Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542184
04 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum Il-Flyover tal-Imsida: Minn got-taġen għal ġon-nar? L-Awtorità tal-Ippjanar se tirreaġixxi għall-karba tan-nies u l-politiċi? ILENIA DEBONO Infetħet għall-karozzi l-Flyover tal-Imsida, parti mill-proġett tal-Imsida Creek, nhar l-Erbgħa proprju f 'nofsillejl. U diġa' m'hemmx konsensus fuq din il-flyover; min jgħid li qed tagħmel meravilji, u min qed jgħid li l-agħar proġett infrastruturali li qatt rat Malta. Il-Malta Records, l-organizzazzjoni responsabbli mill-għotja ta' rekords nazzjonali, irrikonoxxiet dan il-proġett bħala "l-itwal flyover komposta minn 270 tunnellata fi struttura tal- ħadid u 2,040 tunnellata f 'konkrit rinfurzat maħdum kompletament f 'Malta, b'tul ta' 136m, b'wisa' ta' 11.7m u li tlesta fi ħdax-il xahar," b'enfasi li l-proġett kien maħdum kompletament f 'Malta. Madankollu, mhux kulħadd faħħar dan il- proġett. F'kumment lill-gazzetta, is-Sindku tal-Imsida fakkar li l-kunsill kien ivvota kontra l-flyover u kien favur l-ispazji miuħa. Hu ma elaborax fuq il-proġett innifsu hekk kif qal li l-flyover għadha mhux qed tiffunzjona kif suppost, imma għalaq billi qal li "Iż-żmien itina parir". Il-Partit Nazzjonalista min-naħa l-oħra ma ddejjaqx ikun iżjed skjett fi kliemu. F'komunikat iddeskriva l-proġett bħala "mostrożità li turi l-falliment fl-ippjanar tal-Gvern ta' Robert Abela". Skont l-Oppożizzjoni, it-traffiku żdied mhux naqqas u kien hemm konġestjonijiet fi rħula oħrajn ukoll. Il-PN qal li l-gvern essenzjalment irrovina ċ-ċentru tal-Imsida bil-flyover ta' karreġġjata waħda. Qal li l-inqas inċident se jwassal għal konġestjoni totali u tfixkil ta' vetturi tal- emerġenza fi triqithom għall-Isptar Mater Dei. Huma ħadu spunt sabiex ifakkru li l-kunsill lokali tal-Imsida, li għandu maġġoranza Nazzjonalista, ilu tal-inqas sena jipprova jgħarraf il-gvern fuq dan imma "il-Ministru [Chris Bonett] żar il-post mingħajr ma lanqas biss avża lill-Kunsill Lokali." Minkejja din l-istqarrija, huwa tajjeb li wieħed jinnota li l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall- Infrastrutura Bernard Grech ma kkummentax fuq din il-biċċa, lanqas biss iffirma l-istqarrija li ħarġet mingħand il-Partit. Wieħed mill-fundaturi tal-Partit Demokartiku t-Tabib Anthony Borg kien iżjed żorr bi kliemu. Hu qal li l-karreġġjata li tgħaddi għall-Isptar Mater Dei hija wisq żgħira għall-ambulanzi u żgur mhux forsi se twassal għal ħafna mwiet bla bżonn. Politiku ieħor li wkoll semma leħnu kien Arnold Cassola, li qabbel il-flyover mal-ħajt ta' Berlin wera t-tħassib tiegħu għal kif se jgħaddu l-vetturi ta' emerġenza, kemm ambulanzi, kif ukoll tal-pulizija minn karreġġjata waħda u erba' u-turns. Barra minn hekk, Cassola enfasizza l-effett li se jkollha l-flyover fuq ir-residenti tal- Imsida li se jiġu wiċċ imb wiċċ mal-flyover meta jħarsu barra mit-tieqa. Tkellmet ma' din il-gazzetta wkoll il-lettriċi fil- qasam tal-Ippjanar tat-Toroq u t-Trasport érèse Bajada. Minn lenti akkademika, hija qalet li dan il-proġett u oħra bħalu joħolqu segregazzjoni għan-nies vulnerabbli (pereżempju tfal, ġenituri b'pushchairs, anzjani u kwalunkwe persuna b'mobbiltà mnaqqsa), kif ukoll għal kull min juża modi ta' trasport alternattiv. "Speċjalment jekk minflok biex taqsam tingħata prijorità lil dawn il-vetturi jinħolqu bridges biex tingħata prijorità lill-karozzi," tenniet Bajada. Bajada qalet li din iż-żona hija waħda pedonali ta' densità kbira speċjalment ħdejn il-Junior College li tirrikjedi konnettività għal mixi. "Il- prijorità għandha tkun is-sigurtà ta' min juża mezzi alternattivi u li huma wkoll vulnerabbli." Hi żiedet li f 'żona bħal dik għandu jkun hemm post sigur b'tabelli fejn jaqsmu n-nies, miżuri li jikkalmaw it-traffiku, limiti ta' veloċità u "pedestrian refuge islands", voldieri bankina żgħira fit-triq fejn in-nies jistgħu jistennew sabiex jaqsmu. Il-PN qal li l-gvern essenzjalment irrovina ċ-ċentru tal-Imsida bil-flyover Minkejja sentiment pubbliku u dwejjaq anke minn kunsilli lokali Laburisti dwar deċiżjonijiet mill- Awtorità tal-Ippjanar, l-Awtorità kompliet bil-missjoni tagħha li toħroġ permessi anke għal dawk il- proġetti kontroversjali. Anzi kif qal Ministru partikolari lil din il-gazzetta: "Qed tagħmel minn kollox biex tagħmel l-oppost." Dan joħroġ ċar minn numru ta' permessi kontroversjali ħerġin li jinjoraw kompletament l-interessi tal-komunitajiet u jagħtu kas biss l-interess tal-iżviluppatur. L-istess ministru qal: "Biex tinbidel il-mentalità, irid ikun hemm direzzjoni ċara minn fuq, kulħadd qed jibża' jgħid li huwa l-Prim Ministru Robert Abela li jrid isemma leħnu u jġiegħel lill-Awtorità tkun konxja mid- deċiżjonijiet tagħha." F'dawn l-aħħar ġimgħat kienu bosta ministri u sindki Laburisti li ħarġu fil-miuħ jitkellmu fuq żvilupp fl-irħula tagħhom. Imma l-biċċa l-kbira kienu attenti kif jitkellmu u li ma jippuntaw l-ebda suba' lejn ħadd. Imma fil-privat meta kellmu lil din il-gazzetta, qalulna li hemm rabja kbira mal-kostitwenti tagħhom. "In-nies mhumiex ċwieċ, jafu li l-vera problema qiegħda f 'ħoġorna. Jekk l-Awtorità tal-Ippjanar tibqa' tieħu n-naħa tal-iżvilupp, m'hemmx tama. Qed jistennew azzjoni minna bħala Gvern (Laburista)." Safrattant f 'intervista fuq Xtra, l-Eks Ministru u Deputat Parlamentari Carmelo Abela, qal li l-vera problema hija l-interpretazzjoni tal-policies, u qal ukoll li dak li ntqal dwar l-identità u s-separarazzjoni tal-irħula f 'Għawdex tista' faċilment tiġi applikata għal Malta. Vuċijiet mill-istess partit fil-gvern bdew jitkellmu dwar il- ħtieġa li jitpoġġew limiti aktar ċari u li l-wirt urban ma jibqax jitqies bħala ostaklu

