MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541555

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 16 TA' NOVEMBRU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M eta l-ġimgħa l-oħra ktibna f 'dan l-editorjal dwar il-każ tan-National Bank, akkump- anjat minn cartoon satiri- ku bil-Perit Mintoff qisu karattru fuq l-oqbra fosthom tan-National Bank, kien hemm reazzjoni minn ċerti kwartieri. Dan l-episodju tan-National Bank seħħ 52 sena ilu. Ilu aktar minn nofs ta' seklu. U minkejja li l-fatti jitkellmu waħedhom — li n-National Bank ittieħed minn Mintoff b'mod illegali u abbużiv, il-mezzi tax-xandir ta' One News din il-ġimgħa attakkaw dan il-cartoon bħallikieku waqgħet id-dinja. Attakk xprunat mill-editur ta' dan l-istazzjon politiku li jiddiletta f 'attakki personali. Din hija gazzetta xellugija u indipendenti, u mhux se nieħdu lezzjonijiet minn l-ebda stazzjon politiku, la l-One u lanqas in-Net. Li forsi nesa l-editur tal-One Josef Caruana, l-attakki insensati fuq il-Perit Mintoff meta fl-1998 affronta l-Prim Ministru Laburista ta' dak iż-żmien Alfred Sant. Nesa kemm tnejku bih u kemm litteralment irredikolawh. Imma dakinhar ma kienx jimporta, għax hekk kien jaqbel. L-ikbar problema li għandu dan il- pajjiż fost oħrajn hi li m'għandniex storja miktuba ta' Malta moderna. Kulħadd jgħid l-istorja tiegħu. Ħadd ma jista' jsib referenza tajba biex nimu l-fatti vera. Mela le, dażgur li Mintoff għamel affarijiet tajbin … imma għamel affarijiet ħżiena u ħżiena ħafna; it-tolleranza tiegħu għall-vjolenza, il-korruzzjoni, il-politika internazzjonali medjokri, u l-mod kif xerred politika ta' aħna u intom. Ma jfissirx għax ngħiduh dan qed naġevolaw lin-Nazzjonalisti. Qed ngħidu l-affarijiet kif inhuma. Dan huwa mument partikolari għall- Partit Laburista. Minn fejn qegħdin aħna naraw partit ta' aħna u huma, partit taħt assedju, u fi stat ta' paniku. Aktar u aktar il-mezzi tiegħu, l-istazzjon One li wara li jkun hemm deċiżjoni li jżommu lill-Eks Mexxej Joseph Muscat (li għaddej proċeduri kriminali) fis-Siberija … jagħżlu li jistidnuh fuq l-istazzjon imbagħad wara li jgħid li għandu jgħid jiddejqu meta jistqarr ċerti affarijiet li ma jdoqqux għal widnejhom. Jista' jkun tard wisq, jista' ma jkunx tard wisq, imma li hu ċert hu dan. Il-PL jekk irid jirbaħ l-elezzjoni jrid jibda jdoqq diska differenti, diska li tkun qed taħseb fil-klassi tan-nofs, il-middle ground mhux l-hekk imsejjaħ hard core. Imma meta nħarsu lejn ċerti nies bħal Jason Micallef u Josef Caruana (editur tal-One), persuni li jaħsbu li Malta kollox iswed u abjad, aħmar u blu, tajjeb jew ħażin, Laburist jew Nazzjonalist, u jew magħna jew kontra tagħna, tibda tiem li l-problema hija waħda ta' politika antikwata u għamja. Ir-reazzjoni għal fatt storiku ta' 52 sena ilu

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 November 2025