MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541555

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

e Dead End Kids kienu grupp ta' atturi żgħażagħ li dehru fir- reċta tal-1935 ta' Sidney Kingsley fuq il-palk ta' Broadway dwar il- ħajja iebsa fis-subborg fqir Dead End ta' New York. L-atturi kienu Gabriel Dell, Huntz Hall, Bobby Jordan, Leo Gorcey, Billy Halop u Bernard Punsly. Il-produttur tal-films Sam Goldwyn għamel kuntratt lil dawn biex jidhru u jirrepetu l-parti tagħhom fil-film tal-1937. Minn hemm 'il quddiem huma komplew jaħdmu sitt films oħra tal-gangsters għal Warner Bros. u xi wħud minnhom dehru wkoll f 'serje għal Universal Pictures. e Dead End Kids u Little Tough Guys. Wara, dan il-grupp informa ruħu f 'direzzjonijiet diversi bħala East Side Kids u e Bowery Boys, jaħdmu ġo films ta' livell baxx li aktar kienu inklinati lejn il- kummiedja milli lejn il-kriminalità. Il-films ta' e Dead End Kids huma: 1937 – Dead End; 1938 – Angels With Dirty Faces; Crime School; 1939 – ey Made Me A Criminal; Hell's Kitchen; e Angels Wash eir Faces; On Dress Parade. Il-kittieb Sidney Kingsley qatt ma ried jigglorifika lill-gangsters, imma dawn iż-żgħażagħ għamlu impatt tremend fuq l-udjenzi tant li malajr saru stilel. Fis-sitt films li ħadmu mal-Warner Bros. dehru magħhom atturi rinomati bħal James Cagney, Humphrey Bogart u John Garfield. F'ħafna minn dawn il-produzzjonijiet, id-Dead End Kids taw l-impressjoni bħala delinkwenti minorenni, imma wkoll bħala vittmi tas-soċjetà li kienu jgħixu fiha, għalkemm kultant din it-teorija kienet tidher bla skop jew mhux f 'postha. Xi wħud minn dan il-gang sabu xogħol għand il-Universal Pictures b'film żgħir jismu Little Tough Guy, film li nieda serje ta' films, Dead End Kids u Little Tough Guys, produzzjonijiet li kienu jinkludu ż-żgħażagħ ta' qabel u oħrajn ġodda. Dawn ix-xogħlijiet kienu joffru varjetà ta' divertiment, azzjoni, melodrama u kummiedja. Fl-1940, il-Produttur Sam Katzman ta bidu għal sensiela b'baġits medjokri dwar e East Side Kids għall-kumpanija Monogram Pictures. Fil-films tal- bidu kienu jaħdmu Leo Gorcey u Bobby Jordan. Wara ngħaqdu magħhom sħabhom id-Dead Enders, Huntz Hall u Gabriel Dell. It-temi prinċipali ta' dawn kienu d-drammatiċità, kif ukoll il-kummiedja u kellhom titli bħal Boys Of e City, Pride Of e Bowery, Let's Get Tough u Mr. Wise Guy. Il-lagħaba, il-boxers u n-Nażi wkoll spiċċaw flimkien ma' Bela Lugosi li ħadem magħhom fi Spooks Run Wild u Ghosts On e Loose. L-atturi prinċipali bdew juru progress f 'dawn ix-xogħlijiet li ma tantx kienu jiswew flus, fejn żviluppaw ħbiberija kbira ma' xulxin li għamluhom verament popolari. Il-films e Dead End Kids u Little Tough Guys kienu jinkludu: 1938 – Little Tough Guy; 1939 – Call A Messenger; 1940 – You're Not So Tough; Give Us Wings; 1941 – Hit e Road; Mob Town; 1942 – Tough As ey Come; 1943 – Mug Town; Keep 'Em Slugging. Dawn kienu proġetti tal-kumpanija Universal Pictures. Mal-produttur Sam Katzman għall-kumpanija Monogram Pictures fis-serje East Side Kids, dehru f 'dawn il-produzzjonijiet: 1940 – East Side Kids; Boys Of e City; at Gang Of Mine; 1941 – Pride Of e Bowery; Flying Wild; Bowery Blitzkrieg; Spooks Run Wild; 1942 – Mr. Wise Guy; Let's Get Tough!; Smart Alecks; 'Neath Brooklyn Bridge; 1943 – Kid Dynamite; Clancy Street Boys; Ghosts On e Loose; Mr. Muggs Steps Out; 1944 – Million Dollar Kid; Follow e Leader; Block Busters; Bowery Champs; 1945 – Docks Of New York; Mr. Muggs Rides Again; Come Out Fighting. Fl-1946 Leo Gorcey inkariga ruħu biex jagħti spinta ġdida lil din is-serje, assuma l-parti ewlenija ta' Slip Maloney, b'Huntz Hall is- sieħeb tiegħu Sach Jones u semma lil din is-serje ġdida e Bowery Boys. Għal ħafna snin dawn ix- xogħlijiet taħt l-idejn esperti tad- direttur veteran tal-"B movies", William Beaudine kienu jittrattaw biss temi drammatiċi bħal Hard Boiled Maloney, In Fast Company u Jinx Money. Wara, ġie deċiż li t-tema ddur fuq umoriżmu farsesk taż-żgħażagħ. Titli ta' dawn kienu jinkludu Hold at Baby!, Ghost Chasers, Jalopy, Loose In London, Private Eyes, Paris Playboys u e Bowery Boys Meet e Monsters. L-udjenzi għoġbuhom dawn ir- riżultati u e Bowery Boys għamlet suċċess fil-flus anki fis-snin ħamsin, b'kittieba veterani ta' kummiedji bla brejkijiet u diretturi li kienu jafu kif lil dawn id-delinkwenti jsibulhom irwoli li jixirqilhom. Missier Leo Gorcey, Bernard ħadem il-parti ta' Louie Dumbrook, propjetarju ta' ħanut tal-ġelati fejn dawn id- delinkwenti kienu spiss jiltaqgħu u meta miet fl-1956, Leo Gorcey telaq lil din is-serje. 14 films IL-ĦADD 23 TA' NOVEMBRU 2025 • illum Carmel Bonnici Karattri f'serje ta' films — The Dead End Kids u The Bowery Boys L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Huntz Hall The Dead End Kids

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 November 2025