MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 December 2025

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542184

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 21 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal- Ktieb għal dil-ġimgħa, Daniel Cossai jitkellem dwar in-natura tal-kritika letterarja f'Malta, u f'din l-aħħar reċensjoni tiegħu magħna, huwa pjuttost skjett dwar dak li jħassbu. Jekk mhux se nrawmu kultura ta' kritika letterarja, m'għandniex futur Il-kritika letterarja f 'Malta tinsab f 'qagħda mwiegħra. Ix-xena letterarja donnha għaddejja minn żmien tajjeb ta' kreattività. F'dawn l-aħħar snin rajna pubblikaturi żgħar ifaqqsu li qed jagħmlu xogħol eċċezzjonali. Rajna wċuħ ġodda jfeġġu bil- kbir, mhux l-inqas lil Noah Fabri li bl-ewwel ktieb tiegħu rebħet mill-ewwel il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Din is-sena biss ġew ippubblikati għadd ta' kotba ta' kwalità – Fis-sema hekkda fl-art ta' David Aloisio, Eħlisna mid- deni ta' Karl Schembri, Es Sidr ta' Omar N'Shea, Qarn ta' Romeo Roxman Gatt, L-Avveniment ta' Claudine Borg, li hu traduzzjoni ta' xogħol Annie Ernaux, u aktar. Rajna l-ġeneru tal-esej personali jitwieled, iqum fuq saqajh u jitlaq jiġri, bil-kitbiet ta' Kurt Borg ewlenin fosthom. Rajna żieda fil-kotba tradotti ppubblikati u f 'pubblikazzjonijiet oħra f 'ġeneri li ma narawx spiss bil-Malti. Imma jibqa' jippersisti paradoss ewlieni: waqt illi qed jiġu ppubblikati daqstant vuċijiet differenti, il- kritika letterarja għadha fil-biċċa l-kbira ineżistenti, u saħansitra kontroversjali fil-komunità żgħira letterarja tagħna. Hawnhekk mhux qed nitkellem fuq il-kritika letterarja purament akkademika li tanalizza ktieb jew awtur minn perspettivi teoretiċi varji jew fid-dawl ta' aspetti storiċi, soċjopolitiċi jew bijografiċi, bħalma tawna tant il-mibkijin Oliver Friggieri u Charles Briffa. Qed nitkellem fuq il-kritika li tevalwa, mhux tanalizza; dik immirata lejn il-komunità usa' ta' qarrejja, li tagħżlilhom it-tajjeb mill- ħażin u tindikalhom liema kotba għandhom xi ħaġa tajba x'joffrulna u għaliex. Din it-tip ta' kritika llum insibuha l-iżjed f 'din il-paġna letterarja u f 'ġurnali oħra, spiss it wara t-tnedija ta' ktieb, spiss ukoll b'ton daqsxejn eloġiku u kważi ta' reklamar. Hemm xi eżempji tajbin ukoll miktubin mingħand Olivia Borg ippubblikati f 'Leħen il-Malti, darba fis-sena, wisq it frekwenti. Forsi l-aħjar eżempji nsibuhom, ġieli, fl-introduzzjoni ta' ktieb, imma dawn huma aktar gwida għal min diġà xtara l-ktieb milli evalwazzjoni għal qarrejja prospettivi. Fil-każijiet kollha għandna l-istess problema: huma wisq immedjati, maħsubin biex ikunu efemerali għax fil-biċċa l-kbira huma maħsubin, jew biex iżidu l-bejgħ, jew għat-test għall- qari li jsegwi immedjatament wara l-evalwazzjoni bejn l-istess qoxra. Huma inaċċessibbli u impermanenti wisq biex bil-mod il-mod jifformaw korp robust ta' kritika letterarja u jrawmu kultura miuħa għaliha. Is-sitwazzjoni agħar minn hekk. Il-volum u l-aċċessibbiltà huma parti mill-problema imma mhumiex il-problema sħiħa. Għadha tippersisti idea żbaljata ta' x'inhi reċensjoni. B'mod ġenerali reċensjoni għandha twieġeb żewġ mistoqsijiet: x'jagħmel dan it-test, u għaliex għandu jimpurtana? Ħafna drabi, forsi għax hekk darrewna l-iskola, ir-reċensjonijiet qatt ma jgħaddu għat-tieni mistoqsija ħlief forsi b'mod superfiċjali; jgħidulna biss x'jagħmel it-test, u jsiru qishom sommarji. Kultant ukoll iwieġbu mistoqsija oħra minflok: għoġobni? Din differenti ħafna minn "għaliex għandu jimpurtana"; waħda hija suġġettiva, l-oħra tfittex raġunijiet oġġettivi fit-test ta' x'qed tagħmel speċjali biċċa xogħol li jiddistingwiha u, iva, wisq probabbli minħabba f 'hekk il-ktieb jogħġobna. Imma mhux bilfors ikun hemm korrispondenza bejn iż-żewġ tweġibiet. Nistgħu napprezzaw li ktieb qed jagħmel xi ħaġa tajba ħafna mingħajr ma jogħġobna personalment u, min-naħa l-oħra, jaf jogħġobna ktieb li oġġettivament, ma joffri xejn sinifikanti. U kultant, inevitabbilment, it-tweġiba għat- tieni mistoqsija tkun bil-maqlub: x'inhuma r-raġunijiet għaliex ktieb mhu jagħmel xejn ġdid u m'għandniex għalfejn jimpurtana wisq minnu. F'dawn is-sentejn u it li ili nikteb f 'din il-paġna letterarja, smajt kemm-il darba minn persuni differenti li "nieħu gost naqra r-reċensjonijiet tiegħek għax ma tiddejjaqx tikkritika". Nammetti li ddaħħaqni xi it, l-ewwel nett għax inħoss li għalkemm fejn nara nuqqas, insemmih b'rispett għall-qarrejja li jafdaw li qed nikteb b'onestà, inġenerali r-reċensjonijiet tiegħi kienu pjuttost pożittivi u dejjem kemm jista' jkun infittex li mqar niaħ tieqa fuq aspett pożittiv fil-ktieb. Imma ddaħħaqni wkoll għax suppost li kellha tkun ovvja li reċensur, minkejja li kemm jista' jkun jipprova jagħżel kotba li jaf li se jinteressawh, kultant se joħroġ iddiżappuntat. Minflok, f 'Malta llum, għandna komunità żgħira fejn kulħadd jaf lil kulħadd u allura, l-awturi jistaqsu lil awturi oħra li jafu u li isimhom iġorr ċerta reputazzjoni biex jiktbulhom it kliem sbieħ. Ir-reċensjonijiet saru riklami. Irridu nkunu onesti li impossibbli li kulma jikteb individwu, aħseb u ara kulma jikteb pajjiż, hu tal- ogħla livell. Dan mhuwiex il- mod kif nikkonvinċu lill-qarrejja li l-letteratura Maltija ta' min jinvesti flusu u ħinu fiha. Mhux il-mod kif nuru lill-qarrejja xi jmisshom jaqraw għax verament se jagħmilhom iżjed għonja intellettwalment jew kulturalment. X'inhi t-triq 'il quddiem? Irridu naċċettaw, mhux bil- kliem imma b'għemilna, li kultura f 'saħħitha tilqa' l-kritika u l-kontroversja. Irridu nieqfu nqisu l-kritika bħala attakk personali u nieqfu nipprovaw niskreditaw lil min jagħti evalwazzjoni li ma togħġobniex. Irridu nibdew naraw il-kritika letterarja u r-reċensjonijiet, mhux bħala mezz biex jiżdied il- bejgħ ta' ktieb ġdid, imma bħala konverżazzjoni kontinwa li tistaqsi u tisfida, li tirrikuntestwalizza l-pubblikazzjonijiet passati, li tistabbilixxi korp rappreżentattiv tal-aqwa letteratura Maltija, u li b'mod ġenerali tgħolli l-istandard. Għandna bżonn iżjed mezzi għal din it-tip ta' kritika. Trid tiżdied fil-volum u fl-aċċessibbiltà. Għandna bżonn ukoll forom ġodda, u mhux biss bil-kitba (għadni nistenna podcast lettarju sura ta' nies bil-Malti). Irridu mhux biss reċensjonijiet imma iżjed kitbiet twal u evalwazzjonijiet komparattivi iżjed akkademiċi li jqisu x-xogħol ta' awtur jew ġeneru sħiħ. Il-kritika trid tilħaq udjenzi varji b'forom varji. Irridu kemm jista' jkun ilħna differenti; il-kritika m'għandhiex tibqa' sett żgħir ta' nies jiktbu dwar xulxin. Forsi wasal iż-żmien ukoll għal iżjed reċensjonijiet – ta' veru, mhux riklami – bl-Ingliż biex dan il-korp rappreżentattiv jilħaq udjenza barranija li jaf titħajjar tesportah.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 December 2025