MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 30 November 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541682

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

"L-istħarriġ tal- opinjonijiet li jsir kontinwament huwa eżerċizzju demokratiku li jisfida l-illużjoni li ħaddieħor irid. Anzi qiegħed ikun kontroll fuq il-partiti politiċi sabiex jibdlu dak li l-elettorat li jirrappreżentaw iridu mingħandhom." opinjoni illum • IL-ĦADD 30 TA' NOVEMBRU 2025 09 Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għar-Riforma Kostituzzjonali, l-Identita' Nazzjonali u d-Djalogu Interkulturali CARM MIFSUD BONNICI H emm numru ta' punti li wieħed irid jieħu ħsieb jikkonsidra fl-għar- biel ta' x'soċjetà u xi struttura demokratika nħaddnu. Bejn realtà u prekunċetti ta' miti li jridu jiġu dibattuti. Dawk par- tikolarment marbuta mal-bned- min fil-poter f 'dak li jaħsbu li għandhom f 'idejhom u f 'dak li attwalment huma. Fil-ħsibijiet li ilhom jiġu tramandati fil-moħħ tal-poplu għal sekli u ma ġewx kontestati imma aċċettati bħala veritieri. Fil-fatt, il-bnedmin ħafna drabi 'jiddivinizzaw' wisq drabi l-poter fih innifsu. Jattribwixxu għal dawk li jidentifikaw bħala kapijiet fakultà, abbiltajiet kważi illimitati li jibdlu l-istorja tal-pajjiż u tagħhom stess. Jimmaġinaw dak li mhuwiex, li dawk li jiggvernaw għandhom kontroll sħiħ fuq il-politika, l-ekonomija, il-burokraziji varji u d-demokrazija stess. Imma fil- fatt nafu li dan mhuwiex minnu, hemm limitazzjonijiet. Fejn jinsab il-poter Min għandu r-responsabbiltà politika li qed nitkellmu fuqha għandu jagħraf li huwa mxekkel naturalment minn numru ta' raġunijiet. B'dak li huwa mdawwar, bl-unuri, bil-pompa, bil-parati, ċerimonjali varji, bis-sigurtà li trid tipproteġih, bil- ħajja differenti, jaf iktar jagħraf li jrid jikkumbatti kontra n-nuqqas ta' realtà tal-pożizzjoni. Min għandu l-poter f 'idejh jispiċċa neċessarjament maqtugħ mill-ħajja normali tal-bnedmin fl-attivitajiet soċjali tagħhom. Anzi aktar mhuma kbar il- poteri, aktar isib ostakli f 'dak li jaħseb li hija triqtu. Isib ruħu jikkumbatti l-fatt li biċċa biċċa qiegħed jitnaqqaslu l-konoxxenza tad-dinja li hemm madwaru. Dik li l-fatti veri mhumiex iktar għad- dispożizzjoni tiegħu. F'dan hemm min jaħseb li l-poter veru li jibdel mhuwiex fil-ministeri varji imma fil-kurrenti ta' ideat, spiritwali u materjali li jkunu qegħdin iċaqilqu s-soċjetà. Viċin il-poplu Iktar u iktar meta nagħrfu li l-istatistika li tipprova tiġbor il-fatti veri għandha l-fallaċji tagħha. Il-marġini ta' żball u varjetà li jibdlu kollox 'il fuq jew 'l isfel jitqiegħdu fil-ġenb u wieħed jipprova jikkonċentra lejn dak li jidher li qiegħed jagħmel sens fil-massa ta' informazzjoni. Mhux biss imma dawk li jiġbru d-data jużaw sistemi differenti u jiltaqgħu ma bnedmin differenti li minnhom joħorġu direzzjonijiet daqshekk ieħor varji. Il-bniedem jagħmel x'jagħmel jaf li għandu diffikultà biex jidentifika l-pożizzjoni vera sħiħa. Iktar u iktar minn qiegħed fil-poter li jrid iżomm lill-poplu jaħseb li huwa għandu l-istampa ċara quddiemu u li allura 'kapaċi' jagħmel id-deċiżjonijiet it-tajba għal kulħadd. Storja li min qiegħed fil-poter isib li jrid isostni anki jekk mhuwiex wisq konvint dwarha f 'qalbu. Imma r-realtà jingħad x'jingħad dwarha hija proprju li kull min qiegħed fil-poter politiku jrid jaġixxi fil-parametri u l-limitazzjonijiet ta' din il- pożizzjoni. Wieħed jammira Proprju f 'dan, wieħed irid jammira dak li qiegħed indirettament isir biex il-linja tigi ddrittata. L-iktar mill-gazzetti li fil-limitazzjonijiet ekonomiċi u tal-komplikazzjonijiet biex joperaw qegħdin iżommu kuntatt dirett mal-poplu. L-istħarriġ tal- opinjonijiet li jsir kontinwament huwa eżerċizzju demokratiku li jisfida l-illużjoni li ħaddieħor irid. Anzi qiegħed ikun kontroll fuq il-partiti politiċi sabiex jibdlu dak li l-elettorat li jirrappreżentaw iridu mingħandhom. Mhux biss imma f 'din id-domanda li ssir, avolja hija kkundizzjonata fil- konformitajiet tagħha, hija xorta utli u tiaħ l-għajnejn. Ngħid kondizzjonata għax hija bbażata, mhux f 'dak li l-poplu jrid jesprimi opinjoni, jew messaġġ lejn min imexxih li jiġi identifikat b'kuntatt dirett ma' dawk li jivvutaw, imma f 'forom ta' kunċetti prestabbiliti inkella aqwa Brusseljani. Proprju fuq dan Proprju fuq dan li l-politiċi f 'pajjiżna jridu jimxu. Jimu l-arti vera tal-politika li tirrappreżenta l-volontà popolari. Limitazzjoni li hija aktar diffiċli fil-kumdità apparenti li tħalli lir- raba' pilastru lura milli jeżerċita kif għandu jkun il-mestier tiegħu, fejn f 'dan hemm inqas fatti u opinjonijiet bbażati fuq il-ħajja li huma għad-dispożizzjoni. Sfortunament, f 'dawn l-aħħar xhur, ir-reazzjonijiet politiċi jistgħu faċilment jiġu identifikati minn fejn ġejjin u għaliex iktar fejn jaħsbu li sejrin fuq deċiżjonijiet meħuda fuq parti mill-fatti. Iktar u iktar mill-komplikazzjoni inutli li daħħal il-Gvern stess fuq jekk għandux jew jekk huwiex se jmur għall-elezzjoni ġenerali qabel żmienha. Sqaq dejjaq li daħħal lilu nnifsu fih u li wieħed jiem għala hemm min issa f 'din s-sitwazzjoni jrid joħorġu minnha malajr. Proprju għax l-indikazzjoni hija li jekk il-Partit Laburista jmur għal elezzjoni bikrija qabel, allura għandu problemi interni jew qed jaħbi affarijiet li jaf hu biss. Iktar u iktar fl-isfond evidenti li bil- limitazzjonijiet tal-istħarriġ hemm ċar li l-vot sejjer biċċa biċċa kontra l-Gvern. Il-bażi elettorali għalih qiegħda titnaqqas u tittiekel. Il-poplu qiegħed inaqqas mill-appoġġ lilu wara din it-tielet leġiżlatura u din id-darba huwa evidenti li fiż- żmien tar-referendum elettorali se jkun hemm prinċipalment id- domanda jekk il-Gvern għandux jibqa' hemm jew le. Proċess inevitabbli F'dan ix-xenarju jidher li hemm għatx kbir fil-pajjiż għal politika ta' sustanza. Il-Gvern qiegħed jipprova juri li għadu mimli b'vitalità ta' ideat u viżjoni mmexxija minn dawk li jafu, imma fil-fatt, il-poter ġieb aktar il-politika li fiha huwa importanti kif tamministra iktar milli kif tħares lejn proġetti futuri. Limitata iktar sabiex ma turtax u tibqa' żżomm f 'postha l-maġġoranza li bnejt fuq il-kunċett tal-alleanza tal- affluwenti. Hemm forom ta' konsolidazzjoni fil- konservattiviżmu li qiegħed jemerġi. Sfida iktar diffiċli proprju għax it-tastieri li qabel ġew magħfusa kontra l-Partit Nazzjonalista, illum m'għadhomx iktar applikabbli. Kemm għax il- pajjiz xeba' minn dik ir-retorika, kif ukoll minħabba bidliet fil-partit. Hemm min għadu jaħseb li hija biss l-immaġini, il-paraventu li jgħoddu fil- politika tagħna, sempliċi attività jew ritratti kommoventi, imma l-verità hija bil-kontra. Hija s-sustanza politika, fl-ideat u fil-kunċetti li hemm sejħa u karba elettorali għaliha. Dik hija li tagħmel il-ħidma u tfassal it-tmexxija tal-Istat fit-triq it-tajba. Fit-triq it-tajba Hemm min jaħseb li l-poter veru li jibdel mhuwiex fil-ministeri varji imma fil-kurrenti ta' ideat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 30 November 2025