Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541836
15 kotba IL-ĦADD 7 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Miriam Galea tinġarr mill-ktieb il- ġdid ta' Immanuel Mifsud, Ah! (Klabb Kotba Maltin, 2025), vjaġġ mhux biss fi nħawi differenti, iżda wkoll wieħed temporali u formali. Immanuel Mifsud, vjaġġatur kompulsiv Immanuel Mifsud magħruf fost l-oħrajn għall-faxxinu tiegħu bi nħawi barra minn pajjiżu u b'kitba ispirata mill-ivvjaġġar. Fil-ktieb il-ġdid tiegħu Ah!, interrqu mill-ġdid mal-awtur tul bosta postijiet differenti — bliet prinċipali iżda wkoll irħula kwieti u foresti minsija. Iżda dan il-moviment kompulsiv, kważi ipnotiku, jestendi wkoll għal vjaġġar mhux biss fiżiku iżda wkoll temporali u formali. F'ġabra ta' stejjer qosra, Mifsud jinnavigana kważi mingħajr ma nintebħu minn żmien għal ieħor — mill-passat għall-preżent, mill-memorji għall-ħajja attwali. Dan iċ-ċaqliq mexxej jolqot ukoll il-forma, li tinbidel minn test għall-ieħor billi Mifsud iħaddem bosta forom differenti innovattivi u friski. Fit-test Russell Square [Darba Oħra], l-awtur ikellimna dwar storja ta' mħabba bejn pajjiżi differenti permezz ta' sensiela ta' vinjetti li jaqbdu impressjonijiet ħarraba ta' mumenti arbitrarji li jiżgiċċaw minn quddiem għajnejna qabel ma nintebħu, proprju bħal folla fi pjazza bieżla. Storja oħra teħodna Pariġi fejn il-protagonist jiltaqa' ma' sieħba mill-passat u nimu kif iż-żmien bidel l-affarijiet. Fi storja oħra, Mifsud iżewweġ it-telgħa mill- baħar ta' koppja tgħum mal-wasla primordjali tal-ewwel abitanti Maltin, li telgħu mill-baħar għall- kenn tal-għerien biex imbagħad bnew l-irħula u l-bliet tagħna, u kkuntrasta 'l Malta ta' dakinhar mal-Malta t'issa, mimlija krejnijiet u kostruzzjoni. Sbieħ hawnhekk id- deskrizzjonijiet ta' Malta vis-a- vis l-Ewropa — din l-istorja ġiet ikkummissjonata fl-okkażjoni tal- presidenza Franċiża tal-Unjoni Ewropea fejn kittieb minn kull Stat Membru kellu jikteb dwar post li jissimbolizza r-rabta bejn pajjiżu u l-istorja tal-Ewropa. L-awtur jagħti importanza lill- baħar u lill-blu: "L-Ewropa tiegħi hija l-baħar"; "baħar li jaqtagħni mill-Ewropa, li jorbotni mal- Ewropa"; "L-Ewropa tiegħi hija primarjament kaħla". Dan id- djalogu dwar kif Malta tħossha dwar ir-relazzjoni tagħha mal- Ewropa hu rilevanti u importanti u għadu pjuttost rari — il-fatt li Malta hi qrib l-Ewropa iżda wkoll imbiegħda minnha, parti minnha iżda wkoll maqtugħa. L-idea li Malta, gżira ċentrali fejn storikament kienu jgħaddu tant ġnus, b'bereġ imsemmijin għal postijiet Ewropej differenti, kienet "Ewropa żgħira, magħquda. Mini-Unjoni Ewropea mis- seklu sittax. Valletta [...], l-iżgħar kapitali tal-Unjoni Ewropea." F'Il-ħajja traġika tiegħi fi tletin kapitlu, l-awtur jikteb storja/ poeżija kumpatta magħmula minn tletin sentenza, bħal qisha ħajku twil, ispirata minn leġġenda Ġappuniża, filwaqt li Stampi fit- Tate Modern, jippreżentalna żewġ sitwazzjonijiet f 'ħinijiet differenti li jinvolvu l-istess karattri, filwaqt li wkoll juża l-forma tad-djalogu biex jurina l-perspettivi differenti ta' żewġ persuni li jgħixu l-istess sitwazzjoni. Fl-aħħar storja, Bratislava u lil Hinn Minnha, l-awtur jerġa' jsir tifel hekk kif jivvjaġġa fuq it-tren, immaġni li dehret f 'kitbiet preċedenti. B'hekk, kif semmejt qabel, il- vjaġġ ma jeħodniex biss postijiet differenti, iżda jġorrna tul iż- żmien, il-memorji, ix-xewqat, fi fluss versatili li jaqleb minn realtà għal oħra, u jnixxi b'mod donnu awtomatist, fi xmara fluwida li taqleb bla sforz minn dimensjoni għall-oħra, minn reġistru ta' kuljum għal ieħor bibbliku, minn nostalġija għal realtà. Mifsud iħaddem ukoll it-tipiku stil poetiku grunge tiegħu fejn iħallat il-liriku mal-mondan, lingwaġġ iktar goff ma' dak ħalliemi, bħal meta jiddeskrivi "d-dagħdigħa ultravjola tax- xemx" jew "ċawla [...] sewda daqs il-muntanja faħam li kien ikun hemm il-Marsa". L-immaġni tas-siġar, osservati mit-tren, omnipreżenti, għorrief u indifferenti għall-mogħdija taż- żmien ta' ħajjet il-bniedem, terġa' titfaċċa f 'din il-ġabra: "Arahom is-siġar kif jiġru kontra tiegħek. Jiġru b'kemm għandhom saħħa. Jibqgħu għaddejjin mingħajr ma jagħtu kasek." Is-silta F'Il-ħajja traġika tiegħi fi tletin kapitlu, poeżija kumpatta mill-isbaħ, il- mara li jiżżewweġ in-narratur titfaċċa minn wara siġra taż- żafżafa li jkun ilu jiċċassa lejha, u niskopru li tkun ruħ is-siġra meta din titqaċċat biex tinbena triq lejn il-baħar. Minkejja li lil Mifsud norbtu mad-disgħinijiet — f 'ħin minnhom f 'dal-ktieb anki jirreferi għall-"ingravata li lbist f 'lejlet il-Milied 2000" — dan il-ktieb jimxi maż-żminijiet billi jinkludi perspettivi differenti bħal dawk ta' koppji tal-istess ġeneru, u saħansitra storja miktuba minn perspettiva ta' mara, xi ħaġa li lqajt tassew fil-kitba ta' Mifsud. In-nisa, l-imħabba u s-sess huma suġġett ieħor tal-awtur, iżda spiss it-tendenza hi li jiddeskrivi n-nisa bħala ideal ġeneriku, jidealizza s-sbuħija fiżika tagħhom li tiġbdu, imma it insibu dettalji aktar fil-fond minn hekk. Lin- nisa it insiru nafuhom, u ma nsibux kwalitajiet aktar speċifiċi u individwali tagħhom. Fi Place d'Italie, in-narratur jiakar kif seħbitu kienet tilbes id-dublett qasir u kien jiffissa ħarstu lejn saqajha; f 'Ramel insibu sterjotip ta' mara orjentali, bl-"iswed oħxon tal-lapes t'għajnejk", bil-"henna ddur u tagħqad ma' paliet idejk", hekk kif il-maħbubin iħarsu lejn ir-ramel tad-deżert. Filwaqt li fl-istorja Dr Marija, in-narratur anki jerotiċizza b'mod kemxejn patronizzanti lit-tabiba tiegħu, b'ton inkejjuż li bih jindirizzaha bejnu u bejn ruħu: "U s-sema tassew, Dr Mallia. Handle me with care, madoff ". Meta ma jirnexxilux jagħmel moviment li jintalab jagħmel waqt il-vista, jikkummenta, "U jien nixtieq nagħmel dak kollu li titlobni, doctor. Nispera li m'iniex niksirlek qalbek." Dan it-trattament kien iktar prevalenti qabel, fejn in-nisa jiġu ggustati filwaqt li jiġu każwalment oġġettifikati u sesswalizzati, ridotti iktar għal kif jidhru f 'għajnejn l-awtur maskili (il-male gaze), iżda llum sirna iktar konxji mill-problematika ta' dan l-approċċ minkejja li għadu preżenti. Hu għalhekk li ħadt gost naqra Tuvixxedu, storja ambjentata f 'Cagliari. Hawnhekk in- narratriċi hi mara, ferm aktar kumplessa u tridimensjonali min- nisa l-oħra f 'din il-ġabra. Il-mara tmexxi l-istorja, għandha s-setgħa minflok ma hi sempliċement karattru passiv u aċċessorjali osservat min-narratur. Hi mara ħielsa li titlaq fejn u meta trid u mhix imsakkra f 'kif jaraha r-raġel. Ir-riedni f 'idejha, u d-daqs tagħha mhuwiex iċken minn dak tal- karattri maskili, anzi, iħabbatha magħhom. Ah! hu ktieb ċkejken u konċiż, li fih Mifsud jerġa' jurina li hu kittieb dinamiku u mexxej, iħaddem forom innovattivi u jdawwarna miegħu fi vjaġġ ieħor poetiku li jofroq il-ġeografija, iż- żmien u l-forma. "Minkejja li lil Mifsud norbtu mad- disgħinijiet — f 'ħin minnhom f 'dal-ktieb anki jirreferi għall- " ingravata li lbist f 'lejlet il-Milied 2000" — dan il-ktieb jimxi maż- żminijiet"

