Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541359
aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' NOVEMBRU 2025 • illum 16 147 każ ta' vjolenza domestika mill-2021 sal-2025 ILENIA DEBONO Rapport dwar il-vjolenza domestika juri li mill-2021 sa Jannar ta' din is-sena kien hemm 147 każ. 134 minn dawn il-każijiet għadhom attivi, filwaqt li persuna minnhom ma ġietx aċċettata jew m'għadx għandha bżonn dan is-servizz. Barra minn hekk, 12-il każ ġew magħluqa. 40 minn dawn il- każijiet kienu ġew referuti u 46 kienu ġodda jew oħrajn li reġa' sar kuntatt magħhom. Bi tweġiba għal mistowsijiet parlamentari mill-Kelliema tal- Oppożizzjoni għall-Ugwaljanza, il-Libertajiet Ċivili, u x-Xandir Pubbliku, Graziella Attard Previ, il-Ministru għall-Politika Soċjali u għad-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon għamel referenza għal Rapport Statistiku tal-Aġenzija Appoġġ għal Jannar-Ġunju 2025 li ġie ppubblikat fl-aħħar ta' Awwissu ta' din is-sena. Ir-rapport tpoġġa fuq il- Mejda tal-Kamra, u l-istatistika li ħarġet tagħti daqqa' t'għajn tas-sitwazzjoni kurrenti tax- xelter Għabex, xelter li jipprovdi refuġju għal nisa li jaqgħu vittmi tal-vjolenza domestika. Mill-2021 sa Jannar ta' din is- sena, il-lista ta' stennija dejjem kienet 0. Fl-2022 u fl-2023 ukoll kien hemm persuna li ma ġietx aċċettata jew m'għadx għandha bżonn is-servizz. Fl-2022 kien hemm 24 każ attiv u 38 każ magħluq, b'55 minn dawn il-każijiet kienu referuti, u 48 ġodda jew oħrajn li reġa' sar kuntatt magħhom. Is-sena ta' wara rat żieda għal 64 każ, li minnhom 32 ingħalqu. 85 minn dawn il-każijiet ġew referuti u 62 minnhom kienu ġodda jew oħrajn li reġa' sar kuntatt magħhom. Fl-2024 kien hemm 100 każ attiv u 88 magħluqa, b'90 minnhom referuti u b'124 ġodda jew oħrajn li reġa' sar kuntatt magħhom. Proċedura ta' rappurtar dwar każ ta' vjolenza domestika Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri spjega l-proċedura ta' meta jidħol rapport ta' vjolenza domestika lill-pulizija. Huwa qal li qabel ma tipproċedi l-Qorti, il- pulizija tibda billi tagħmel investigazzjoni ħolistika hi stess. "Dan jinkludi li l-pulizija titkellem mal-vittma, flimkien ma' xhieda oħra li setgħu kienu preżenti waqt l-allegat każ, u fl-istess ħin tinġabar kull evidenza materjali rilevanti. Matul tali investigazzjoni, jiġi evalwat ukoll il-valutazzjoni ta' riskji li jsir fuq il-vittma, u jiġi interrogat l-allegat aggressur. F'każijiet serji, l-Uffiċċju tal- Avukat Ġenerali jiġi kkonsultat, speċjalment minħabba li f 'ċerti reati, il-prosekuzzjoni titmexxa minn avukat mill-istess uffiċċju. Abbażi ta' dan kollu, jittieħdu passi l-Qorti." Hu żied jgħid li llum il-vittmi jingħataw appoġġ bil-multi- disciplinary approach mill- Gender-Based and Domestic Violence Hub u l-Victim Support Agency. Ix-xelters u l-aġenziji relatati jaħdmu flimkien biex joffru refuġju, sigurtà u servizzi essenzjali Malta tiggwadanja l-ewwel punti f'logħba internazzjonali away f'għaxar snin It-tim nazzjonali Malti niżżel rebħa oħra fil-kotba wara li rebaħ wieħed b'xejn kontra t-tim nazzjonali Finlandiż. Din kienet l-ewwel darba li Malta rebħet logħba internazzjonali away f 'għaxar snin. Din ir-rebħa tkompli żżid fl-istorja hekk kif Malta ġabret l-ewwel tliet punti mal-kowċ il-ġdid, it-Taljan Emilio De Leo. Il-midfielder Jake Grech li jilgħab ukoll mat-tim tal-Furjana skurja fil- 81 minuta. Din kienet l-ewwel rebħa tat-tim Malti tal-qualifiers fl-istadju tal-gruppi għall-World Cup. Malta diġà lagħbet kontra l-Finlandja u dakinhar il-Maltin tilfu wieħed b'xejn. Kien hemm nies fuq il-pjattaformi soċjali li waqt li faħħru l-ispettaklu li għamlu t-tim Malti, ikkritikaw lit-tim Finlandiż fejn kien hemm min waħħal fil-kowċ Finlandiż il-ġdid, kif ukoll il-fatt li kien hemm numru ta' korrimenti fit-tim Finlandiż. B'din ir-rebħa, it-tim Malti tela' fir-raba' post fil-Grupp G għall-qualifiers b'ħames punti, eżatt taħt it-tim Finlandiż li għandu għaxar punti. Barra minn hekk, wieħed irrid jikkunsidra wkoll li t-tim Finlandiż huwa kklassifikat bħala 72 l-aħjar fid-dinja fost it-timijiet nazzjonali fejn it- tim Malti huwa kklassifikat fil-166 post, l-ogħla klassifika li kiseb f 'ħames snin. Waqt dan l-istadju, Malta lagħbet kontra l-Olanda darbtejn; l-ewwel darba tilfu tmienja b'xejn u erbgħa b'xejn it-tieni darba. Malta lagħbet darbtejn kontra l-Litwanja u ġiet f 'parità d-darbtejn li huma. Barra minn hekk, Malta lagħbet kontra l-Polonja wkoll fejn tilfet tnejn b'xejn. Il-logħba li jmiss għal Malta f 'dan l-istadju hija nhar it-Tnejn 17 ta' Novembru fid-20:45 kontra l-Polonja fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. It-tim nazzjonali Malti u l-istaff jiċċelebraw ir-rebħa kontra l-Finlandja
