MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541555

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' NOVEMBRU 2025 • illum aħbarijiet L-inawgurazzjoni tal-pittura f'ġieħ il-Prof. Oliver Friggieri Nhar il-Ġimgħa 21 ta' Novembru, 2025, fil-Melitensia tal-Università ta' Malta, ġiet imnedija l-pittura tal-artist Darren Tanti f 'ġieħ l-anniversarju tal-ħames snin minn mewt il-Prof. Oliver Friggieri. Waqt is-serata organizzata mill-Għaqda tal-Malti – Università, L-Akkademja tal-Malti u d-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta, kien hemm bosta kelliema, fosthom il-pittur innifsu, is-Sa Beverly Agius, is-Sur Kevin J. Ellul, u bint il- mibki Prof. Friggieri, Sara Brincat Friggieri. Fid-diskorsi tagħhom huma fakkru l-umiltà tal-Prof. Friggieri u l-kontribut siewi li ta, kemm lil-letteratura Maltija, kif ukoll lill-Università ta' Malta, filwaqt li fakkru l-memorja tiegħu. Akkumpanjati mill- vjolinista Doriana Vella, inqraw ukoll xi poeżiji li huma xhieda ċara tal-universitalità u l-immortalità ta' xogħlijietu. Din il-pittura, fi kliem Tanti, taqbad l-ispirtu u l-awtentiċità tal-ħarsa tal-Professur Oliver Friggieri, li ħafna jibqgħu jiftakruh għall- umanità tiegħu. ILENIA DEBONO Il-President tal-Birdlife Mark Sultana qal li d-deroga għall- insib għall-għasafar tal-kaċċa hija kollha messanxena hekk kif id- data tal-BirdLife stess turi li dawn l-għasafar mhux qed jinħelsu. F'notifika formali li ntbagħtet lil Malta lbieraħ, il-Kummissjoni qalet li d-deroga li għall-insib tal-għasafar tal-għana bl-għan ta' riċerka xjentifika li ġiet addottata fis-17 ta' Ottubru ta' din is-sena "ma tissodisfax għan ġenwin għar-riċerka." Fl-istess notifika, il-Kummissjoni qalet li din id- deroga hija kważi l-istess għal deroga oħra li ġiet annullata mill- Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. L-istess qorti li għal darba darbtejn iddeċidiet li d-derogi annwali ta' Malta għall-insib jiksru l-liġi tal- UE fl-2018 u fl-2024. Sultana tkellem fuq l-istorja tad- derogi għall-insib f 'Malta hekk kif meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea uffiċjalment hija ffirmat ehim li l-insib għall-għasafar tal-għana għandu jibda jieqaf bil- mod fuq perjodu ta' ħames snin u wara minflok jidħol programm ta' captive breeding. Madankollu, snin wara, Malta kien hemm l-idea li jerġa' jinfetaħ l-insib kontra dan li iehem u kontra d-Direttiva Ewropea tal- Għasafar. Kien hawnhekk li nfetħu infringement processes kontra Malta fejn Malta nstabet ħatja li qed tuża din id-deroga żbaljata u l-insib kellu jieqaf. "Minflok il-gvern aċċetta s-sentenza, ipprova juża deroġa bi skop xjentifiku imma skont id-data tagħna turi biċ-ċar li din kollha messanxena, u l-UE fetħet infringement process ieħor," spjega Sultana. Il-President tal-għaqda qal li l-partiti politiċi matul l-istorja u anke issa "taw il-karrotta" lin- nassaba li jaħsbu li jistgħu jkomplu jonsbu minflok għarfuhom li ċ-ċans li l-insib f 'Malta jkompli huwa remot. Hu ta parir lill-gvern li jevita aktar spejjeż u jagħlaq l-istaġun tal-insib. "Aħna ħa naħdmu kemm mal-gvern u anke mal-UE biex nassiguraw li Malta tkun responsabbli għal għemilha, b'mod ettiku u b'mod legali lejn id- Direttiva [Ewropea] tal-Għasafar li huma wkoll miktubin fil-liġijiet nazzjonali," stqarr Sultana. L-għaqda ambjentali BirdLife Malta qalet li hi laqgħet id- deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li se tara proċedura ġdida ta' ksur kontra Malta fuq id-deroga għall-insib tal-għasafar tal-għana. "Għaldaqstant ikun għaqli li jitwaqqfu dawn l-istaġuni ta' paraventu għall-insib, b'rispett lejn il-komunità xjentifika ta' Malta, li jistħoqqilha reputazzjoni ferm aħjar, u biex ma jibqgħux iżebilħu isem Malta quddiem il- Kummissjoni Ewropea," qalet l-għaqda fi stqarrija nhar is-Sibt filgħodu. Il-BirdLife enfasizzat fuq il- pożizzjoni tal-Kummissjoni li issa kkonfermat li l-insib għall- għasafar tal-għana mhuwiex riċerka kredibbli, hekk kif il- Kummissjoni qalet li d-deroga tfalli f 'diversi punti. Huma qalu wkoll li d-deroga stess ma turix soluzzjonijiet sodisfaċenti u anqas tinkludi miżuri ta' infurzar adegwati, xi ħaġa li l-BirdLife ilha tagħfas fuqha. "Issa li Malta ngħatat xahrejn biex twieġeb lill-Kummissjoni Ewropea, BirdLife Malta tħeġġeġ lill-Gvern biex jissospendi minnufih id-deroga u jirrispetta kemm l-ittra kif ukoll id-Direttiva Ewropea tal-Għasafar," appellat l-għaqda ddedikata għall- protezzjoni tal-għasafar u l-abitati tagħhom. Mark Sultana jgħid li l-insib jintuża bħala karrotta għan-nassaba 'Din kollha fażulla': Il-President tal-BirdLife fuq id-deroga għal skopijiet 'xjentifiċi' Mark Sultana qal li d-data tal-BirdLife turi li l-għasafar mhux qed jinħelsu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 November 2025