Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541836
L-1974 kienet sena tad-deheb għad-direttur, produttur, attur u kittieb Mel Brooks. F'dik is-sena kellu żewġ films tassew diversi, kummiedji tal-prima klassi li għamlu suċċess konsiderevoli. Young Frankenstein hija parodija mill-aqwa minn xogħol klassiku, film umoristiku tal- ġeneru tal-biża' u Blazing Saddles hu forma ta' Western, kaotiku, storbjuż li jaqbeż kull limiti. Jidher fiċ-ċar li Mel Brooks ħa l-ispirazzjoni mill-Western klassiku tal-1939 Destry Rides Again, però fl-andament ultraumoristiku u mgħaġġel tiegħu, spiss mimli ċajt irreverenti u bi spirtu pront, hawn l-idea ġiet mix-xogħol Hellzapoppin tal-1942 li f 'diversi waqtiet iħallik mogħxi bid-daħq b'nifsek maqtugħ. Bi Blazing Saddles, Brooks kisser ir-regoli kollha stabbiliti tal- Western primarjament billi poġġa fil-parti ewlenija bħala xeriff tal- belt fittizja Rock Ridge bniedem iswed. Jista' jkun li l-aktar li għamel hekk bi skop billi f 'dik il-ħabta (il-bidu tas-snin sebgħin) il-films ta' azzjoni qawwija b'atturi Afro- Amerikani msejħa blaxploitation movies kienu tassew invoga u mfittxija ħafna. Dan id-direttur mhuwiex wieħed addattat biex jidderieġi Western kif suppost għandu jkun. Fix-show biz li tant hu inklinat lejh, f 'din il-ħidma jħobb jesaġera b'mod komiku jew jimita b'nuqqas ta' rispett affarijiet li s-soltu jittieħdu bis-serjetà. Blazing Saddles infatti hu mexxej b'din l-irreverenza li kultant tinzerta brillanti u f 'okkażjonijiet oħra tidher tedjanti jew infantili. Ħaġa oħra hi li l-materjal razzjali f 'din is-satira gwappa jirnexxi ħafna. Dan hu film maħdum minn bniedem abjad li jrid juri xi soluzzjoni utli dwar id-dilemma abjad/iswed bħala mitoloġija popolari. Infatti, tul l-andament, ix-xeriff Black Bart minn wieħed li ebda ċittadin tal-belt ma jridu jew jgħinu jispiċċa biex isir l-eroj ta' Rock Ridge. Brooks ried jagħti lil Blazing Saddles dehra ta' Western klassiku tas-snin ħamsin billi fil-bidu nett il-logo tal-Warner Bros. tiddiżintegra f 'nirien waqt li nisimgħu lill-kantant popolari Frankie Laine jagħti rendizzjoni perfetta tat-titlu. Dan il-kantant esegwixxa diversi kanzunetti tat-titlu ta' diversi Westerns tad- diċenju ħamsin. Fis-snin ta' wara, id-direttur Mel Brooks kompla jservi aktar parodiji popolari bħal Silent Movie, High Anxiety, l-irreverenti mingħajr dekor History Of e World Part 1 u oħrajn inqas offensivi. Mel Brooks twieled fis-26 ta' Ġunju 1926 bl-isem ta' Melvin James Kaminski fi New York City u fil-preżent għandu 99 sena. F'karriera ta' 30 sena rebaħ diversi unuri fosthom Oscar, Tony Award, Emmy Award u Grammy Award. Irċieva unur fl-2009 mill-Kennedy Center, stilla fil- Hollywood Walk of Fame fl-2010, fl-2013 l-AFI Life Achievement Award, il-British Film Institute Fellowship fl-2015, fl-2016 in- National Medal of Arts, il-BAFTA Fellowship Award fl-2017 u fl- 2024 Oscar Onorarju li minkejja l-età tiegħu hu stess mar jirċevih. Brooks hu ta' nisel Lhudi u fl- 1964 iżżewweġ lill-attrici Anne Bancro li kienet Kattolika però damu flimkien jgħixu f 'armonija sal-mewt tagħha fl-2005 u dehret f 'diversi films tiegħu, kif ukoll fil- klassiku e Elephant Man li kien serju u kommoventi però prodott minnu permezz tal-kumpanija tiegħu Brooksfilm. L-istorja tal-film hi din: L-inkompetenti Black Bart (Cleavon Little) meħlus mill- għarqa fil-ħama u r-ramel, mill- forka meta ta daqqa ta' pala lill- kattiv imgħallem tiegħu u forsi wkoll minn ħajja ta' solitudni, jistagħġeb meta l-avukat ħalliel Hedley Lamarr (Harvey Korman) u l-korrott faħħari Gvernatur William J. Lepetomane (Mel Brooks stess) jaqbżu għalih. Bart jieħu ħasda kbira meta jlaħħquh xeriff tal-belt fid-deżert Rock Ridge. L-għan ewlieni tagħhom hu li din il-belt mimlija baqar u nies bojod iġellduhom miegħu biex ikunu jistgħu jeħdulhom l-art. 14 films IL-ĦADD 7 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum Carmel Bonnici Blazing Saddles — Kummiedja satirika bla brejkijiet L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Kartellun tal-film Blazing Saddles (1974)

