MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541836

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum 16 ILENIA DEBONO Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-fultbol Emilio De Leo stqarr li t-tim kien kapaċi jirbaħ l-ewwel logħba kontra l-Finlandja u anke ż-żewġ logħbiet kontra l-Litwanja. Għall-ewwel darba għal numru ta' snin, it-tim Malti rebaħ logħba internazzjonali fil-grawnd tal-avversarju, fil-logħba kontra l-Finlandja fl-istadju tal-gruppi tal-qualifiers għall-World Cup b'gowl impressjonanti tal- attakkant Jake Grech. De Leo tkellem fuq l-effett tar-rebħa kontra l-Finlandja. Qal li din ma tahiex daqshekk importanza għaliex hu jemmen li l-ikbar saħħa li għandu t-tim Malti huwa li jkun kapaċi jibqa' miexi 'l quddiem mingħajr ma jħalli la rebħa u anqas telfa ttellfu milli jiffoka. Hu qal li kien hemm logħbiet oħra impressjonanti, inkluż rebħa sabiħa kontra t-tim ta' San Marino. Issa minn hawn it-tim se jibqa miexi 'l quddiem, avolja t-tim ma jistax jirbaħ kontra timijiet li qegħdin fl-istess livell tagħhom f 'termini ta' klassifikazzjonijiet madankollu hemm bżonn li t-tim iżomm il-mentalità li lesti jaffaċċjaw kollox b'kuraġġ u spirtu b'saħħtu, xi ħaġa li ilu jagħmel it-tim mill-bidu, spjega l-kowċ. "Kien hemm ċertament mumenti negattivi wara r-riżultat tal-ewwel logħba kontra l-Olanda fl-opinjoni tiegħi. Imma l-ispirtu, l-identità li esprimejna dejjem kienet pożittiva. Għalhekk jien naħseb li t-tim huwa verament kuntent bil-ħames punti li ġabar imma kien ħaqqna tal-inqas tliet punti oħra fl-istadju tal-gruppi," irrakkonta De Leo, b'referenza għal-logħba ta' kontra l-Olanda fejn Malta tilfet b'erba' gowls mit- tim avversarju. Hu qal li wara dik ir-rebħa u l-logħba kontra l-Litwanja, fejn ġejna parità, kien hemm spirtu pożittiv b'ħafna entużjażmu. Dan l-ispirtu baqa' mat-tim f 'kull logħba, inkluż fil-logħba ta' San Marino fejn kien hemm "splużjoni ta' ferħ", u anki fil-logħba kontra l-Litwanja fejn allavolja t-tim kellu togħma morra għax ma rebaħx, xorta waħda kien hemm sodisfazzjoni wara l-prestazzjoni u l-wirja qalbiena tiegħu. Hu afferma li hu kburi bil-fatt li rnexxielu jagħti sens ta' kunfidenza u jgħin fl-iżvilupp tat-ħiliet tal-plejers, speċjalment dawk li għadhom żgħar. De Leo jemmen li jekk jibqgħu sejrin f 'din it-triq, se jkun hemm bidla gradwali imma konstanti u kontinwa. U x'għenuh jaċċetta l-kariga? L-organizzazzjonijiet stabbiliti għenu lil De Leo jaċċetta l-kariga tal-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti. Hekk kif kien fin-negozjati, hu qal li kellu l-opportunità li jżur Malta, il- fakultajiet tal-isport f 'Malta u ra strutturi organizzati u ċ-ċentru tal-isports li kien qed jinbena. "Mill-ewwel ħadt gost bil-mod kif il- President [Bjorn] Vassallo beda n-negozjati, kif wera d-disponibbiltà u l-professjonaliżmu, xi ħaġa li jien apprezzajt ħafna," qal De Leo fuq il-vjaġġ tiegħu mat-tim Malti. Id- deċiżjoni kienet iffinalizzata meta ra l-plejers mimlija entużjażmu, f 'ambjent li offrielu l-opportunità ta' viżibiltà internazzjonali. Hu qal li qatt ma kellu dubju minn mindu aċċetta din il-pożizzjoni, u ffoka fuq l-aspett kulturali ta' dan il-vjaġġ, mhux biss minn aspett tekniku u tattiku. "Ridna negħlbu l-kultura tal-iskużi, li tfisser li trid toħloq ħafna empatija, tfisser li trid tiem li jekk int taħdem b'ċertu mod, trid tikkompeti b'mod miuħ u tista' tilħaq fejn trid." Il-fatturi importanti bħala kowċ għal De Leo huma l-prinċipji ta' kif tintlagħab il- logħba, prinċipji tekniċi u ta' tattika kif ukoll il-prinċipji morali tat-tim, fejn l-identità u l-etika huma rrispettati kuljum, is-sena sħiħa. De Leo jgħid li qatt ma kellu dubbji minn mindu laħaq kowċ tat-tim nazzjonali Malti 'Stajna nirbħu l-ewwel darba kontra l-Finlandja, anke kontra l-Litwanja,' jgħid Emilio De Leo free entrance SalinA national park, st paul's bay 12 th to 21 st December MINISTRY FOR THE ENVIRONMENT, ENERGY & PUBLIC CLEANLINESS Mal-gazzetta ILLUM, il- kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol Emilio De Leo, jirrifletti fuq ir-rebħiet riċenti tat-tim Malti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 December 2025