MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541682

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 30 TA' NOVEMBRU 2025 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-bżonn li nifhmu x'inhi l-proble- ma tal-popolazzjoni hija impor- tanti. Importanti għax bla dubju ta' xejn id-diskors politiku ta' nies bħal Adrian Delia huma ripetuti, kif ukoll perikolużi. Delia, li kien il-kap tal- Partit Nazzjonalista, irid li nnaqqsu l-popolazzjoni imma ma jafx kif. Ma jgħidx li b'differenza minn pajjiżi oħra Malta m'għandhiex ir-rifuġjati politiċi jew ekonomiċi iżda l-preżenza ta' nies li jiġu u jaslu Malta b'mod leġittimu u jiġu hawn għal ftit snin jew xhur biex jaħdmu. Kieku tgħaddi ta' Delia, kieku Malta tikkrolla — it-trasport pubbliku, il-posta, l-isptarijiet, il-lukandi, il- manifattura, ir-ristoranti, u anke l-uffiċini tal-awditjar. Tant kibret l-ekonomija kullimkien, u tant sirna komdi, li l-barranin ta' Delia qed isostnu l-ħajja tagħna. Delia m'għandux pjan. Għandu biss l-interess li jrebbaħ l-appoġġ ta' Maltin li jaħsbu li l-preżenza ta' barranin f 'Malta hija problema kbira. Kienet tkun problema kieku verament hija problema. Anzi permezz tagħhom, bosta Maltin jagħmlu flejjes kbar fil-kirjiet, isostnu negozji u jagħmlu profitti kbar, u l-istat jieħu l-kontributi soċjali tagħhom u t-taxxi tagħhom. U wisq aktar, il-Maltin jafu li l-ħajja tagħhom saret aktar faċli. Kieku Delia qal li jridu jnaqqsu t-tkabbir, kieku kien ikollu raġun. Imma kif qed jitkellem, l-għan aħħari tiegħu huwa sempliċi. Irid jiġbor l-appoġġ elettorali biex juri kemm hu popolari u effikaċi bħala politiku. Dan kollu jista' jagħmlu, imma ma jfissirx li qiegħed fit-triq it-tajba. Għax Delia m'għandux pjan kif u meta se jimla l-vojt tal-barranin li qed isostnu lil Malta u lill-Maltin. Ma rridux ninsew ukoll li dan l-argument politiku kien diġà ġie eżawrit meta Delia kien qed imexxi l-Partit Nazzjonalista kontra Joseph Muscat fl-elezzjoni ġenerali ta' xi snin ilu. Delia u l-Partit Nazzjonalista jridu jkun ċari fid-diskors tagħhom, u wisq aktar ċari fil-proposta jew fis-soluzzjoni alternattiva għaż-żieda fil-popolazzjoni. Il-problema tal-popolazzjoni skont Delia

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 November 2025