Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541682
intervista illum • IL-ĦADD 30 TA' NOVEMBRU 2025 07 "Jien tlift lil nannuwi b'attakk tal-qalb meta sema' li Mintoff beda jagħmel il-passi biex jieħu l-bank. Missieri ħadha ħażin ukoll u qabditu speċi ta' breakdown u qatt ma ħadem ħajtu kollha dan ir-raġel." b'attakk tal-qalb meta sema' li il-passi biex jieħu l-bank' laqgħa f 'Kastilja rigward il-kriżi li kienet għaddejja biex jaraw x'ħa jagħmlu biex itaffu din il- problema. Dak il-ħin minflok deher xi ħadd għall-Bank Ċentrali, deher il-Prim Ministru. Qalilhom li minn hawn 'il quddiem kien se jgħidilhom x'ħa jagħmlu. Pruvaw jifhmu l-pjanijiet tiegħu u qalilhom li m'għandhomx għażla ħlief li jagħti l-bank f 'idejna u nsolvu kollox aħna. Dak iż-żmien id- diretturi bdew jgħidu li ma jistgħux jiġġieldu kontra l-gvern għax dan jista' joħodha f 'idu bilfors, imma almenu jħallsuna tagħhom. U l-Prim Ministru qalilhom, "Inħallsukom ta' xejn?" Kont għadni kif twelidt jien dak iż-żmien, dik is-sena. Mar fuq id-diretturi u qalilhom li jridu jagħtu l-ishma tagħhom lill-gvern b'xejn u d-diretturi nqasmu, min favur u min kontra. qalu li hemm bżonn inżommu sodi u ma nħalluhomx jitilgħu fuqna. Hemmhekk irvilla l-Perit, għax hu kellu f 'moħħu li ried hu d-dritta. Biex nidħlu fil-perspettiva personali, il-fundatur huwa bużnannuk. Inti ridt il-flus b'idejk. Ħafna mid-drabi fil-ħajja inti trid tiġġieled għall-affarijiet tiegħek, nieħu eżempju l-każ ta' Jean Paul Sofia. Li ma kinitx għal familtu stess li marru jiġġieldu għad-drittijiet tiegħu ma kienx iqum il-kjass li ħareġ minn dak l-avveniment. Meta ngħid hekk, dak li jkun għandu d-dmir u l-obbligu li jiddefendi ruħu kontra. Kont vuċi waħdi għax jien kelli nikber, kelli xi 20 qabel ma dħalt fiha b'ruħi u ġismi. Jien mort l-Università biex nistudja fuq il-banking, kieku ma kontx nifhem, għal xejn dan li għamilt. Kien hemm ukoll l-argument li anke jekk il- bank jiżvojta ruħu, kellkom biżżejjed assi biex tagħmlu tajjeb għad-dejn kollu. Kemm hi vera? Mela ħa ngħidlek, irridu nifhmu li l-banek ta' dak iż- żmien kienu regolati mill-gvern. Daħlet is-Central Bank of Malta Act fl-1967, voldieri min kien jgħid li jagħmlu li jridu kellhom żball. Illum għandna l-prova li dan ma kienx bank tal-lottu, anzi bank fis-sod għax kieku ma ħadniex il-kumpens li tatna l-Qorti tal-Appell. L-ewwel Qorti tal-Appell tkellmet fuq kumpens ta' €111-il miljun. Imbagħad il- Qorti tal-Appell niżlet iċ-ċifra għal €71 miljun. Għalfejn? Għax mhux is-shareholders kollha kienu fil-każ li ntrebaħ. Kien hemm 9,800 shares maqsumin. Meta għamlu l-kalkoli, il-Qorti ħadet żball għax qasmet il- flus bejn l-azzjonisti kollha irrispettivament fuq kemm kellek shares. L-appell ikkoreġa dan kif ukoll il-fatt li l-€111 huma valur in total. Issa jekk hemm 70% li huma fil-kawża għax 30% għadhom ma daħlux isimhom fil-kawża, irridu nnaqqsu l-valur bi proporzjon. Żamm il-valur intrinsiku imma mhux il-proporzjon. Inti wrejtna l-karti tal- azzjonisti li ħafna minnhom m'għadhomx magħna, hemm ħafna eredi. Kemm hemm involuti? Nixtieq inkun naf. Naħseb jekk kull ġenerazzjoni kellha tlett itfal hemm xi 3,000 ruħ direttament involut. Jekk indirettament, hemm ħafna iżjed. Kien hemm min tilef kollox u spiċċa b'xejn? Ibda minni. Jien tlift lil nannuwi b'attakk tal-qalb meta sema' li Mintoff beda jagħmel il- passi biex jieħu l-bank. Missieri ħadha ħażin ukoll u qabditu speċi ta' breakdown u qatt ma ħadem ħajtu kollha dan ir-raġel. Aħna għaddejnieha d-dar li wiritha mingħand missieru u ommi għax kienet għalliema u kienet titmagħna hi. It-tagħlima ta' dan kollu qiegħda hemm. Eżempju l-King's Own Band li l-gvern indaħal biex jixtri l-każin bi €9.2 miljun u jibqa' topera. Il-kunċett illum qisu dar fuq rasu. X'inhi t-tagħlima? Malta sfortunatament qegħdin l-ewwel fl-Ewropa kollha f 'ħaġa ħażina ħafna ... il-ħarsien tad- drittijiet tal-fundamentali tal- bniedem (li jiksru d-drittijiet tal-bniedem milli l-vittma). Ir- Russja, It-Turkija, l-Albanija, saħansitra l-Ażerbajġan, jiġu warajna. Qed nikkwota lil Giovanni Bonello. Jiġifieri l-fatt li għandna sistema ġudizzjarja li taħdem mhux pożittiv? Jien naħseb li taħdem sa ċertu punt. Għax jekk tara l-andament ta' pajjiżna mill-Indipendenza 'l hawn, qatt ma kien hawn darba deputat parlamentari wieħed li qatt ġie pproċessat u li laqqatha mill-Qorti. Ħlief nitkellmu fuq il-korruzzjoni u l-politika ma nagħmlux. Ħlief nonqfu miljuni kbar fuq rapporti ma nagħmlux. Dażgur li nara pożittiv moralment, li ħadna r-raġuni sa ċertu punt. Imma ħafna minn dawn in-nies mietu, veru ħadu l-eredi tagħhom imma dawk li mietu ma ħadux raġun. Din il-ġimgħa rajt intervista li fiha Joseph Muscat qal "kemm nixtieq li indirizzajt ruħi biex nirranġa il-qrati ta' pajjiżna." Nieħdu spunt minn eks mexxej tagħna u nirranġawhom. Inti għamilt xogħol politiku mhux partiġġjan. Se tkompli tkun voċiferu? Jien nixtieq li nagħmel kontribut siewi għal pajjiżi, kif għamilt għal familti. Illum il-ġurnata naħseb li jekk nista' niddefendi pajjiżi lest li nagħmlu.

