Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541555
02 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' NOVEMBRU 2025 • illum Xejra ta' tnaqqis fil-liċenzji tas-sewqan fl-aħħar snin L-għotjiet ta' wara l-baġit: kemm imissek int? Il-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan naqas b'mod konsistenti mill-2021 'l hawn, bi tnaqqis qawwi fil-kategorija B u mudell simili fil-kategoriji kollha JAELLE BORG Il-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan f 'Malta naqas b'mod ċar fl- aħħar erba' snin, skont data ppreżentata lill-Parlament mill-Ministru għat-Trasport Chris Bonett b'risposta għal mistoqsija parlamentari tad- Deputata Bernice Bonello. Iċ-ċifri juru li l-kandidati li rnexxielhom jiksbu liċenzja naqsu sena wara sena, kemm fost iċ-ċittadini Maltin, kif ukoll fost applikanti barranin. Il-kategorija B, li hija l-aktar kategorija komuni, li hija dik tal-karozza komuni, rat l-aktar tnaqqis. Fl-2021 ingħataw 7,634 liċenzja, filwaqt li fl-2024 in- numru niżel għal 6,527. Sa Ottubru tal-2025, in- numru kompla nieżel għal 5,086, li jfisser tnaqqis ta' aktar minn elf liċenzja meta mqabbel mal-istess perjodu erba' snin ilu. L-istess mudell jidher fost iċ- ċittadini Maltin, li minn 4,975 liċenzja fl-2021 niżlu għal 2,892 fl-2024 u għal 2,539 fl-2025. Il-kategorija A, li tinkludi muturi, uriet xejra kemxejn aktar instabbli. Wara tnaqqis minn 884 fl-2021 għal 682 fl- 2023, is-sena 2024 rat żieda għal 993 liċenzja, iżda s-sitwazzjoni reġgħet daret fl-2025 meta n-numru niżel għal 775. Fost Maltin ukoll kompla jidher dan it-tnaqqis, minn 548 liċenzja fl-2021 għal 459 fl-2025. Il-kategorija C, li tkopri vetturi tqal, naqset minn 746 liċenzja fl-2021 għal 683 fl-2023, qabel reġgħet żdiedet għal 821 fl-2024. Sa Ottubru 2025, il-ħruġ niżel għal 636. Anke hawnhekk, iċ-ċittadini Maltin juru tnaqqis fit-tul: minn 498 fl-2021 għal 326 fl-2025. Il-kategorija D, li tinkludi xarabank u vetturi tal- passiġġieri, rat numri żgħar iżda indikattivi. Wara żieda mhux tas-soltu fl-2024 meta ngħataw 614-il liċenzja, is-snin l-oħra kollha juru tnaqqis. Fl-2021 kienu 325, fl-2023 kienu 429, u fl-2025 naqqsu għal 355. Fost il-Maltin, it-tnaqqis huwa saħansitra aktar evidenti: minn 108 liċenzji fl-2021 għal 49 fl-2025. Anke jekk il-Ministru Bonett ma ta l-ebda spjegazzjoni ta' għaliex jista' jkun li l-liċenzji qegħdin jonqsu b'dan il-mod, ix-xejra tista' tiġi influwenzata minn diversi fatturi. Dawn jistgħu jinkludu l-ispejjeż dejjem jiżdiedu tal- lezzjonijiet u l-eżamijiet, il- ħinijiet twal ta' stennija għall- eżamijiet prattiċi u d-drawwiet dejjem jinbidlu tat-trasport fost iż-żgħażagħ. Id-data tippreżenta stampa ċara ta' tnaqqis mifrux: il- liċenzji tal-kategorija B, li hija kruċjali għall-użu ta' kuljum, qegħdin jonqsu b'mod konsistenti, filwaqt li l-kategoriji l-oħra jimxu fuq l-istess linja. Sa Ottubru tal-2025, prattikament il-kategoriji kollha laħqu livelli aktar baxxi minn dawk ta' sentejn jew tliet snin ilu. L-informazzjoni li ngħatat fil-Parlament tirrifletti mhux biss sitwazzjoni attwali, iżda wkoll domanda usa' dwar l-aċċessibbiltà u l-futur tal- proċess tal-akkwist tal-liċenzja tas-sewqan f 'Malta. Jidher li l-isfida issa hija jekk il-proċess hux se jsir aktar effiċjenti jew jekk it-tnaqqis fil-liċenzji hux se jibqa' xejra persistenti fis-snin li ġejjin. l-kandidati li rnexxielhom jiksbu liċenzja naqsu sena wara sena, kemm fost iċ- ċittadini Maltin, kif ukoll fost applikanti barranin Ftit jiem wara li spiċċa l-baġit, 280,000 ħaddiem irċevew ċekk ta' bejn €60 u €140 li ħafna interpretawh bħala ċ-ċekk tar- rifużjoni tat-taxxa jew għotja ta' qabel l-elezzjoni. Kelliem għall-Ministeru għall-Finanzi spjega lill-gazzetta ILLUM kif taħdem din l-għotja taċ-ċekkijiet. Fejn ħafna emmnu li dan kien iċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa, imma dawn iċ- ċekkijiet kienu parti minn inċentiv fiskali li jippremja lill-ħaddiema li jħallsu taxxa, inċentiv li tagħmel parti mill-istrateġija tal- Gvern 'Making Work Pay', li tnediet fl-2014. Fost l-iskemi tal-Making Work Pay Strategy hemm inċentivi oħra bħall-In- Work Benefit u Tapering of Benefits sabiex jiġu inċentivati iżjed nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol u titnaqqas id-dipendenza fuq il-benefiċċji. Sabiex wieħed ikun jibbenefika minn din l-għotja ried ikun impjegat fuq bażi full- time, part-time jew anke student li ħadem fl-2023 li ma għamlux dħul ta' €60,000 jew iżjed fis-sena. L-ammonti jvarjaw bejn €60 u l-€140, skont id-dħul u l-istat ċivili. Mhux miżżewweġ Il-komputazzjoni għal min mhuwiex miżżewweġ bla tfal, tinħadem fi tliet faxex. Min daħħal inqas minn €15,000 ibbenefika minn ċekk ta' €125. Min daħħal bejn €15,001 u €30,000 ibbenefika minn ċekk ta' €95. Min daħħal bejn €30,001 u €59,999 ibbenefika minn ċekk ta' €60. Miżżewġin Il-komputazzjoni għal min hu miżżewweġ, tinħadem fi tliet faxex. Min daħħal inqas minn €20,000 ibbenefika minn ċekk ta' €140. Min daħħal bejn €20,001 u €40,000 ibbenefika minn ċekk ta' €110. Min daħħal bejn €40,001 u €59,999 ibbenefika minn ċekk ta' €65. Ġenituri Il-komputazzjoni għal min hu ġenitur tinħadem fi tliet faxex. Min daħħal inqas minn €15,000 ibbenefika minn ċekk ta' €135. Min daħħal bejn €15,001 u €30,000 ibbenefika minn ċekk ta' €105. Min daħħal bejn €30,001 u €59,999 ibbenefika minn ċekk ta' €60. Ammont Ammont Ammont

