MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541682

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 30 TA' NOVEMBRU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Dokumentarju fuq il-mużika stil house Ċelebrazzjoni ta' kollaborazzjoni bejn Inizjamed u r-Reġjun Port fi ħdan il-Festival Integrarti Id-dokumentarju jsegwi t-twelid u l-evoluzzjoni tal-mużika tal-istil house Fit-29 ta' Novembru 2025, Electronic Music Malta (EMM) nediet id- dokumentarju Move Ya Body: e Birth of House, mid- direttur rebbieħ ta' diversi premjijiet, Elegance Bratton. Id-dokumentarju jsegwi t-twelid u l-evoluzzjoni tal-mużika tal-istil house — mill-konsegwenzi ta' Disco Demolition Night sal- moviment radikali u liberatorju li ħareġ fix-xena underground f 'Chicago. Jidhru fost l-oħrajn Vince Lawrence, Frankie Knuckles u pijunieri oħra li bi spirtu DIY ħolqu moviment mużikali influwenti mad-dinja kollha. Wara l-wiri tad- dokumentarju, saret diskussjoni dwar l-għeruq, il-kultura u l-wirt ta' dan l-istil ta' mużika house. Il-lejl intemm b'DJ set minn wieħed mill-pijunieri tal-mużika dance f 'Malta, DJ David Dee, li se jwassal vjaġġ mużikali fost il-ħsejjes li ffurmaw ġenerazzjonijiet sħaħ. Dan l-avveniment jagħmel parti minn Circuits, il-festival annwali organizzat minn Electronic Music Malta. Huwa appoġġjat minn Black Box Pro u l-German-Maltese Circle, filwaqt li EMM hija appoġġjata mill-Kunsill Malti għall-Arti. Il-Festival Integrarti, flimkien ma' Inizjamed u l-Kunsill Reġjonali tal-Port, iċċelebraw il-kollaborazzjoni artistika u letterarja tagħhom permezz ta' tnedija, qari u pubblikazzjoni. Din il-kollaborazzjoni ħaddnet id-diversità lingwistika u kulturali fil-komunitajiet tagħna filwaqt li tat spazju lil nies ta' kull età jesprimu ruħhom permezz tar-rakkonti. Il-fergħa letterarja tal-Festival Integrarti involviet sensiela ta' laboratorji ta' kitba u rakkonti matul ix-xahar ta' Ottubru fl-iskola primarja ta' Ħaż- Żabbar A, kif ukoll fid-dar tal- anzjani San Ġużepp, il-Fgura. Permezz ta' dawn l-attivitajiet, it-tfal u l-anzjani nisġu rakkonti kollettivi li jirriflettu l-esperjenzi, il-lingwi u l-kulturi differenti li jgħixu f 'dawn iż- żewġ komunitajiet. Il-pubblikazzjoni finali tieħu s-sura ta' poster kbir li jista' jiltewa f 'logħba – mezz kreattiv u interattiv li jagħti ħajja lir- rakkonti b'mod differenti mis-soltu. Is-siltiet se jkunu jistgħu jinqraw ukoll b'lingwi differenti permezz ta' ħolqa apposta, li se tagħti dimensjoni ġdida lil dan il-proġett ta' inklużjoni u interazzjoni bejn il- komunitajiet. Il-pubblikazzjoni ġiet iddisinjata minn Naomi Gatt. Matul il-laboratorji, it-tfal ħaddmu l-immaġinazzjoni tagħhom u kitbu stejjer dwar karattri ħelwin u mqarbin, filwaqt li l-anzjani marru lura fiż-żmien u rrakkuntaw memorji prezzjużi li jmorru lura sa żmien il-Gwerra. Il- laboratorji tal-kitba għat-tfal tmexxew minn Kit Azzopardi u Justine Somerville, filwaqt li l-laboratorji tal-kitba tal- anzjani tmexxew minn Claudia Gauci u Priscilla Cassar. Il- fergħa letterarja tal-proġett ġiet ikkordinata minn Leanne Ellul f 'isem Inizjamed, bħala parti mill-Festival Integrarti, li d-Diretturi Artistiċi tiegħu huma Joseph Galea u Francesca Zammit. Veronika Mercieca ħadet ħsieb il-proġett f 'isem il- Kunsill Reġjonali tal-Port. Joseph Galea, wieħed mid- Diretturi Artistiċi tal-inizjattiva qal li "Il-festival Integrarti kien strumentali sabiex din is- sena artisti minn komunitajiet differenti kkollaboraw u qasmu t-talenti tagħhom f 'inizjattivi differenti fil-lokalitaijiet tar- Reġjun Port. Dan ir-Reġjun għaraf li l-integrazzjoni mhux biss tgħin lil diversi persuni sabiex iħossu li jappartjenu għal post fejn jgħixu, imma wkoll iżid il-valur waqt attivitajiet kulturali li diġà jeżistu lokalment." L-għeluq tal-proġett u t-tnedija uffiċjali tal-pubblikazzjoni saru l-Ħamis, 27 ta' Novembru, fl- 10.30 a.m. f 'Dar San Ġużepp, il-Fgura. Matul l-avveniment sar qari tax-xogħol maħluq, bil- parteċipazzjoni tat-tfal kollha tal-Iskola Primarja A ta' Ħaż- Żabbar u l-anzjani li ħadu sehem fil-proġett. Leanne Ellul, id- Direttriċi Artistika ta' Inizjamed u l-kordinatriċi tal-fergħa tal- letteratura fi ħdan dan il-proġett qalet li għalija "xi ħaġa speċjali wisq li fi tmiem dan il-proġett se jiltaqgħu l-ġenerazzjonijiet diversi flimkien." Żiedet tgħid li "din mhix l-ewwel darba li Inizjamed mexxiet proġetti ta' dan it-tip, għadha u se tibqa' għaliex fihom tara valur kbir; huwa mod kif il-letteratura u r-rakkuntar tal-istejjer jaslu għand udjenzi differenti u li permezz tagħhom huma stess isiru l-protagonisti. Huwa wkoll mod kif it-tfal jitgħallmu f 'ambjent differenti u kif ma jorbtux il-kitba ma' xi ħaġa tad- dwejjaq u ta' bilfors. Fil-każ tal-anzjani, jingħata valur lill- esperjenza bla qies tagħhom." Din l-esperjenza ta' skambju bejn il-ġenerazzjonijiet turi kif l-arti u l-letteratura jistgħu jsiru pont ta' konverżazzjoni u rispett reċiproku, filwaqt li jsaħħu s-sens ta' komunità, inklużjoni u kreattività. Għal aktar informazzjoni dwar il- Festival Integrarti u l-attivitajiet tiegħu, wieħed jista' jżur il- paġna uffiċjali ta' Integrarti jew ta' Inizjamed. Din il-kollaborazzjoni ħaddnet id-diversità lingwistika u kulturali fil-komunitajiet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 November 2025