Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542184
Fiċ-ċella tal-ħabs, mhux bħala kriminal iżda għax m'għandux fejn joqgħod hemm, Jim, e Waco Kid l-aktar bniedem ħafif fuq il- pistola fid-dinja li issa sar xurban. Hu jsostni max-xeriff li probabbli qatel nies aktar minn Cecil B. DeMille (direttur rinomat ta' films epiċi, Bibliċi u Westerns elaborati). Bart jagħmel ħabib miegħu u jurih l-id il-leminija li hi soda però jgħidlu li aktar kien jispara bix-xellugija li tferfer b'mod allarmanti qisha tbati minn attakk qawwi tal-Parkinson's Disease. Hu sab ruħu f 'din l-estremità wara li tifel ta' sitt snin "shot me in my ass". Bix-xeriff Bart u e Waco Kid flimkien, il-korrott avukat Lamarr li kien jinfiska meta minflok Hedley kienu jsejħulu Hedy Lamarr (attriċi sbejħa) u kien isostni li jistgħu jfittxuh fil- Qorti kemm iridu minħabba dan l-isem, jingaġġa marmalja ta' kriminali minn madwar id-dinja. Dawk li jirrispondu għas-sejħa tiegħu kienu jikkonsistu minn cowboys imfittxija mil-liġi, ħallelin ta' merħliet, dak ħfief fuq il-pistola, ċorma ta' Għarab, Nazisti, gwerili bil-bażukas, grupp ta' Hell's Angels bil-muturi u lebsin ġkieket tal-ġilda u membri b'wiċċhom mgħammed tal-Klu Klux Klan. Meta jibda jintervistahom Lamarr isaqsihom fiex jispeċjalizzaw u wieħed iwieġbu: "Rape, Murder, Cattle Rustling, Arson, Robbery and Rape". Lamarr jgħidlu "You already mentioned Rape" u l-ieħor iwieġeb: "I like rape". Lamarr ikun sodisfatt. "What's your speciality?" isaqsi lil wieħed ieħor u jgħidlu: "Stampeding cattle". "at's not a crime!" iwieġbu u l-ieħor jirrispondi: "... through the Vatican" u Lamarr jesklama "Kinky!". Qabel jattakkaw il-belt il-kbarat jiltaqgħu u wieħed jgħid għall- avukat Lamarr: "Can't you see that this is the last act of a desperate man?". Wieħed iwieġbu: "I don't care even if it was the first act of Henry V" (xogħol famuż ta' William Shakespeare). Mongo, il-ġolf li kapaċi b'daqqa ta' ponn iwaqqa' buflu fl-art, isir ħabib ma' Bart. Meta wieħed mill-kriminali jibda jagħti, bla heda, bil-ponn lil waħda mara fraġli u veterana, din iddur lejn il-pubbliku u tnissel: "Have you ever seen so much cruelty!". Mumenti bħal dawn juru li forsi d-direttur tilef il-kontroll jew li se jirvinaw lil din il-produzzjoni bħala kummiedja tal-prima klassi. Imma Brooks qatt ma jħalli lill- udjenzi privi milli jfakkarhom li qed jaraw kummiedja ispirata li taqa' fil-baxx u l-esaġerazzjoni mmirata strettament għal Hollywood u l-mitoloġija li jużaw. Fl-aħħar parti, Blazing Saddles jaqa' f 'anakroniżmu palpabbli. Waqt li sejrin għall-attakk tal-belt fittizja fid-deżert ikun hemm Count Basie u l-orkestra tiegħu jagħtu kunċert. Fil-final, l-andament iwassal għall- istudios tal-Warner Bros. fejn ikunu qed jinħadmu diversi films, fit-triqat ta' Hollywood u f 'teatru fejn qed jintwera propju dan il-film li jispiċċa f 'dan il-post. L-attriċi Hedy Lamarr li kienet ilha rtirata tellgħet lil Warner Bros. il-Qorti għal $100,000 għax sostniet li użaw isimha biex iwaqqgħuh għaż-żuett u li għandha d-dritt tal-privatezza. Brooks irranġa magħha barra l-Qorti għal somma żgħira u għamel apoloġija talli uża isimha. Qal li Hedy Lamarr qatt ma ħadet kif suppost din iċ-ċajta. Hollywood fis-snin sittin u sebgħin biddel il-problema Amerikana razzista f 'suċċess fid- dħul tal-flus. Blazing Saddles storbjuż, ippuntat qisu xafra u mill-aktar bla dekor ipprova jfarrak dan il-fenominu. Meta wieħed jieħu f 'konsiderazzjoni tal- ħwejjeġ offensivi li ġraw wara, din il-produzzjoni verament laħqet l-għan tagħha. Fl-aħħar nett, meta x-xeriff lesta xogħlu jistieden lil Jim (e Waco Kid) biex jitlaq miegħu bil- karozza u Jim isaqsih fejn sejrin, ir-risposta tkun "nowhere special". Jekk wieħed jidħol bin-nervi jew imdejjaq jara dan il-film żgur se joħroġ mit-teatru f 'burdata allegra. Meta tlesta l-film xi eżekuttivi tal-Warner Bros. ma ridux joħorġuh u kienu ppreparati jieħdu falliment tiegħu. Blazing Saddles, mill-bidu nett li ħareġ għall-wiri, għamel suċċess kbir. Fl-2005 kien ikkunsidrat bħala "kulturalment, storikament u estetikament sinifikanti" mil-Librerija tal- Kungress u magħżul u ppreservat mill-Reġistru Nazzjonali tal-film. 14 films IL-ĦADD 21 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum Carmel Bonnici Blazing Saddles — Kummiedja satirika bla brejkijiet L-AĦĦAR PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Taggart u Hedley Lamarr

