Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542184
05 il-Milied illum • IL-ĦADD 21 TA' DIĊEMBRU 2025 Bejn il-ħitan tal-ħabs, il-Milied jikseb tifsira differenti Għal ħafna, il-Milied ifisser dawl, rigali, u mumenti mal-familja. Iżda fil-Ħabs ta' Kordin, dan iż- żmien tas-sena jinħass b'mod differenti. Minkejja l-ħitan għoljin u r-restrizzjonijiet, grupp ta' residenti jingħaqdu kull sena biex jagħtu xi ħaġa lura lill-komunità, permezz ta' xogħol magħmul b'idejhom stess. Din l-inizjattiva, li issa daħlet fit- tielet sena tagħha matul il-Milied, tara lir-residenti jippreparaw ħlewwiet tradizzjonali bħal Christmas logs, torta tal-lewż, Christmas cakes u mince pies, kollha ideali biex jingħataw bħala rigali. Barra minn hekk, qed isir ukoll xogħol ta' tapestry, fosthom kalzetti tal-Milied u figuri ta' Father Christmas, li jagħtu messaġġ personali u simboliku lil dawn il- ġranet. F'kummenti li ta, Charles Bonnici spjega kif l-inizjattiva bdiet minn ideat li ħarġu mill-ħaddiema stess tal-ħabs, u kif matul is-snin kompliet tikber. "Mhux importanti li nżommu biss it-tradizzjoni ħajja, imma wkoll li ninvolvu lin-nies fix-xogħol," qal Bonnici, filwaqt li fakkar li l-ħabs hu magħruf ukoll għal inizjattivi simili fi żmien l-Għid. Hu saħaq li ż-żamma tat- tradizzjonijiet hi importanti ferm f 'ambjent bħal dan. "Il-post hu dak li hu, u wieħed jista' jimmaġina li mhux dejjem ikun hemm il-ferħ li nsibu barra. Imma meta nżommu t-tradizzjoni ħajja, ninvolvu lir- residenti u anke norganizzaw quddiesa tal-Milied, ngħinuhom iħossu l-ispirtu ta' dawn il-jiem." Min-naħa tiegħu, Saviour Baldacchino spjega li l-għan tal- proġett hu li jiġi inkluż kulħadd. "Il- ħabs hu bħallikieku villaġġ żgħir," qal, filwaqt li fakkar li fih hemm diversi sezzjonijiet u ħiliet — mill- bakery sal-carpentry workshop. Skontu, il-parteċipazzjoni fix-xogħol tgħin lir-residenti jħossuhom parti minn komunità, anke fi żmien sensittiv bħal dan. Il-Milied fil-ħabs mhuwiex bħall-Milied ta' barra. Iżda l-amministrazzjoni tipprova, kemm jista' jkun, iddaħħal lir- residenti fl-ispirtu ta' dawn il-jiem. "Mhux biss biex jgħaddi ż-żmien," qal Baldacchino, "imma biex iħossuhom parti minn xi ħaġa ikbar." Ix-xogħol innifsu għandu rwol kruċjali fir-riabilitazzjoni. Skont Baldacchino, ir-rutina, id- dixxiplina, u r-responsabbiltà li jiġu marbuta max-xogħol, jgħinu lir- residenti jimitaw il-ħajja ta' barra. "Iridu jiġu fil-ħin, ikun hemm rispett u anke regoli dwar saħħa u sigurtà — bħalma jsibu meta joħorġu barra." L-impatt emozzjonali ta' dan kollu huwa ċar. "Nibqa' skantat meta narahom jipparteċipaw," qal Baldacchino. "Tara d-differenza f 'persuna li qabel kienet imdejqa u mbagħad issibha tqum kuljum b'xi ħaġa li tħares 'il quddiem għaliha. Mhux dwar il-flus, imma dwar ir- rutina, id-dinjità, u t-tama." Bejn il-ħitan tal-Ħabs ta' Kordin, il-Milied forsi ma jiġix bil-mod li mdorrijin bih, imma jasal xorta waħda — permezz ta' jdejn li jaħdmu, qalb li titgħallem terġa' tittama, u xewqa li, anke minn post magħluq, tingħata xi ħaġa lura lill- komunità. Tirraporta Jaelle Borg Iċ-ċkejken Yeshua Borg jipprattika l-prietka Il-Prietka tat-Tifel: tradizzjoni ħajja li tkompli tgħaqqad il-Milied Malti JAELLE BORG Il-Milied f 'Malta ma jinħassx biss bid-dwal, bil-presepji, u bl-għanjiet. Għal ħafna, jasal tassew meta, tinstema' l-prietka tat-tifel — tradizzjoni antika li baqgħet tgħix minn ġenerazzjoni għal oħra u li tibqa' tmiss il- qlub bl-innoċenza u s-sinċerità tagħha. Proprju biex nimu aktar x'hemm wara dan il-mument tant għażiż, din il-gazzetta marret fil-lokalità ta' Ħal Lija, fejn din it- tradizzjoni għadha tiġi mħarsa b'għożża kbira mill-komunità parrokkjali. Skont il-kappillan tal-parroċċa, Dun Joseph Cilia, din it-tradizzjoni tmur lura għal aktar minn seklu. "Hija drawwa li bdiet fl-1800 u li baqgħet tirtiret minn ġenerazzjoni għal oħra," jispjega. "Għal ħafna nies, qisu ma jasalx Milied jekk ma jisimgħux il-prietka tat-tifel. Hemm xi ħaġa speċjali li tisma' l-messaġġ tal- Milied minn fomm innoċenti — hija kelma li toħroġ mill-qalb u tasal direttament fil-qalb." Il-mod kif jintgħażel it-tifel ivarja minn parroċċa għal oħra. F'Ħal Lija, l-għażla normalment issir minn fost il-grupp tal- abbatini. "M'hemmx kriterji formali jew kompetizzjoni," jgħid Dun Cilia. "Imma nħoss li hu privileġġ għal abbati li jitla' fuq il-pulptu u, għal dak il-mument, jitkellem quddiem il-komunità qisu saċerdot. Dan iġib miegħu, kemm entużjażmu, kif ukoll ċerta tensjoni." Qabel ma jasal dak il-jum, iżda, hemm ħafna xogħol li ma jidhirx. Il-kliem li jinstema' mill-pulptu jkun ilu xhur jinħadem u jittejjeb. Andrea Cassar, li jikteb il-prietka, jispjega li l-proċess tal-kitba ma jibdiex mill- ewwel. "Wara li tgħaddi l-festa tas-Salvatur, nibda nħares lejn is-sena li tkun għaddiet — x'għaddejna minnu fil-fidi tagħna, x'kien kurrenti fis-soċjetà, u x'mistoqsijiet kellna bħala komunità." Minn hemm, il-prietka tibda tieħu forma. "Inħobb nibda naħdem minn qabel biex ikun hemm biżżejjed ħin li ndaħħal ukoll affarijiet li jistgħu jiġru aktar 'il quddiem fis-sena," jgħid Andrea. Importanti wkoll li l-kitba ma tkunx astratta. "Meta nkun naf min hu t-tifel li se jagħmilha, nibda nara l-karattru. Nipprova ndaħħal it mill-karattru tiegħu, biex il-kliem ma jkunx biss sabiħ, imma naturali." Din is-sena, saħansitra, il-kitba ħadet ispirazzjoni mill-isem tat-tifel innifsu. "L-isem Yeshua, li jfisser Ġesù, sar element mill-introduzzjoni tal-prietka," jgħid Andrea. "Kien mod kif l-identità tat-tifel tintrabat direttament mal-messaġġ tal-Milied, u kif dettall żgħir jista' jagħti aktar saħħa u tifsira lill-kelma." Il-proċess tat-tagħlim hu wieħed delikat. "Fil-bidu jsir il-qari," jispjega Andrea. "Imbagħad il-prietka tiġi mgħallma linja linja. Hawnhekk is-sapport tal-ġenituri hu kruċjali — huma li kuljum joqogħdu mat- tifel, jinkoraġġuh u jgħinuh jitgħallem b'mod naturali, mingħajr pressjoni żejda." It-tifel li din is-sena se jkun hu li se jagħmel il-prietka ġewwa l-parroċċa ta' Ħal Lija huwa Yeshua Borg, li jfakkar l-emozzjonijiet imħallta li ħass meta sar jaf li se jagħmel il-prietka. "Għall-ewwel ħassejtni naqra panikuż," jistqarr. "Imma aktar ma bdejt nitgħallimha, aktar bdejt nibni l-fiduċja fija nnifsi. Xorta jibqa' dak il-biża' li tinsa xi ħaġa jew teħel, imma fl-istess ħin hemm ħafna eċitament." Id-dar hija wkoll parti importanti mill- vjaġġ. Yeshua jgħid li sab sapport kbir mill- familja tiegħu, speċjalment minn missieru, li għenu jitgħallem il-prietka u saħansitra kkontribwixxa b'biċċa poeżija li tidħol fil- messaġġ. Għal Dun Joseph Cilia, il-mument meta t-tifel jitla' fuq il-pulptu jibqa' wieħed mimli tensjoni u ferħ fl-istess ħin. "Jien nipprova ma nismagħhiex qabel," jgħid. "Inħossni it nervuż, imma meta nara lit-tifel jitkellem b'kuraġġ u b'dik l-innoċenza, tiem għaliex din it-tradizzjoni għadha tant qawwija." Din is-sena, it-tema tal-prietka ddur mat- tama — kelma li ħafna qed ifittxu f 'ħajja mimlija sfidi. It-twelid ta' Ġesù jerġa' jfakkar li t-tama mhijiex illużjoni, imma wegħda. U meta din il-wegħda tinstema' minn leħen ċkejken, forsi ssir aktar kredibbli, aktar qrib, u aktar umana. Hekk, f 'Ħal Lija, bħalma jiġri f 'ħafna lokalitajiet oħra, il-prietka tat-tifel tibqa' xhieda li xi tradizzjonijiet ma jintilfux — għax kull sena jitwieldu mill-ġdid, bħall-messaġġ tal-Milied innifsu. Fil-qalba tal-Milied hemm it-tradizzjoni tal-prietka tat-tifel, fejn kliem innoċenti u mimli sinċerità, iqanqal emozzjonijiet u jfakkar il-komunità fil-qawwa tal-fidi u t-tama Ir-residenti tal-ħabs jippreparaw ħlewwiet tradizzjonali bħal Christmas logs, torta tal-lewż, Christmas cakes u mince pies

