MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1541836

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 7 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti 'Zokkor. Ġebla. Baħar.': Prestazzjoni multidixxiplinarja Kummiedja tal-Milied għall-familja kollha Din il-prestazzjoni tesplora kif l-istejjer kolonjali jippersistu fl-Ewropa kontemporanja Zokkor. Ġebla. Baħar. Għaz-zokkor fit-te tiegħek. Għal kull xaqq fil-ġebla. Għall-baħar, il-baħar. X'jiġri jekk l-istorja kolonjali qatt ma telqet; sempliċement ġiet irfinata fil-ħajja ta' kuljum? Permezz ta' kalejdoskopju ta' moviment, ħsejjes u stejjer, il- performers iħaffru biex joħorġu l-imperu li hemm ġewwa: fejn il-monumenti jikkrollaw u t-te jiskonta, u jsaqsu dwar l-istejjer kolonjali li jibqgħu jgħammru fil-ġesti tagħna, fir-ritwali tagħna, u fis-sens tagħna ta' dar. Bejn il-migrazzjoni u t-tiira, bejn ir-ritwal u r-reżistenza, nistednuk tixrob bil-mod; il- ħlewwa għandha l-prezz tagħha … "Zokkor. Ġebla. Baħar." hija prestazzjoni multidixxiplinarja żviluppata mill-Kollettiv ARDA waqt residenza mtellgħa minn Dance Beyond Borders bħala parti mill-proġett: Dekolonjalità: L-Istorja Tagħna Lkoll. Ibbażata fuq il-kunċett ta' Tea Party, din il-prestazzjoni tesplora kif l-istejjer kolonjali jippersistu fl-Ewropa kontemporanja permezz ta' ritwali ta' kuljum, migrazzjoni u memorja kollettiva. Il-prestazzjoni terġa' timmaġina t-tea party bħala sit ta' laqgħa: bejn il-ħlewwa u l-isfruttament, l-appartenenza u l-esklużjoni. Permezz ta' moviment, ħoss u immaġni viżiva, "Zokkor. Ġebla. Baħar." tistieden lill-udjenzi jduqu u jinsew dak li tħalla warajh mill-imperu; fil-ġesti tagħna, fl-imħabba tagħna, u fis- sens tagħna ta' dar. Tistaqsi mistoqsija komuni: X'jibqa' minni, jekk niddekolonizza lili nnifsi? "Zokkor. Ġebla. Baħar." se ssir il-Ġimgħa 5 u s-Sibt 6 ta' Diċembru fit-8 p.m. fi Spazju Kreattiv, il-Belt Valletta, bħala parti mill-Programm ta' 25 Sena ta' Spazju Kreattiv. Il-kummiedja tal-Milied għall-familja kollha Carols at Christmas tintwera mit- 13 sal-20 ta' Diċembru fit-Teatru Manoel Studio Theatre. Teatru Manoel TOI TOI, il-Programm Nazzjonali tat- Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-Teatru, qed jiċċelebra l-ħmistax-il staġun ta' attivitajiet b'enfasi fuq l-istejjer permezz tal- pupazzerija (puppeteering), mużika u moviment. Nominat għall-Premju tal- Aħjar Programm Artistiku għal sitt staġuni, it-tim qed jipprepara għal spettaklu ieħor li ser ikun indimentikabbli. Magħruf kemm għall- kwalità tal-produzzjonijiet u l-aċċessibbiltà tagħhom, kif ukoll għall-prezzijiet tal-biljetti adattati għall- familji, ix-xogħlijiet ta' TOI TOI joffru lill-ġenituri l-opportunità li jgawdu teatru parteċipattiv u mużika flimkien ma' wliedhom f 'ambjent rilassat. Din is-sena, TOI TOI se jerġgħu jintroduċu lill- udjenza tliet kandidati sassy u determinati għall-audition. L-istilel tal-wirja għandhom kull waħda talent uniku, li jixhduh isimhom: Carol Żfin, Carol Drammatiku u Carol Kanzunetta, kollha fuq missjoni biex ikunu ċ-ċentru tal-attenzjoni kull meta jkun possibbli. Din il-kummiedja tal-Milied hija miktuba u diretta mid-Direttriċi Petra Sant, u fiha jidhru interpreti esperjenzati fuq il-palk: Kyra Lautier, Kelly Peplow u Emma Chetcuti. Il-Manager ta' TOI TOI, Kate Fenech Field, il- produttriċi responsabbli għall-produzzjoni edukattiva tat-teatru, tispjega: "Bħalma jaf kull għalliem u ġenitur, apparti li tidħaq u tkanta, hemm ħafna benefiċċji pożittivi li wieħed jesperjenza produzzjoni tat-teatru live. Fl-aħħar ħames snin, l-istrateġija tagħna li nikkummissjonaw u nipproduċu xogħlijiet li mbagħad nirrepetu kull sentejn kienet deċiżjoni li bidlet il-logħba." "Aħna għamilnieha missjoni tagħna li nibnu repertorju edukattiv b'mod sottili, u l-aktar permezz tal-kummiedja favorita tagħna Carols at Christmas. Tagħlim dwar ir-rifjut, id-determinazzjoni, it- tradizzjonijiet u x-xogħol f 'tim, flimkien mal- kanzunetti festivi, kienu taħlita rebbieħa," qalet Fenech Field. Carols at Christmas tintwera mit-13 sal-20 ta' Diċembru fit-Teatru Manoel Studio Theatre. Booking minn teatrumanoel.mt jew mill-uffiċċju tal-biljetti ta' Teatru Manoel. TOI TOI se jerġgħu jintroduċu lill-udjenza tliet kandidati sassy u determinati għall-audition

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 December 2025