimu. "Kull informazzjoni tista' tkun kruċjali biex inkomplu nħarsu lill-komunità u nrażżnu dan il- fenomenu li jkompli jhedded is- soċjetà Maltija," temmet tgħid il-Pulizija. Il-Membru Parlamentari Ewropew Peter Agius ressaq sensiela ta' emendi fil-Parlament Ewropew bl-għan li jindirizza l-problema persistenti f 'Malta ta' mediċini li jispiċċaw out of stock jew li jkollhom prezzijiet għoljin. Agius, li huwa membru fil- Kumitat tas-Saħħa, qal li dawn il- proposti għandhom l-għan li jtejbu l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-mediċini madwar l-Unjoni Ewropea, b'enfasi speċjali fuq l-isfidi li jaffaċċjaw pajjiżi żgħar u gżejjer bħal Malta u Ċipru. Hu spjega li ħafna familji f 'Malta qed jiltaqgħu b'mod kontinwu ma' diffikultajiet biex jiksbu mediċini bi prezzijiet raġonevoli jew biex isibu prodotti li jkunu temporanjament nieqsa mis-suq. "Parti mill- problema ġejja mid-diffikultajiet tal-importaturi u l-gvern biex jakkwistaw il-mediċini. Għalhekk ħadt azzjoni permezz ta' emendi għal-liġijiet Ewropej," qal Agius. Il-problema mhijiex żgħira. Skont il-Patients W.A.I.T. Indicator tal-Federazzjoni Ewropea tal- Industriji Farmaċewtiċi (EFPIA), Malta għandha l-inqas livell ta' disponibbiltà ta' mediċini fl-Unjoni Ewropea — 17% biss, meta l-medja Ewropea hija 80%. Emendi għal tliet liġijiet Biex jindirizza din is-sitwazzjoni, Agius ressaq tliet settijiet ta' emendi fil-Parlament Ewropew. Fil-Critical Medicines Act, Agius qed jissuġġerixxi li jkun possibbli għal tliet pajjiżi membri biss jingħaqdu biex jixtru mediċini flimkien taħt sistema ta' joint public procurement, minflok id- disgħa proposti o r i ġ i n a r j a m e n t m i l l - Ku m m i s s j on i Ewropea. Emenda oħra tesiġi li kumpaniji li jirċievu fondi mill-UE biex jipproduċu mediċini jkollhom obbligu ta' servizz pubbliku li jipprovdu wkoll lill-istati iżgħar meta jkun possibbli. Agius qed jappoġġja wkoll li l-leaflet elettroniku bl-Ingliż isir obbligatorju fil-livell Ewropew, filwaqt li l-istati membri jibqgħu jistgħu jiddeċiedu jekk iżommux ukoll verżjoni stampata. Il-proposti ta' Agius issa jinsabu fil-fażi tan-negozjati mal-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill, bi ħsieb li dawn l-emendi jsaħħu s-sistema Ewropea tal-provvista tal- mediċini u jpoġġu lil Malta fuq l-istess livell ta' aċċess bħall-bqija tal-Unjoni. Peter Agius ressaq tliet settijiet ta' emendi fil- Parlament Ewropew

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 October 2025