MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541555

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 23 TA' NOVEMBRU 2025 07 "Li l-konċessjoni ma ħadmitx kulħadd jaqbel. Meta saret fl-2013, f 'ċirkostanzi fejn aħna konna f 'diffikultà bħala pajjiż, saret bl-aħjar intenzjonijiet." sraqtu s-saħħa" - Delia build and operate the hospitals according to the level of service and requirements agreed under the agreements." Jiġifieri serqulna s-saħħa. "Steward merely administered the sites while keeping the conditions they inherited." Bqajna fejn konna. "Made minor cosmetic improvements while multiple services deteriorated." Dan xhud li dak li kellhom jagħmlu m'għamluhx. L-isptar ġenerali t'Għawdex, il-Ministru ħa jgħidilna li sar? L-isptar San Luqa qed jgħidilna li sar? Abbandunat. Karin Grech ikkundanat u tgħidu li ma sraqtux is-saħħa? Mistoqsija waħda biss, it-€888 miljun li l-gvern qed jgħidilhom ġibna offerta tajba, jista' jispjegalna minbarra l-pagi fiex intefqu dawn il-flus? Il-gvern ma jħossx li lil hinn minn dan kollu din kienet offerta ħażina? OB: Li l-konċessjoni ma ħadmitx kulħadd jaqbel. Meta saret fl-2013, f 'ċirkostanzi fejn aħna konna f 'diffikultà bħala pajjiż, saret bl-aħjar intenzjonijiet. Li l-konċessjoni ma wasslitx għar-riżultati mixtieqa naqblu, bħalma kien hemm oħrajn li ma waslux għar- riżultati mixtieqa. Però dik hi differenti milli tgħid kif diġà qal hawn u daħħal lili fl-istorja. Qalli inti u ppunta subgħajh. Dan għamel erba' snin ibellagħha lin- nies li xi ħadd seraq €400 miljun u ħarab bihom, u prova jerġa' jsir mexxej tal-partit tiegħu abbażi ta' dik il-gidba. Qal anke l-awditur ġenerali qal hekk, fi tliet rapporti u beda jispjega kif. Dan l-argument għamlu fuq it-Times of Malta, fejn huma għamlu fact checker u qalu "Although NAO argued that the concession's value for money was fundamentally undermined among a litany of other issues, it did not argue that for €400 million were stolen." Anke t-Times of Malta ħarġu fact checker, ma ħamluhx jigdeb lil Adrian Delia. Fil-każ tat-tribunal hemm tabella li s-sentenza tal- arbitraġġ fejn tispjega dawk il- flus li ħallas il-gvern x'inhuma u li dawn ittieħdu f 'servizzi mediċi. Adrian Delia għax dahru mal-ħajt għadu jorbot li l-konċessjoni inħallet għax ma sarx ix-xogħol infrastrutturali fl-isptarijiet. Is-sentenza tal- arbitraġġ tgħid li mhux veru. Din hija xi ħaġa skorretta. Jien lil Adrian ngħidlu jekk inti daqshekk konvint li xi ħadd seraq €400 miljun, għala wara li rbaħt il-kawża fl-appell m'għamiltx talba biex l-€400 miljun niħduhom lura? Kieku inti ma mortx il-Qorti u bdejt dan il-proċess, taħseb li konna naslu s'hawn? AD: Naħseb li l-gvern kien jibqa' jħallas wara sena wara sena għall-proġetti li ma kinux qed isiru. Steward fallew, jiġifieri barra minn Malta qed jaffaċċjaw żbankament ta' €9 biljuni. Ħa nibdew mill-bidu. Dan il- gvern għażel — u l-Ministru sal-lum għadu jiddefendiha — kumpanija jisimha Vitals li kienet ilha xahar li bdew b'€1,000 kapital u l-ebda l-esperjenza. Il- Qorti Maltija qalet li mhux sew. Il-Qorti tal-Appell qalet illi dan mhux vera li qal Owen Bonnici li kien hemm intenzjoni tajba. Li kien hemm intenzjoni qarrieqa qalet il-Qorti tal- Appell għax mill-bidu dawn kien hemm premeditazzjoni li mhux ħa jagħmlu l-proġetti u li kienu biss se jiffrodaw lill-poplu. Il- Ministru hawnhekk quddiemek qalilna li jmorru paġna 181 u araw fiex infaqna l-flus, €888 miljun. "Regarding the benefits received by the concessioner, the parties were mostly able to agree on them. Regarding the benefits received by the respondent, out of seven items only three were agreed while the other four needed the tribunal." Hemm tliet numri għal €888 miljun għandek dawn it-tliet listi €475 miljun, €33 u €30 miljun. Hemm miktub €888 miljun u fuq it-tieni paġna hemm din it-tabella ta' kif suppost intefqu t-€888 miljun. Issa jekk tridu temmnu l-Ministru morru l-isptar San Luqa u dak t'Għawdex u Karin Grech. Jien għalija mhux vera nefqu dak l-ammont, uruna l-irċevuti. Intom tridu twieġbu lill-poplu mhux moħbija fl- arbitraġġ. Għala m'għamiltx sottomissjoni jien ukoll? Tgħid mhux ħa nkun pupu tagħkom! Ma nistax nitkellem fil-qrati Maltin immorru. Tridx immorru quddiem l-awditur ġenerali? Trid immorru? Tgħallimna minn din il-ħaġa? OB: Din kienet konċessjoni li ma waslitx għar-riżultati li xtaqna. M'hemmx argument. Ħa nibdew minn hawn ara. Adrian qal li jdejqu l-gideb. Adrian, jien naf li inti dahrek mal-ħajt. Inti qiegħed f 'pożizzjoni li għamilt ħames snin tigdeb lin-nies u għedtilhom li xi ħadd qabad €400 miljun u ħarab bihom. Illum qed jgħid "isma' fejn infaqniehom il-flus?" Hawn l-arbitraġġ internazzjonali li qed jgħid li għall-flus li ħallasna, aħna ħadna xogħol b'lura f 'servizzi mediċi u fil-fatt is-sentenza tinkludi wkoll lista ta' kif marru dawn is-servizzi mediċi. Issa Adrian Delia ma togħġbux dik il-parti tas-sentenza. F'daqqa waħda s-sentenza tal-arbitraġġ ma togħġbux aktar. Din hija parti mill-istrateġija governattiva li jagħmel il-kawża tiegħu. Meta tmur f 'livell internazzjonali, inti trid tiddefendi l-interess nazzjonali li għamilnieha u ħaddieħor ħareġ b'bużżieqa mifqugħa f 'wiċċu. X'riflessjoni se jkollu dan fuq il-proċeduri kriminali? AD: Mhux ħa nitkellem fuq proċeduri kriminali għax ma nistax imma ħa nwieġeb lill- Ministru. Meta qal x'talab il- gvern, jien nistaqsih qiegħed. L-artiklu 387 jgħid "it considers that it is entitled to a refund" jiġifieri ħallast u ma ħadtx tiegħu "from the claimants of €487 million." Mingħajr tgħajjir, fil-paġna li semma hu 182, fejn hemm il-parti maġġuri tal- infiq, hemm oġġett ta' €604 miljun li jgħid "value of services provided". Jista' jekk jogħġbu l-Ministru jispjega dan, meta jrid, jgħidilna s-€604 miljuni fiex jikkonsistu? X'riflessjoni se jkollu dan fuq il-proċeduri kriminali? OB: L-ewwel waħda, l-arbitraġġ internazzjonali huwa tal-aqwa livell. Inti taf li naħtru periti, esperti, u nies li ħadmu fuq din is-sentenza. Jiena għandi fiduċja fl-arbitraġġ internazzjonali bħall-poplu kollu ħlief Dr Adrian Delia. Dwar proċeduri pendenti ma nistax nikkummenta. Li nista' nikkummenta fuqu huwa li tant kemm Adrian Delia kien jaf li tal-€400 miljun hija gidba, illi meta kellu l-ikbar opportunità li jagħmel kawża hu fuq dawn l-€400 miljun, hu m'għamilhiex. Minflok għamel kawża lill- avukat tal-istat sabiex ifittex pataflun nies u l-qorti ma tatux raġun. Inti għamilt kawża kontra l-avukat tal-istat biex tfittex personali lil Robert Abela u nies oħrajn.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 November 2025